
3 minute read
Santa Infanzja
Għajnuna lin‑Nies tal‑Malawi
Riċentament, il‑Gvern tal‑Malawi, flimkien mal‑Ministeru tas‑Saħħa, ta l‑approvazzjoni tiegħu sabiex il‑knejjes jerġgħu jiftħu u terġa’ tibda tiġi ċċelebrata l‑quddiesa. Dan kollu bil‑kundizzjoni li ma jkunx hemm preżenti aktar minn 100 ruħ fl‑istess ħin, li lkoll iridu jkunu lebsin il‑maskra u ħaslu jdejhom bis‑sapun qabel daħlu fil‑knisja u huma u ħerġin ukoll. Minħabba li l‑ammont ta’ persuni preżenti fil‑knisja naqas, kellhom jiżdiedu n‑numru ta’ quddisiet iċċelebrata. Ġie obbligat ukoll li l‑knejjes kollha jiġu ddiżinfettati wara kull quddiesa. Dan huwa ta’ sfida kbira għall‑parroċċi fqar fil‑Malawi.
Il‑Parroċċa ta’ San Martin De Porres, hija waħda minn dawk il‑knejjes li ntlaqtu minn din l‑obbligazzjoni, li fuq kollox hija waħda tajba sabiex ikompli jitnaqqas it‑tixrid tal‑pandemija. Grazzi għad‑donazzjoni sabiħa li Missio Malta bagħat lil Dun Joseph Sikwese, kappillan tal‑parroċċa, setgħu jinxtraw il‑bżonnijiet kollha sabiex tiġi ddiżinfettata l‑knisja wara kull quddiesa u b’hekk il‑parruċċani jistgħu jattendu l‑quddiesa li tant hija għażiża għalihom. Inxtraw ukoll sapun għall‑ħasil tal‑idejn,


Kif tista’ tgħin lit‑tfal fil‑missjoni:
€ 130 Għajnuna lis‑Sorijiet ta’ Madre Tereża biex iżommu trabi u tfal abbandunati. € 39 Librerija fi skola primarja.
€ 318 Faxex u medikazzjoni għal 6 persuni bil‑lebbra għal sena sħiħa. € 60 Rota lil tifel jew tifla biex imorru l‑iskola.
€ 8,000 Bini ta’ kappella f’ismek jew f’isem xi ħadd għażiż għalik.
Ibgħat id‑donazzjoni tiegħek lil ‘Missio’ Nru. 7, Triq il‑Merkanti, Valletta VLT 1171 Jew fuq www.missio.org.mt Għal aktar dettalji ċemplu fuq 21236962 jew 20330015 fil‑ħinijiet tal‑uffiċċju. GRAZZI!

CHILD SPONSORSHIP
€150 – edukazzjoni għal sena sħiħa lil tifel jew tifla fil‑bżonn.

Bis‑saħħa tal‑programm ‘Missio Child Sponsorship’, int tkun raġġ ta’ dawl fil‑ħajja ta’ dawn it‑tfal foqra. Kull min jisponsorja tifel jew tifla jingħata ritratt u tagħrif dwarhom.
Ibgħat id‑donazzjoni tiegħek lil Missio Nru. 7, Triq il‑Merkanti, Valletta VLT 1171 Jew fuq www.missio.org.mt Għal aktar dettalji ċemplu fuq 21236962 fil‑ħinijiet tal‑uffiċċju. GRAZZI MILL‑QALB
Dan il‑proġett pastorali laqat ukoll lit‑tfal li mhux biss jattendu l‑quddiesa mal‑familji tagħhom, imma wkoll jattendu għal‑lezzjonijiet tal‑katekiżmu li wkoll kienu waqfu jiffunzjonaw. Komunitajiet li m’għandhomx knisja tagħhom, inxtrawlhom oġġetti sabiex ikunu jistgħu jiċċelebraw il‑quddiesa huma wkoll, filwaqt li jimxu mad‑direttivi tal‑Gvern u l‑Ministeru tas‑Saħħa. Fl‑aħħar u mhux l‑inqas, tqassmu wkoll maskri u diżinfettant tal‑idejn lil dawk morda fi djarhom li ma jifilħux jimxu sal‑knisja rispettiva tagħhom.

Modi kif tista’ tgħin
Ċekk indirizzat lil Missio Malta (7, Triq il‑Merkanti, il‑Belt Valletta VLT 1171.)
Bank Transfer
Klijenti ta’ banek oħra jistgħu jagħmlu ‘Bank Transfer’ għal dawn il‑kontijiet bankarji. Min jagħmel donazzjoni f’dan il‑kont jibgħatilna nota dwar l‑ammont u meta sar id‑depożitu sabiex tintbagħat irċevuta.
Account holder name: Missio Malta Account holder name: Missio Malta
Bank’s name: APS BANK Bank’s name: Bank of Valletta
Account No: 41474120039 IBAN: MT94APSB77013000000041474120039 Swift Code: APSBMTMT Account No: 50011468005 IBAN: MT31VALL22013000000050011468005 Swift Code: VALLMTMT

Donazzjoni b’SMS • 50617374 ‑ €2.33 • 50618820 ‑ €6.99 (Numri miftuħin is‑sena kollha.)
Donazzjoni bit‑telefon tad‑dar • 51602062 ‑ €10 • 51702063 ‑ €15 • 51802064 ‑ €25 (Numri miftuħin is‑sena kollha.) www.missio.org.mt Iżżur il‑websajt u kklikkja fil‑parti Donations. Jew għal donazzjonijiet ‘direct debit’ ċempel: 2123 6962.

Jien.Jien. Int. Aħna. Int. Aħna. Flimkien.Flimkien.

VO/1178
IT-TLIET SLATEN
Kemm nixtieq kont wieħed minnhom, Li f’darek ġew iżuruk. Tliet rigali ġabu magħhom, Biex twemminhom dawn juruk.
Dawna kienu t-tliet slaten, Li fuq l-iġmla ġew jarawk. Ġabu deheb, inċens u mirra, Kif rawk niżlu jadurawk.
It-tliet rigali li ġabulek, Bihom riedu jfissrulek, L’int Sultan, Alla u Bniedem, Dat-tliet slaten qaluhulek.
Kemm nixtieq niġi noffrilek, U tliet rigali niġi ntik; Nagħtik qalbi, ġismi u ruħi, U b’dawn imħabbti nkun nurik.
O Mulej fejn hija l-kewkba, Li biha s-slaten ġew jarawk? Uri lilna din il-kewkba, Ħalli niġu nadurawk.

Paul Caruana