
6 minute read
Propagazzjoni tal‑Fidi
“Imma jiena, x’nista’ nagħmel għalih?”
Din l‑esperjenza li qed inġibulkom hija parti mill‑proġett imsejjah ‘Qatra Wara Qatra’, li l‑għan tiegħu huwa li jgħin lir‑refuġjati Karen fuq il‑fruntiera bejn it‑Tajlandja u Myanmar; nies waħedhom u abbandunati f’Ho Chi Minh, u tfal bi problemi ta’ malnutrizzjoni f’Myanmar li jgħaddu biss b’żewġ bajdiet fil‑ġimgħa. B’kollox madwar 900 persuna huma megħjuna kull sena u f’dawn l‑aħħar għaxar snin ta’ ħidma ntlaħqu madwar 10,000 persuna. Dan jinvolvi adulti, familji u gruppi mill‑Italja, l‑Iżvizzera u l‑Awstrija li ħolqu pont ta’ solidarjetà bejn il‑kontinenti. Innota kif Ġesù mill‑qalb tal‑missjunarju jgħaddi għall‑qalb tal‑ieħor.

“Ma ppretendejtx li kont naf xi ħaġa fostkom, ħlief
Wiċċ imb Wiċċ ma’ Dawk Inviżibbli fis‑Soċjetà
lil Ġesù Kristu u ’l dan imsallab.” (1 Kor. 2:2) Din is‑silta minn San Pawl hija waħda mill‑isbaħ li nsibu fl‑Ewwel Ittra lill‑Korintin. Pawlu tkellem u ħabbar lil Kristu bħalma ħadd qatt qabel iddeskrivih, meta ppreżentahulna bħala l‑mudell għall‑evanġelizzazzjoni: id‑debbolizza u l‑biża’, u messaġġ mibni fuq il‑manifestazzjoni tal‑Ispirtu s‑Santu li ‘jgħaddi’ permezz ta’ Kristu u dan imsallab. Ġesù għażel dak li kien ikrah, mistmell, abbandunat u dnub, u biddlu f’pożittiv. U kull darba li nħares lejn Ġesù msallab, li narah jiena u għaddej mit‑toroq ta’ fejn noqgħod, f’Yangun, Bangkok, Ho Chi Minh, inħossni noqrob lejn il‑mod kif Alla jaħdem, u nersaq lejn Alla u niftaħ il‑bieb biex il‑laqgħa miegħu tkun tabilħaqq vera: sempliċi u mhux superfiċjali. Hekk hu, pereżempju meta niltaqa’ ma’ Lek, li m’għandux
post fiss fejn joqgħod u li psikoloġikament mhux tant stabbli, u li għal dawn l‑aħħar għaxar snin għex f’tempju żgħir li jinsab wara Klabb tal‑Golf tal‑miljunarji. Ma tantx hu kapaċi jitkellem, imma jitbissimli kull meta jarani. Jaf li kull darba nġiblu l‑ilma u Pepsi Cola kiesħa. Imbagħad jitlobni l‑biskuttini u jkun ferħan, b’dik id‑daħqa u b’dawk is‑snien imfarrka. Jilbes borża ġo rasu, jilbes imqatta’ u jpoġġi l‑kulur aħmar fuq ġismu: in‑nies laqqmuh ‘l‑aħmar’. Jgħiduli: “Dak il‑ħabib tiegħek”. Hu wieħed mill‑‘iskart’ tas‑soċjetà superkonsumista ta’ Bangkok. Imma dawk għajnejh ikellmuni fuq Ġesù.
L‑esperjenza li qed nagħmlu f’Qatra Wara Qatra f’dawn l‑aħħar snin, saret l‑aktar fuq il‑fruntiera ta’ bejn it‑Tajlandja u l‑Myanmar fil‑kampijiet tar‑refuġjati; kemm uċuħ imdejqa u bla tama! Myanmar għadda minn 70 sena ta’ gwerra ċivili, u mill‑2015 sal‑2020 ftit snin ta’ tama demokratika. Imbagħad fl‑1 ta’ Frar li għadda, kellhom kolp ta’ stat li ġab miegħu ħruxija inimmaġinabbli. U issa jerġgħu jibdew mix‑xejn, bħal fl‑1962, li mill‑ġdid tfisser gwerra ċivili għal min jaf kemm‑il sena. U mill‑ġdid refuġjati fuq il‑fruntiera mat‑Tajlandja, mewt, disperazzjoni u ġuħ. Flimkien ngħixu esperjenza ta’ reċiproċità: aħna nagħtu u huma jirċievu. Fir‑realtà jiena nirċievi l‑ferħ tal‑ħajja mill‑vokazzjoni tiegħi ta’ Nisrani kull darba li nagħti u nirċievi l‑wiċċ ta’ Ġesù hemm f’wiċċhom. Ħafna minnhom jaħdmu fl‑għelieqi tal‑qamħirrun maġenb il‑fruntiera ma’ Myanmar fejn ix‑xemx vera taħraq u tispiċċa bil‑ġilda kollha maħruqa. Aħna nagħtu ħwejjeġ, ikel, ftit kliem ta’ komfort, ħalib, sardin fil‑landa u fuq kollox iż‑żmien fejn nagħtuhom taptipa fuq l‑ispalla bħala sinjal ta’ mħabbitna lejhom. Meta tagħti l‑imħabba lil min ikun għadda minn tant mibegħda f’ħajtu, din għalih issir esperjenza importanti ħafna, u ngħid fondamentali. Madankollu, il‑kredibilità tagħna minn hemm trid tgħaddi, minn dak li jgħid San Pawl. U llum hu jerġa’ jirripetihielna, lili u lil kulħadd: “Ma naf xejn aktar minn Kristu u dan imsallab”. Ma nafx ħlief Gaża u d‑drama ta’ żewġ miljun refuġjat Palestinjan li huma sfurzati jgħixu hemm, fl‑ikbar ħabs li jeżisti fid‑dinja; ma nafx jekk mhux ir‑refuġjati Karen, ir‑rotta tal‑Balkani; ma nafx jekk mhux in‑numru bla limitu ta’ aborti, it‑traffikar tan‑nisa lejn iċ‑Ċina u t‑tfal mibjugħa fix‑‘shantitowns’ lill‑pedofili. Ma nafx jekk mhux lil Bo, tifla żgħira ta’ 14‑il sena, li tkun fil‑kantuniera tal‑istejġ tal‑karozza fejn nieqaf u li titlobni xi munita ta’ karità. Hija tifla mill‑isbaħ, imma diġà ‘mmarkata’ profondament mill‑ħajja; id‑dwiefer ta’


saqajha miżbugħa u saqajha mmarkati minn feriti qodma li jitkellmu waħedhom. Hija wkoll hi Ġesù għalija.
Ftit ilu ma stajtx norqod bil‑lejl; ir‑ritratt ta’ omm minn Long An, fin‑Nofsinhar ta’ Saigon, f’dirgħajha binha li twieled bil‑macrocefalite, kien kontinwament quddiem għajnejja. “Alla tiegħi... dak int, possibbli?” għedt lili nnifsi. Min jaf dik l‑omm x’qed tħoss f’qalbha. Fhimt li kelli nagħmel xi ħaġa aktar, biex ma tħosshiex abbandunata. Ftit sigħat wara ħadt ħsieb li taslilha ftit aktar għajnuna. Forsi dan hu ftit wisq, imma llum il‑qalb ta’ din l‑omm tista’ tgħid li xi ħadd almenu ħaseb fiha. Inħoss li dan għandu jagħmel min qed isegwi lil Ġesù; ma nħallu ’l ħadd iħossu waħdu, ma nħallux lil Ġesù Abbandunat jgħajjat mingħajr it‑tweġiba tagħna: “Hawn jien”. Darba oħra nasal f’żona mudlama ma’ ħabiba li riedet tlaqqagħni ma’ waħda mara li kellha erbat itfal minn tlett irġiel, attwalment bla xogħol u waħedha biex tgħajjex lill‑familja. Wasalna u tajnieha r‑ross u xi ħaġa oħra, kemm kemm biex tgħix, għaliha u għal uliedha, kollha fuq tagħhom, imqarbin u gustużi wkoll. Bdejt nilgħab magħhom u f’daqqa waħda nsib ruħi quddiem wiċċ dik il‑mara, b’għajnejha mimlijin dwejjaq, għajnejn mitfija u skuri, mimlijin biża’, li qed tisforza tbissima, li tinfidlek qalbek. U ġo fija nħoss leħen li deherli qed jgħidli: “Jien hu, ħares lejja.” Dak il‑lejl rajt lil Ġesù; kien hu ċertament. Imbagħad, f’żona fqira oħra, esperjenza simili: wieħed raġel nofsu pparalizzat, għadma u ġilda, ta’ madwar 62 sena. Inti u nieżel fid‑dar tiegħu, jekk tista’ ssejħilha dar, trid toqgħod attent ħafna li ma tirfisx xi ħaġa mal‑art; ġrieden! Maġenb dan ir‑raġel mitfugħ f’sodda, li għal ħafna snin kien ħalla l‑fidi u s‑sagramenti, aħna tlabna flimkien miegħu. Ma baqax jiftakar il‑‘Missierna’, kien jiftakar biss l‑‘Ave Marija’. Din il‑mara min‑Nazaret, dejjem, hi biss, tibqa’ fil‑qalb tal‑bniedem u l‑aktar f’dawk l‑aktar imbiegħda! Jiena tlabtu jberikni, għaliex jiena iżgħar minnu fl‑età u jien barrani u f’għajnejh jiena wieħed sinjur. Erfajtlu idu pparalizzata u b’subgħajh għamilt is‑sinjal tas‑salib fuq rasi. U dan ir‑raġel fqir ħares lejja b’għajnejh skantati, mimlijin ferħ u mimlijin dmugħ. U issa, kull darba li mmorru, darba fil‑ġimgħa, erġajna bdejna ngħidu t‑talb li bil‑mod il‑mod reġa’ beda jiftakar. Kont ninżel għarkopptejja u ngħid lil Ġesù: “Hawn jien Ġesù għarkopptejja quddiemek”.
Dawn l‑esperjenzi jilliberaw lili u lill‑komunità tiegħi mill‑mentalità mondana,
mill‑ħajja komda u żgura li aħna l‑Insara ħafna drabi nsibu fil‑komunitajiet tagħna. Jgħinuna ngħixu din il‑frażi ta’ San Pawl fil‑ħajja tagħna. Aħna nafu li ta’ spiss jiġri li l‑ħajja komda tagħna tbegħedna minn Ġesù li anki llum, hu mgħarraq fiċ‑ċimiterju tal‑Mediterran jew mibjugħ fis‑sqaqien ta’ Sajgon. U nistaqsi lili nnifsi: “Jien, konkretament, x’qed nagħmel għalih?” Nitolbu lil San Pawl il‑grazzja għalija u għall‑komunitajiet tagħna: li jgħinuna nagħrfu dejjem aktar lil Kristu u dan imsallab. Il‑bqija, kif qal hu, hu kollu ‘miżbla’. (Fil. 3:8) Għaliex att wieħed ta’ mħabba pura għalih, f’dawk li nsibu jiġru fi triqatna, iħassar massa ta’ dnubiet li inkonxjament u bla ħsieb, aħna għamilna u għadna nagħmlu. Għaliex wara kollox il‑ħajja Nisranija hi, prinċipalment, xejn ħlief imħabba.
Luigi Butori

AGĦMEL IT‑TMIEM TAL‑FAQAR PARTI MILL‑ISTORJA TAʼ ĦAJTEK.
RIEDA LI TAGĦTI

Wirt dejjiemi li jibdel il‑ħajjiet
Billi tiftakar f'Missio Malta fil‑wirt tiegħek, inti tista' tagħmel differenza għal dejjem fid‑dinja li l‑ġenerazzjoni li jmiss qed tikber fiha. Rigal mingħandek jista', ħafna snin oħra, jidher fit‑tbissim tat‑tfal f'pajjiżi tat‑Tielet Dinja li ser jibbenefikaw mill‑ħniena u l‑kompassjoni tiegħek. Il‑legati tiegħek li tħalli warajk dejjem ser iħallu tbissima ħajja fil‑qlub ta' nies oħra. Jien. Int. Aħna. Flimkien.
VO/1178
Nru. 7, Triq il‑Merkanti, il‑Belt Valletta VLT 1171. Tel: (+356) 2123 6962 | E‑Mail: info@missio.org.mt www.missio.org.mt