
5 minute read
Dehriet tal‑Madonna
Il‑Ħidma Evanġelika ta’ Marija Santissima Bħala Missjunarja
Is‑Seba’ Parti
Il‑Madonna ta’ Kibeho, Rwanda
Uħud mill‑aħħar dehriet tal‑Madonna seħħew f’Kibeho, Rwanda, lil tliet tfajliet: Alphonsine Mumureke ta’ 17‑il sena, Nathalie Mukamazimpaka ta’ 20 sena u Marie‑Claire Mukangango ta’ 21 sena, fil‑bidu tas‑snin tmenin. Il‑Madonna kompliet iżżur lit‑tfajiet matul id‑deċennju. Fil‑fatt, l‑ewwel dehra kienet fit‑28 ta’ Novembru 1981 u l‑aħħar waħda kienet proprju tmien snin wara fit‑28 ta’ Novembru 1989. Il‑Madonna identifikat ruħha magħhom bħala ‘Omm il‑Kelma’, li jingħad li hu sinonimu għal ‘Omm Alla’. Wieħed mill‑messaġġi li l‑Madonna esprimiet lit‑tfajliet kien li kull meta tidher f’ċertu postijiet u lil ċertu persuni, hija ma tkunx qiegħda tkellem lilhom biss, imma lid‑dinja kollha, u li r‑rivelazzjonijiet u l‑messaġġi tad‑dehriet għandhom jiġu applikati għall‑umanità kollha. Din id‑darba l‑Madonna tat messaġġi differenti lil kull waħda mit‑tfajliet.
Lil Marie‑Claire:
Jiena mħassba ħafna bid‑dinja kollha li hi ħażina u miexja lejn ir‑rovina tagħha, u se taqa’ fl‑abbiss tagħha. Id‑dinja qiegħda f’ribelljoni kontra Alla. Qegħdin isiru ħafna dnubiet. M’hemm l‑ebda imħabba u l‑ebda paċi. Il‑bnedmin għandhom jindmu minn dnubiethom u jikkonvertu nkella ħafna bnedmin se jintilfu fl‑abbissi tal‑infern.
Lil Natalie: Il‑bnedmin jeħtiġilhom li jikkonvertu, jitolbu u jimmorifikaw lilhom infushom. Satana qiegħed jipprova jeqridhom. Alla jrid it‑talb tal‑bnedmin mill‑qalb. Jeħtieġ li jkunu umli u disponibbli, u jitgħallmu jitolbu mill‑qalb. Lil Alphonsine: Huma (it‑tfajliet) m’għandhomx jużaw ġisimhom bħala strument ta’ pjaċir. Huma qegħdin jużaw il‑mezzi kollha biex iħobbu u jkunu maħbuba, u jinsew li l‑imħabba vera ġejja minn Alla. Minflok ikunu għas‑servizz t’Alla, huma qed ikunu għas‑servizz tal‑flus. Huma għandhom jagħmlu minn ġisimhom strument

Il‑kappella ta' l‑Apparizzjoni f’Kibeho. qaltlu biex imur jgħid lill‑awtoritajiet ċivili u reliġjużi biex hemmhekk tinbena knisja: “Fejn Ibni Ġesù jkun maħbub u rrispettat, u kull min isejjaħ għall‑interċessjoni tiegħi, jirċievi l‑barka u l‑għajnuna tiegħi. Tumas, mur għand il‑mexxejja tal‑belt u għidilhom li din hija r‑rieda tiegħi u l‑kmand tiegħi, kif ukoll ta’ Ibni; biex jibnu knisja ddedikata lili.”
Madanakollu, Tumas kien bniedem umli ħafna u kien iqis lilu nnifsu indenn ta’ viżjoni mis‑sema. Allura, billi beża’ minn xi illużjoni dijabolika, żamm din id‑dehra u r‑rivelazzjoni tal‑Madonna sigrieta u m’għamel xejn minn dak li
destinat għall‑glorja t’Alla u mhux oġġett ta’ pjaċir tal‑bnedmin.
Dawn id‑dehriet tal‑Madonna f’Kibeho huma l‑uniċi dehriet Marjani approvati mill‑Knisja Kattolika fil‑Kontinent tal‑Afrika. Wara studji u stħarriġ intensifikat mill‑Knisja lokali, dawn id‑dehriet ġew rikonoxxuti mill‑Isqof Augustin Misago ta’ Gikongoro, Rwanda fid‑29 ta’ Ġunju 2001 u approvati mill‑Vatikan. Dawn id‑dehriet kienu seħħew sentejn qabel il‑ġenoċidju li kien sar f’Rwanda fl‑1994. Fil‑fatt, Marie‑Claire flimkien mal‑familja tagħha kienu nqatlu f’massakru f’Kibeho, f’April tas‑sena 1995. It‑28 ta’ Novembru huwa jum il‑festa tal‑Madonna ta’ Kibeho.
Id‑Dehra tal‑Madonna, fl‑Lezajsk, Polonja
Din id‑dehra teħodna lura lejn is‑sena 1578, meta jum minnhom Tumas Michaelek, raġel twajjeb li kien iħobb imur fil‑bosk biex jaqta’ xi njam biex jintuża għall‑ifran tan‑nies tar‑raħal, waqt li kien qiegħed jiġbor xi zkuk f’daqqa waħda jara dawl qawwi fil‑bosk, li fih kienet tidher il‑Verġni Marija, b’binha Ġesù fi ħdanha. Flimkien mal‑Madonna u Ġesù kien hemm ukoll San Ġużepp. Meta tkellmet ma’ Tumas, il‑Madonna


Is‑Santwarju tal‑Madonna tal‑Konsolazzjoni f'Lezajsk.
qaltlu l‑Madonna. Imma, ftit wara, il‑Verġni Marija reġgħet dehritlu u qaltlu biex itemm is‑skiet tiegħu u jħabbar dak li kien ra u sema’; imma Tumas xorta waħda baqa’ m’għamel xejn. Fl‑aħħar, il‑Madonna dehritlu għat‑tielet darba u ċanfritu li ma kienx qiegħed jobdi l‑istruzzjonijiet tagħha. Wara dan, imbeżża’, huwa mar jirrakkonta dawn id‑dehriet tal‑Madonna lil xi raħħala, imma beża’ jmur jgħid lill‑isqof. Fl‑aħħar huwa mar għand l‑awtoritajiet biex jirrakkontalhom dawn id‑dehriet tiegħu u x’qaltlu l‑Madonna, imma ma emmnuhx. Anke l‑kappillan tiegħu rrifjuta li jemmen. Fil‑fatt, lil Tumas tefgħuh il‑ħabs minħabba x‑xnigħat li bdew jinxterdu f’dak ir‑raħal.
Ftit żmien wara Sebastian Talarczyk, ragħaj mill‑istess raħal, waqt li kien qiegħed Sigismundu III, li hu nnifsu kien devot kbir tal‑Madonna, tinbena knisja akbar flimkien ma’ monasteru għall‑komunità tal‑patrijiet ta’ San Bernard biex ikunu ta’ servizz spiritwali għal kull min kien imur f’dak is‑Santwarju Marjan.
Fl‑20 ta’ Novembru 1742, l‑isqof Henryk Firliz, suċċessur tal‑isqof Potrokonski, ikkonferma l‑oriġini sopranaturali tad‑dehriet tal‑Madonna f’Lezajsk. Saret immaġni sabiħa tal‑Madonna b’binha Ġesù. Meta aktar tard, il‑fama tal‑mirakli u l‑grazzji maqlugħa hemmhekk bl‑interċessjoni tal‑Madonna ta’ Lezajsk bdiet dejjem aktar tikber, Papa Benedittu XIV innifsu bierek u qiegħed personalment żewġ kuruni tad‑deheb fuq ix‑xbihat tal‑Madonna u dik ta’ binha Ġesù, f’ċerimonja solenni fit‑8 ta’ Settembru 1752, akkumpanjat mill‑isqof Waclaw Hieronim Sierakowski, isqof ta’ Przemysl fil‑preżenza tal‑kleru numeruż, tan‑nobbli Pollakki u ta’ ġemgħa kbira ta’ Nsara devoti tal‑Madonna ta’ Lezajsk.
jirgħa l‑merħla tiegħu qrib il‑post, ra huwa wkoll il‑Verġni Marija liebsa libsa twila bajda u mdawra b’dija kbira. Immedjatament huwa mar il‑belt u għarraf lill‑awtoritajiet ekkleżjastiċi dwar dak li kien ra. Il‑kappillan il‑ġdid mar fuq il‑post b’purċissjoni kbira ta’ nies. Sussegwentement, Tumas inħeles mill‑ħabs u wara nbniet kappella żgħira tal‑injam f’dak il‑post. Minn dakinhar in‑nies tal‑lokal bdew jinġabru u jmorru jitolbu f’dak il‑post qaddis. Ħafna kienu l‑grazzji li nkisbu bl‑interċessjoni tal‑Madonna. Mhux wisq żmien wara, fis‑sena 1606, l‑isqof tad‑djoċesi Mons. Maciej Potrokonski, meta ra li l‑knisja tal‑injam kienet żgħira wisq biex tilqa’ tant Insara devoti u pellegrini li kienu jmorru jitolbu fiha, ħaseb biex bl‑għajnuna tas‑Sultan Pollakk,
AVVIŻ IMPORTANTI
Il‑Bank Ċentrali ta' Malta ħareġ id‑Direttiva Nru 19 u fost l‑oħrajn avża li, mill‑1 ta' Jannar 2022, il‑banek lokali kollha mhux ser isarrfu aktar ċekkijiet li jammontaw għal €20 jew anqas.
Għalhekk niġbdulkom l‑attenzjoni u nitolbukom sabiex l‑abbonament tar‑rivista Malta Missjunarja, isir billi tagħżel waħda minn dawn l‑għażliet:
1. 'Cash' ‑ billi tmur personalment f'wieħed mill‑uffiċini tagħna fil‑Belt jew il‑Mosta,
2. Permezz ta' 'bank transfer' (ara dettalji f'paġna 18),
3. Tabbona għal sentejn b’ċekk ta’ €21 pagabbli lil Missio Malta
(ara dettalji hawn taħt u formola fil‑paġna ta' wara).
Missio jirriserva d‑dritt li, f'ċirkostanzi li m'għandux kontroll fuqhom, jieħu deċiżjonijiet għall‑benefiċċju tal‑qarrejja u tal‑missjonijiet li nsostnu. Għall‑aktar tagħrif ikkuntatjana fuq 2123 6962. Grazzi mill‑qalb ‑ Missio Malta
Rivista missjunarja b’40 paġna, kollha bil‑kulur, maħruġa minn Missio (Uffiċċju Missjunarju) għal aktar minn 80 sena
Aġġorna ruħek fuq id‑Dinja Missjunarja. Abbona fir‑Rivista Malta Missjunarja fejn issib:
Aħbarijiet mid‑dinja missjunarja | Intenzjoni tax‑xahar Esperjenzi missjunarji Maltin u Għawdxin | Ċajt u kompetizzjonijiet

Dan kollu għall‑prezz ta’ €21.00 għall‑abbonament ta’ sentejn