
2 minute read
Editorjal
Jien. Int. Aħna. Flimkien.
VO/1178
Missio ‑ [Uffiċċju Missjunarju], 7, Triq il‑Merkanti, il‑Belt Valletta VLT 1171. Ħinijiet: mit‑Tnejn sal‑Ġimgħa: 9.00am ‑ 1.00pm Donazzjonijiet jistgħu jitħallew fil‑ħanut Faith Hope & Charity mit‑Tnejn sal‑Ġimgħa: 1.00pm ‑ 7.00pm / Is‑Sibt: 9.00am ‑ 1.00pm Missio: Nru. 150, Triq Lorenzo Gafà, il‑Mosta MST 4128. Ħinijiet: mit‑Tnejn sal‑Ġimgħa: 8.00am ‑ 4.00pm
Tel: 2123 6962 • Fax: 21231272 Imejl: info@missio.org.mt • Websajt: www.missio.org.mt
Uffiċċju Missjunarju, 7, Triq l‑Imgħallem, ir‑Rabat, Għawdex VCT 9066. Tel: 2155 0267 • Imejl: gozo@missio.org.mt Ħinijiet: mit‑Tnejn sal‑Ġimgħa: 8.30am ‑ 12.00pm BORD EDITORJALI Editur: Claudia Cini (claudia@missio.org.mt) Membri:Mons. Valent Borg
Dun Victor Agius, Mario Scicluna, Dun Karm Portelli, Kav. Emmanuel Cutajar KCHS, Robert Farrugia Websajt u Facebook: missiomalta Qari tal‑Provi: John Caruana Grafika: James Trapani (gakbu@gakbu.com)
Malta Missjunarja hija Rivista Missjunarja ta’ kull xahar. L‑ewwel ħarġa: Settembru 1932 bl‑isem ta’ Malta Missjunarja. Jannar 1978: bidla fl‑isem għal Knisja Missjunarja. Frar 2003: mill‑ġdid Malta Missjunarja. Abbonament għal sena €10.00
F’din il‑ħarġa:
2 Editorjal 4 Messaġġ mid‑Direttur 6 Unjoni Missjunarja 8 Propagazzjoni tal‑Fidi 12 San Pietru Appostlu 16 Santa Infanzja 22 Il‑Qaddis tax‑Xahar 24 90 Sena ta’ Storja 32 Dehriet tal‑Madonna
36 Riċetta Tradizzjonali 38 Kompetizzjoni u Ċajt 39 Nitolbu għall‑Mejtin Tagħna
Ritratt tal‑faċċata: Sptar tal‑Maternità fil‑Malawi, fejn Missio Malta jgħin biex jitjiebu l‑faċilitajiet għall‑ommijiet u t‑trabi.
Ubuntu
Jingħad li darba wieħed antropologu (studjuż dwar is‑soċjetajiet u l‑kulturi umani, u l‑iżvilupp tagħhom), iddeċieda li jagħmel logħba żgħira lil grupp ta’ tfal minn tribù Afrikan. Huwa poġġa qoffa mimlija frott u ħelu taħt siġra kbira, u qal lit‑tfal, li qatt f’ħajjithom ma kienu raw dak il‑frott u l‑ħelu kollu miġbur f’daqqa, li min minnhom jasal l‑ewwel ħdejn is‑siġra seta’ jieħu l‑qoffa u dak kollu li kien hemm fiha.
Hekk kif tahom is‑sinjal li setgħu jitilqu jiġru, l‑antropologu kien sorpriż mhux ftit hekk kif it‑tfal, minflok telqu jiġru biex jippruvaw jaslu l‑ewwel, qabdu id f’id u mxew flimkien lejn is‑siġra. B’hekk waslu lkoll flimkien u qasmu dak kollu li kien hemm fil‑qoffa bejniethom. Meta l‑antropologu staqsiehom għalfejn kienu għamlu hekk, meta seta’ xi ħadd minnhom jieħu kollox, it‑tfal, skantati b’din il‑mistoqsija, weġbuh: “Ubuntu!” Bil‑lingwa tagħhom din il‑kelma tfisser: “Jien jien għax aħna aħna.” F’kelma oħra, dan ifisser, kif jista’ xi ħadd wieħed biss ikun kuntent filwaqt li l‑oħrajn ikunu mdejqin?
L‑antropologu fehem kemm dak it‑tribù kien jaf is‑sigriet tal‑kuntentizza li ntilfet
f’soċjetajiet li jikkunsidraw lilhom infushom ‘soċjetajiet ċivilizzati’!!
U aħna lkoll, li għall‑grazzja t’Alla ma jonqosna xejn, x’qed nagħmlu biex inferrħu lil ħaddieħor? Jew tant aħna medhijin fil‑kumditajiet li tant aħna mdorrijin bihom li lanqas jimpurtana minn ħaddieħor? Kumditajiet li tant drajniehom li neħduhom ‘for granted’ u niġu naqgħu u nqumu ħaddieħor minn xiex inhu għaddej, u jekk għandux għaxja ta’ lejla; l‑aqwa li aħna komdi u kuntenti! Ejjew mela f’dan il‑Milied nieqfu naħsbu f’dawk anqas ixxurtjati minna u naraw kif nistgħu nkunu ta’ għajnuna għalihom. Il‑ftit li kull wieħed u waħda minna nagħtu, jista’ jkun il‑ħafna ta’ dak it‑tifel fqir u ltim li la għandu loqma ħobż u anqas saqaf fuq rasu.

F’ISEM IL‑BORD EDITORJALI TA’ MALTA MISSJUNARJA, U L‑ISTAFF U L‑VOLUNTIERA KOLLHA TA’ MISSIO MALTA, NAWGURAW LILL‑QARREJJA KOLLHA U LILL‑FAMILJARI TAGĦHOM:

Milied Mimli Ferh u Hena, u Sena Gdida Mimlija Risq u Barka. Wieħed mill‑presepji li jistgħu jinxtraw mill‑ħanut Faith, Hope & Charity (ara l‑qoxra ta' wara għall‑aktar dettalji).
Biex infiq għandi bżonn id‑demm. Int tista’ tgħinni?