1 minute read

Il‑Qaddis tax‑Xahar

SAN PINU PUGLISI

Il‑Qassis taż‑Żgħażagħ

Dun Ġużepp Puglisi, iben skarpan u ħajjata, twieled fil‑15 ta’ Settembru 1937 f‘Brancaccio, Palermo, u kien il‑fustani fost tliet aħwa subien. Sar qassis fit‑2 ta’ Lulju 1960 u serva bħala kappillan f’diversi parroċċi. Kien rettur fiċ‑Ċentru Djoċesan tal‑Vokazzjonijiet u anki għalliem fil‑liċeo klassiku f’Palermo. Fl‑1990, Dun Puglisi nħatar kappillan fil‑parroċċa ta’ San Gaetano, f’Brancaccio f’Palermo. F’din il‑parroċċa hu kien jitkellem ħafna kontra l‑mafja li kienet tikkontrolla din iż‑żona. Kien hawn il‑bidu tal‑ġlieda tiegħu kontra l‑mafja.

Fl‑1991, bena dar li semmieha ‘Padre Nostro’ (Missierna), li tilqa’ żgħażagħ emarġinati li jitilqu mill‑iskola, jispiċċaw fit‑triq u jibdew ħajja kriminali, fosthom li jittraffikaw id‑droga. Kien jorganizza attivitajiet għaż‑żgħażagħ fejn kien jurihom li tista’ tikseb rispett mingħajr il‑bżonn li ssir kriminali. Fuq kollox kien jgħallimhom il‑valuri tajba u jurihom li bl‑onestà tikseb ir‑rispett. B’dan ix‑xogħol sar ta’ theddida għall‑mafja u kien mhedded ħafna drabi. Huwa kien jipprova jibdel il‑mentalità il‑15 ta’ Settembru 1993. Delitt ordnat mill‑aħwa kapijiet tal‑mafja Fillippu u Ġużepp Graviano, li qabbdu lil Salvatore Grigoli biex iwettaq dan id‑delitt. F’Ġunju tal‑1997, Grigoli ġie arrestat flimkien ma’ Gaspare Spatuzza. Grigoli ammetta d‑delitt u stqarr li qabel miet Dun

Pinu tbissimlu u qallu li kien qed jistennieha.

Grigoli u Spatuzza ddispjaċiehom minn dak li għamlu u bdew it‑triq għall‑konverżjoni.

Papa San Ġwanni

Pawlu II faħħar lil dan il‑qassis qalbieni u kkwota sentenza li kien iħobb jgħid dan il‑qassis lill‑parruċċani tiegħu: “Jekk kulħadd jagħmel xi ħaġa, nistgħu nagħmlu ħafna.” Fis‑26 ta’ Mejju 2013, Papa Franġisku ddikjarah qaddis u l‑festa tiegħu tiġi ċċelebrata fl‑anniversarju tal‑magħmudija tiegħu, nhar il‑21 ta’ Ottubru.

tal‑parruċċani tiegħu, li kienu kkundizzjonati mill‑biża’ u b’hekk kienu jibqgħu ma jitkellmux kontra attivitajiet illegali li kienu jsiru mill‑mafja. Dun Pinu, kif kien magħruf, inqatel proprju wara l‑bieb ta’ daru; instab mejjet fuq l‑għatba milqut minn balla f’għonqu, fl‑età ta’ 56 sena. Kien nhar għeluq sninu,

“Ma nibżax mill‑kliem tal‑vjolenti, imma mis‑skiet tal‑onesti.”

This article is from: