Malta Missjunarja Dicembru 2021

Page 32

Diċembru 2021

DEHRIET TAL‑MADONNA – EMMANUEL CUTAJAR

Il‑Ħidma Evanġelika ta’ Marija Santissima Bħala Missjunarja Is‑Seba’ Parti

Il‑Madonna ta’ Kibeho, Rwanda Uħud mill‑aħħar dehriet tal‑Madonna seħħew f ’Kibeho, Rwanda, lil tliet tfajliet: Alphonsine Mumureke ta’ 17‑il sena, Nathalie Mukamazimpaka ta’ 20 sena u Marie‑Claire Mukangango ta’ 21 sena, fil‑bidu tas‑snin tmenin. Il‑Madonna kompliet iżżur lit‑tfajiet matul id‑deċennju. Fil‑fatt, l‑ewwel dehra kienet fit‑28 ta’ Novembru 1981 u l‑aħħar waħda kienet proprju tmien snin wara fit‑28 ta’ Novembru 1989. Il‑Madonna identifikat ruħha magħhom bħala ‘Omm il‑Kelma’, li jingħad li hu sinonimu għal ‘Omm Alla’. Wieħed mill‑messaġġi li l‑Madonna esprimiet lit‑tfajliet kien li kull meta tidher f ’ċertu postijiet u lil ċertu persuni, hija ma tkunx qiegħda tkellem lilhom biss, imma lid‑dinja kollha, u li r‑rivelazzjonijiet u l‑messaġġi tad‑dehriet għandhom jiġu applikati għall‑umanità kollha. Din id‑darba l‑Madonna tat messaġġi differenti lil kull waħda mit‑tfajliet. 32

Lil Marie‑Claire: Jiena mħassba ħafna bid‑dinja kollha li hi ħażina u miexja lejn ir‑rovina tagħha, u se taqa’ fl‑abbiss tagħha. Id‑dinja qiegħda f ’ribelljoni kontra Alla. Qegħdin isiru ħafna dnubiet. M’hemm l‑ebda imħabba u l‑ebda paċi. Il‑bnedmin għandhom jindmu minn dnubiethom u jikkonvertu nkella ħafna bnedmin se jintilfu fl‑abbissi tal‑infern. Lil Natalie: Il‑bnedmin jeħtiġilhom li jikkonvertu, jitolbu u jimmorifikaw lilhom infushom. Satana qiegħed jipprova jeqridhom. Alla jrid it‑talb tal‑bnedmin mill‑qalb. Jeħtieġ li jkunu umli u disponibbli, u jitgħallmu jitolbu mill‑qalb.

Lil Alphonsine: Huma (it‑tfajliet) m’għandhomx jużaw ġisimhom bħala strument ta’ pjaċir. Huma qegħdin jużaw il‑mezzi kollha biex iħobbu u jkunu maħbuba, u jinsew li l‑imħabba vera ġejja minn Alla. Minflok ikunu għas‑servizz t’Alla, huma qed ikunu għas‑servizz tal‑flus. Huma għandhom jagħmlu minn ġisimhom strument


Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.