Malta Missjunarja Jannar 2022

Page 8

ESPERJENZI REALI – DUN VICTOR AGIUS

Jannar 2022

Insa u Aħfer

U

liedi, tifel ta’ seba’ snin u tifla ta’ ħames snin, kienu qed jilagħbu barra mingħajr l‑ebda ħsieb ta’ periklu. Ma rnexxilix nilħaqhom qabel ma splodiet ‘hand grenade’ u sibthom miksijin demm. Ġrejna bihom lejn l‑isptar. Ħassejtni mħawda ħafna; mistagħġba, imbeżżgħa, u mweġġgħa, imma kien hemm bżonn nieħu ħsieb uliedi u ngħinhom isibu mill‑ġdid il‑paċi f ’qalbhom. It‑tifel kellu l‑isplinters f ’rasu u kellu bżonn immedjatament li jiġi operat, filwaqt li binti ma kinitx tant gravi. Bil‑lejl bqajt maġenbhom; minn mument għal ieħor kienu jqumu jhewdnu: “Għaliex għamlulna hekk?” Ippruvajt insib il‑kliem biex infissrilhom li dik il‑persuna li tefgħet il‑‘grenade’ kienet persuna li żgur kienet għaddejja minn tbatija kbira; forsi kienet tilfet il‑ġenituri tagħha u wisq probabbli riedet teqred l‑armi tan‑nies 8

tagħna. Meta mbagħad it‑tfal reġgħu raqdu, jiena qgħadt nitlob. Afdajthom f ’idejn il‑Bambin biex jikbru meħlusin minn kull mibegħda f ’qalbhom. Għaddew is‑snin minn dakinhar u llum ibni jħares lejn dak li ġara bħala inċentiv biex jikkontribwixxi għall‑paċi fid‑dinja. (R.S. – Libanu)

J

iena u marti konna sirna qisna kelb u qattus; jew naħtfu lil xulxin jew naqgħu fi skiet ta’ qabar li ma jispiċċa qatt. Konna qed infarrku kemm lilna nfusna u kemm lil uliedna. Ħbieb tagħna ppruvaw jgħinuna, imma t‑tnejn li aħna webbisna rasna. Iż‑żwieġ tagħna kien riesaq lejn diżastru totali u kemm‑il


Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.
Malta Missjunarja Jannar 2022 by Missio Malta - Issuu