4 minute read

Esperjenzi Reali

Uliedi, tifel ta’ seba’ snin u tifla ta’ ħames snin, kienu qed jilagħbu barra mingħajr l‑ebda ħsieb ta’ periklu. Ma rnexxilix nilħaqhom qabel ma splodiet ‘hand grenade’ u sibthom miksijin demm. Ġrejna bihom lejn l‑isptar. Ħassejtni mħawda ħafna; mistagħġba, imbeżżgħa, u mweġġgħa, imma kien hemm bżonn nieħu ħsieb uliedi u ngħinhom isibu mill‑ġdid il‑paċi f’qalbhom. It‑tifel kellu l‑isplinters f’rasu u kellu bżonn immedjatament li jiġi operat, filwaqt li binti ma kinitx tant gravi. Bil‑lejl bqajt maġenbhom; minn mument għal ieħor kienu jqumu jhewdnu: “Għaliex għamlulna hekk?” Ippruvajt insib il‑kliem biex infissrilhom li dik il‑persuna li tefgħet il‑‘grenade’ kienet persuna li żgur kienet għaddejja minn tbatija kbira; forsi kienet tilfet il‑ġenituri tagħha u wisq probabbli riedet teqred l‑armi tan‑nies

Insa u Aħfer

tagħna. Meta mbagħad it‑tfal reġgħu raqdu, jiena qgħadt nitlob. Afdajthom f’idejn il‑Bambin biex jikbru meħlusin minn kull mibegħda f’qalbhom. Għaddew is‑snin minn dakinhar u llum ibni jħares lejn dak li ġara bħala inċentiv biex jikkontribwixxi għall‑paċi fid‑dinja. (R.S. – Libanu) Jiena u marti konna sirna qisna kelb u qattus; jew naħtfu lil xulxin jew naqgħu fi skiet ta’ qabar li ma jispiċċa qatt. Konna qed infarrku kemm lilna nfusna u kemm lil uliedna. Ħbieb tagħna ppruvaw jgħinuna, imma t‑tnejn li aħna webbisna rasna. Iż‑żwieġ tagħna kien riesaq lejn diżastru totali u kemm‑il

darba ġieni l‑ħsieb li nitlaq darba għal dejjem. Waqt li kont għaddej minn dak l‑infern, f’mument ftakart f’xi kliem li darba kien laqatni u li kien ħalla effett tajjeb fuqi. Kienu kliem ta’ maħfra u mħabba. Indunajt kemm bħala Nisrani, ħajti kienet ‘off track’! U ftit wara, f’nofs ta’ lejl, ma stajtx norqod bir‑rabja għax ma ridtx nitlef il‑kburija tiegħi; qajjimt lill‑mara u b’umiltà kbira tlabtha tfakkarni fil‑mumenti sbieħ li fl‑imgħoddi konna għexna flimkien. Għannaqna ’l xulxin u tlabna wkoll maħfra lil xulxin. (Afrikan) Wara li l‑ġenituri tagħna mietu, jien u oħti ma bqajniex inkellmu lil xulxin minħabba l‑wirt, li ħassejna ma kienx maqsum kif kellu jkun. Wasalna biex litteralment sirna għedewwa ta’ xulxin. Deherli li kienet ħaġa stramba u ridikola, imma fil‑fatt hekk kien. Għamilt il‑kuraġġ u mort naraha. Kienet sorpriża tant kbira li ġiet fuqi u għanqitni. Tlabna skuża lil xulxin u ddeċidejna li npoġġu flimkien il‑ġojjelli li ħallitilna ommna u nagħtuhom karità. Kif għamilna hekk, ħassejna bħallikieku neħħejna piż tqil minn fuqna. Il‑ġenerożità tagħna lejn l‑oħrajn ġabitna aktar qrib ta’ xulxin u ħassejna li sirna eqreb lejn il‑ġenituri tagħna fis‑sema. (F. ‑ Franza)

Ma setax ikollna tfal u minħabba f’hekk it‑tnejn li aħna ffukajna aktar fuq il‑karrieri tagħna b’konsegwenza li wara 24 sena żwieġ dħalna fi kriżi. Qisu hu żelaq minn idi. Meta fhimt li għaddejna minn imħabba żagħżugħa

għal waħda adulta, iddeċidejt li kelli nagħmel l‑ewwel pass u nitlob lil żewġi jiġi miegħi għand ‘counselor’. Meta ġejna lura d‑dar deher inkwetat ħafna u stqarr li qatt ma basar li kont batejt daqshekk u skuża ruħu. Ħfirna lil xulxin. Tlabt u staqsejt lil Alla jgħinni. Ħassejt li kien tajjeb li nitlaq mix‑xogħol li fih kont għamilt karriera tajba ħafna, biex inkun nista’ nkun aktar preżenti d‑dar, u nagħtih aktar affezzjoni u nifhmu aħjar. Dan kien jitlob minna ħafna ħniena u paċenzja, imma issa r‑relazzjoni ta’ bejnietna mmaturat aktar u ma baqgħetx aktar marbuta m’espressjonijiet li kienu jidhru tant importanti meta konna għadna żgħar. Illum ngħidlu kliem li sa ftit snin ilu qatt ma ħsibt li kont se ngħid, bħal: “M’iniex kapaċi ngħix mingħajrek”. Sirna bħal żewġ imsieħba fuq vjaġġ fejn kull wieħed jistinka biex jirrealizza l‑pjan t’Alla fuqna t‑tnejn magħqudin flimkien. (S.T. – Italja) Li nkunu ħaġa waħda mal‑oħrajn mhix ħaġa faċli. Neħtieġu nkunu kompletament vojta minna nfusna, minn kull idea ta’ moħħna, mis‑sentimenti ta’ qalbna, minn dak kollu li rridu u saħansitra mill‑ispirazzjonijiet tagħna, u npoġġu fil‑ġenb ’l Alla fina għal Alla fl‑oħrajn biex inkunu nistgħu nidentifikaw irwieħna magħhom. Li nsiru ħaġa waħda tfisser inħossuna kif l‑oħrajn iħossuhom, daqslikieku aħna stess qed inħossuna hekk. Insiru l‑ieħor. Dan nagħmluh għall‑imħabba lejn Ġesù f’ħutna. (Chiara Lubich)

Talba: Missier, hawn jien fis‑skiet ta’ kamarti. Fil‑preżenza tiegħek ma nħossx li għandi bżonn nispjega b’ħafna kliem jew li noqgħod nanalizza tant lili nnifsi biex nippreżenta ruħi quddiemek. Inħoss biss il‑bżonn li nagħti ruħi kollni kemm jien lilek hekk kif jien, bi dnubieti kollha, bit‑tajjeb kollu li hemm fija, jekk hemm! Nitolbok u ngħidlek dak kollu li Ġesù kieku floki kien jista’ jgħidlek, dak kollu li Marija kieku kienet tgħidlek. U int fis‑skiet tisma’, tifhem u tilqagħni żgurament bħala ibnek/bintek. Ammen. 

RIEDA LI TAGĦTI

Wirt dejjiemi li jibdel il‑ħajjiet

Billi tiftakar f'Missio Malta fil‑wirt tiegħek, inti tista' tagħmel differenza għal dejjem fid‑dinja li l‑ġenerazzjoni li jmiss qed tikber fiha. Rigal mingħandek jista', ħafna snin oħra, jidher fit‑tbissim tat‑tfal f'pajjiżi tat‑Tielet Dinja li ser jibbenefikaw mill‑ħniena u l‑kompassjoni tiegħek. Il‑legati tiegħek li tħalli warajk dejjem ser iħallu tbissima ħajja fil‑qlub ta' nies oħra.

AGĦMEL IT‑TMIEM TAL‑FAQAR PARTI MILL‑ISTORJA TAʼ ĦAJTEK.

Jien. Int. Aħna. Flimkien.

VO/1178

Nru. 7, Triq il‑Merkanti, il‑Belt Valletta VLT 1171. Tel: (+356) 2123 6962 | E‑Mail: info@missio.org.mt www.missio.org.mt

This article is from: