5 minute read

It‑Tfal Fil‑Missjoni

Next Article
Editorjal

Editorjal

Ir‑Razzett fil‑Belt tas‑Subien f’Andahuaylillas, il‑Peru

Ir‑razzett fil‑Belt tas‑Subien (City of Boys) jeżisti biex jipprovdi ikel kemm għas‑subien stess kif ukoll għall‑patrijiet missjunarji li jmexxuh. Ta’ kuljum il‑patrijiet jitimgħu aktar minn elf tifel u tifla. Dawn it‑tfal jingħataw ukoll kura u għajnuna. Dawn jikkonsistu f’600 tifel u tifla tal‑iskola, 50 tfal morda u b’diżabilità li ma jistgħux jattendu l‑iskola, u madwar 350 tifel u tifla oħra li jgħixu fil‑muntanji ta’ madwar Cuzco li jmorru u jiġu skont ix‑xewqa tagħhom. Il‑patrijiet jipprovdu wkoll ikla waħda b’xejn kuljum lil dawk il‑persuni li jirċievu salarju u li jkunu qed jaħdmu fuq proġetti differenti mwettqa għall‑benefiċċju tat‑tfal. Fosthom fl‑iskejjel, fiċ‑ċentri, fir‑razzett u fl‑orfanatrofju. B’kollox dawn il‑persuni jammontaw għal madwar 180 ruħ. Il‑membri kkonsagrati tal‑moviment li jaħdmu u jgħixu fir‑razzett u fiċ‑ċentri jlaħħqu madwar 80 persuna oħra.

Ir‑razzett immexxi minn dawn il‑patrijiet huwa mudell ta’ agrikoltura intraprenditorja u li minnu jibbenefikaw ukoll l‑irħula ta’ madwar il‑Belt tas‑Subien. Aspett ieħor importanti ħafna huwa li jservi sabiex iżommu lis‑subien attivi. Il‑Belt tas‑Subien tkopri aktar minn 222 tomna art b’150 oħra f’uċuħ ta’ raba’ mħawla. Sa mill‑2007, meta l‑Belt tas‑Subien twaqqfet, żdiedu progressivament attivitajiet agrikoli u issa jinkludu wkoll it‑trobbija tal‑baqar, nagħaġ u ħnieżer sabiex isiru awtosuffiċjenti fil‑produzzjoni tal‑ikel, partikolarment ħalib u laħam. It‑tmigħ ta’ aktar minn elf ruħ ta’ kuljum jeħtieġ produzzjoni, provvista effettiva, ħażna u loġistika tad‑distribuzzjoni. Il‑livell attwali ta’ produzzjoni huwa konsiderevoli u huwa frott ta’ ħidma ta’ awtonomija u raġonevoli li tevita l‑qbiż fl‑ispejjeż ta’ tħaddim u

Kif tista’ tgħin lit‑tfal fil‑missjoni:

€ 17 2 porzjonijiet ross għal 130 tifel u tifla fit‑Tajlandja. € 50 Operazzjoni lil tifel jew tifla f’riskju li jitilfu d‑dawl t’għajnejhom għal għomorhom.

€ 100 10 pjanċi tal‑metall biex isir saqaf ta’ kappella f’żona rurali.

€ 138 Konsenja ilma tal‑fliexken għal 15‑il tifel u tifla. € 2,000 Tħaffir u bini ta’ spiera għal ilma nadif biex jibbenefikaw komunitajiet sħaħ.

Ibgħat id‑donazzjoni tiegħek lil ‘Missio’ Nru. 7, Triq il‑Merkanti, Valletta VLT 1171 Jew fuq www.missio.org.mt Għal aktar dettalji ċemplu fuq 21236962 jew 20330015 fil‑ħinijiet tal‑uffiċċju. GRAZZI!

CHILD SPONSORSHIP

€150 – edukazzjoni għal sena sħiħa lil tifel jew tifla fil‑bżonn.

Bis‑saħħa tal‑programm ‘Missio Child Sponsorship’, int tkun raġġ ta’ dawl fil‑ħajja ta’ dawn it‑tfal foqra. Kull min jisponsorja tifel jew tifla jingħata ritratt u tagħrif dwarhom.

Ibgħat id‑donazzjoni tiegħek lil Missio Nru. 7, Triq il‑Merkanti, Valletta VLT 1171 Jew fuq www.missio.org.mt Għal aktar dettalji ċemplu fuq 21236962 fil‑ħinijiet tal‑uffiċċju. GRAZZI MILL‑QALB

manutenzjoni. It‑trobbija tal‑baqar tippermetti li jkopru l‑ħtiġijiet li ġejjin: awtosuffiċjenza kompleta fil‑produzzjoni tal‑ħalib (madwar 350 litru kuljum) u t‑trasformazzjoni tiegħu f’ħalib, jogurt u ġobon għall‑konsum tal‑iskejjel, taċ‑ċentri u tal‑orfanatrofju. 50% tal‑laħam huma meħtieġa biex jitimgħu lit‑tfal kollha li jirċievu mill‑inqas ftit laħam kuljum u ħut kull nhar ta’ Ġimgħa.

L‑operat jinvolvi l‑aktar xogħol manwali u mhux mekkanizzat; fosthom ħsad tal‑patata u tal‑qamħirrun, tħawwil tal‑ħaxix, il‑ħsad tal‑għalf tal‑annimali, l‑għalf tal‑annimali u t‑tindif tal‑istalel. Dan jippermetti li jimpjegaw nies foqra li jgħixu qrib ir‑razzett. Is‑sitwazzjoni attwali tat‑trobbija tal‑baqar tinkludi stalel għall‑baqar (b’sezzjonijiet għat‑twelid, għaż‑żgħar li għadhom kif twieldu, u għoġġiela), stalel għall‑ħnieżer, stalel għan‑nagħaġ, kamra għall‑ħlib u kamra fejn il‑ħalib li jipproduċu jsir jogurt u ġobon. Din tal‑aħħar hija mgħammra

Modi kif tista’ tgħin

 Ċekk indirizzat lil Missio Malta (7, Triq il‑Merkanti, il‑Belt Valletta VLT 1171.) Infakkrukom li ma jistgħux jintbagħtu ċekkijiet t’inqas minn €21.

 Bank Transfer

Klijenti ta’ banek oħra jistgħu jagħmlu ‘Bank Transfer’ għal dawn il‑kontijiet bankarji. Min jagħmel donazzjoni f’dan il‑kont jibgħatilna nota dwar l‑ammont u meta sar id‑depożitu sabiex tintbagħat irċevuta.

Account holder name: Missio Malta Account holder name: Missio Malta

Bank’s name: APS BANK Bank’s name: Bank of Valletta

Account No: 41474120039 IBAN: MT94APSB77013000000041474120039 Swift Code: APSBMTMT Account No: 50011468005 IBAN: MT31VALL22013000000050011468005 Swift Code: VALLMTMT

 Donazzjoni b’SMS • 50617374 ‑ €2.33 • 50618820 ‑ €6.99 (Numri miftuħin is‑sena kollha.)

 Donazzjoni bit‑telefon tad‑dar • 51602062 ‑ €10 • 51702063 ‑ €15 • 51802064 ‑ €25 (Numri miftuħin is‑sena kollha.)  www.missio.org.mt Iżżur il‑websajt u kklikkja fil‑parti Donations.  Jew għal donazzjonijiet ‘direct debit’ ċempel: 2123 6962.

bil‑friġis. Miri futuri għar‑razzett jinkludu ż‑żamma tal‑livell attwali ta’ operazzjoni u produzzjoni filwaqt li fl‑istess ħin jagħmlu investimenti żgħar biex jinkiseb ‘output’ aħjar tal‑faċilitajiet il‑ġodda, sabiex ikunu jistgħu jużaw il‑mekkaniżmu aħjar fir‑razzett ħalli jiżdied il‑kost‑effettiv tiegħu. B’kost‑effettiv ma nifhmux li għandhom il‑ħsieb li jagħmlu profitt għaliex il‑patrijiet ma jbigħu ebda prodott mir‑razzett. Dan kollu huwa ddestinat għall‑foqra li jieħdu ħsieb. Jekk il‑produzzjoni taqbeż il‑bżonnijiet tagħhom, il‑patrijiet jagħtu ż‑żejjed lill‑organizzazzjonijiet tal‑karità oħra f’Cuzco. Huwa għalhekk li dejjem għandhom bżonn l‑għajnuna fir‑razzett tagħhom. L‑ispejjeż operattivi kollha huma assigurati, grazzi għall‑ġenerożità tal‑benefatturi. Madankollu, mhuwiex proġett li jiddependi milli jkun profitabbli. Il‑profitabbiltà tagħhom hija l‑abbiltà li jsostnu numru kbir ta’ tfal foqra permezz ta’ nutrizzjoni tajba, fejn livell għoli ta’ anemija u malnutrizzjoni huwa misjub fl‑Andes li għandha konsegwenzi diżastruża fit‑tfal, tagħti impjiegi lill‑familji li jgħixu fil‑qrib, toffri eżempju tajjeb ta’ kif titmexxa operazzjoni agrikola u, fuq kollox, tappoġġja l‑edukazzjoni tat‑tfal li Alla afdalhom. Ir‑razzett ta’ dawn il‑patrijiet jikkostitwixxi investiment reali fil‑futur li jista’ biss jagħti frott abbundanti lill‑foqra tal‑Peru.

Huwa għalhekk li jridu jkunu kapaċi joqogħdu fuq id‑donazzjonijiet sena wara sena biex jipperpetwaw dan il‑proġett. Il‑finanzjament tas‑salarji tal‑impjegati huwa l‑aktar impriża diffiċli. Il‑kontribuzzjonijiet u l‑fedeltà tad‑donaturi li jgħinu kontinwament huma deċiżivi u milqugħa bil‑qalb! Fost dawn hemm il‑Fondazzjoni Santa Devota ta’ Monaco li ilha tgħin lil dan ir‑razzaett għal diversi snin f’dan il‑proġett. Matul dawn l‑aħħar snin, l‑għajnuna tagħhom ippermettiet li jtejbu xi faċilitajiet fuq ir‑razzett, partikolarment l‑istalla tan‑nagħaġ fis‑sena 2018, u wkoll biex akkwistaw tagħmir, fosthom ġeneratur, flimkien ma’ għajnuna ta’ riżorsi umani meħtieġa għal dan il‑proġett, u l‑ispiża tal‑għalf għat‑trobbija tal‑baqar. 

Biex infiq għandi bżonn id‑demm. Int tista’ tgħinni?

Grazzi mill‑qalb!

10 REGOLI MILL‑ĦAWAJ

• Qatt tiġġudika ġurnata mit‑temp biss. • L‑aħjar oggetti fil‑ħajja mhumiex oġġetti. • Għid il‑verità – hemm anqas x’tiftakar. • Tkellem b’ton baxx u ilbes ħwejjeġ b’kuluri jgħajtu. • L‑għanijiet huma qarrieqa – vleġġa mhix immirata, qatt ma tmur żmerċ. • Dak li jmut bl‑aktar oġġetti materjali – xorta huwa mejjet. • L‑età hija relattiva – meta titla’ sa fuq ta’ għolja tikseb il‑veloċità. • Hemm żewġ modi kif tkun sinjur – jew tagħmel aktar flus jew tixtieq anqas. • Is‑sbuħija hija interna – l‑apparenza ma tiswa xejn. • Jekk ma jkunx hemm xita, il‑qawsalla ma tfiġġx.

Jien.Jien. Int. Int. Aħna. Aħna. Flimkien.Flimkien.

VO/1178

This article is from: