
3 minute read
Editorjal
Jien. Int. Aħna. Flimkien.
VO/1178
Missio ‑ [Uffiċċju Missjunarju], 7, Triq il‑Merkanti, il‑Belt Valletta VLT 1171. Ħinijiet: mit‑Tnejn sal‑Ġimgħa: 9.00am ‑ 1.00pm Donazzjonijiet jistgħu jitħallew fil‑ħanut Faith Hope & Charity mit‑Tnejn sal‑Ġimgħa: 1.00pm ‑ 7.00pm / Is‑Sibt: 9.00am ‑ 1.00pm Missio: Nru. 150, Triq Lorenzo Gafà, il‑Mosta MST 4128. Ħinijiet: mit‑Tnejn sal‑Ġimgħa: 8.00am ‑ 4.00pm
Tel: 2123 6962 • Fax: 21231272 Imejl: info@missio.org.mt • Websajt: www.missio.org.mt
Uffiċċju Missjunarju, 7, Triq l‑Imgħallem, ir‑Rabat, Għawdex VCT 9066. Tel: 2155 0267 • Imejl: gozo@missio.org.mt Ħinijiet: mit‑Tnejn sal‑Ġimgħa: 8.30am ‑ 12.00pm BORD EDITORJALI Editur: Claudia Cini (claudia@missio.org.mt) Membri:Mons. Valent Borg
Dun Victor Agius, Mario Scicluna, Dun Karm Portelli, Kav. Emmanuel Cutajar KCHS, Robert Farrugia Websajt u Facebook: missiomalta Qari tal‑Provi: John Caruana Grafika: James Trapani (gakbu@gakbu.com)
Malta Missjunarja hija Rivista Missjunarja ta’ kull xahar. L‑ewwel ħarġa: Settembru 1932 bl‑isem ta’ Malta Missjunarja. Jannar 1978: bidla fl‑isem għal Knisja Missjunarja. Frar 2003: mill‑ġdid Malta Missjunarja. Abbonament għal sena €10.00
F’din il‑ħarġa:
2 Editorjal 4 Messaġġ mid‑Direttur 6 Intenzjoni Missjunarja 8 Esperjenzi Reali 12 Missjunarji Ta’ Żminijietna 16 It‑Tfal Fil‑Missjoni 22 Il‑Qaddis tax‑Xahar 24 90 Sena ta’ Storja 32 Dehriet tal‑Madonna
36 Riċetta Tradizzjonali 38 Kompetizzjoni u Ċajt 39 Nitolbu għall‑Mejtin Tagħna
Ritratt tal‑faċċata: Omm u ż‑żewġ uliedha qed jilagħbu b’gidi f’raħal fil‑Provinċja ta’ Chaco fit‑Tramuntana tal‑Arġentina.
Iż‑Żewġ Listi
Riżoluzzjoni għall‑Ewwel tas‑Sena
Inħossni xxurtjata li kelli ċ‑ċans ngħaddi l‑ħin ma’ raġel misterjuż matul perijodu speċjali f’ħajti. Sandro għallimni ħafna affarijiet matul iż‑żmien li qattajna flimkien. Dan iż‑żmien tas‑sena jfakkarni fi ġrajja partikolari li qsamna flimkien.
“Jeħtieġlek tibda taħseb fl‑ambizzjonijiet għalik innifsek,” kien qalli darba, “biex ma titlifx il‑pedamenti li bnejt.”
“Bħar‑riżoluzzjonijiet tal‑Ewwel tas‑Sena?” niftakar li staqsejtu.
“Mmm, idea interessanti,” qalli bid‑daħka, “iva hekk nagħmlu.”
Sandro kompla jfissirli li dik il‑lejla kelli nagħmel żewġ listi. L‑ewwel lista kellha tkun b’dawk ir‑riżoluzzjonijiet kollha li xtaqt inżomm, filwaqt li t‑tieni lista kellha tkun b’dawk ir‑riżoluzzjonijiet kollha li ser inżomm. Sandro talabni nibda billi nikteb l‑ewwel il‑lista ta’ dak li xtaqt u meta ninxef mill‑ideat nikteb it‑tieni lista fuq karta
separata. Lura d‑dar, niftakar li qattajt diversi sigħat nikteb iż‑żewġ listi. Il‑lista ta’ dak kollu li xtaqt kienet eċċitanti għall‑bidu, iżda wara ftit spiċċajt nikteb dak kollu li dejjem xtaqt nagħmel li kieku ma nqalgħux ċerti sitwazzjonijiet f’ħajti. Wara kważi siegħa, irnexxieli nimla’ paġna sħiħa bl‑ideat li kelli għal ħajja ideali. It‑tieni lista kienet aktar faċli, u fi ftit minuti irnexxieli nikteb għaxar riżoluzzjonijiet li ħassejt li kienu kemm realistiċi kif ukoll ta’ għajnuna.

L‑għada ltqajt ma’ Sandro f’ħanut lokali tal‑ikel, fejn konna regolarment nagħmlu d‑diskussjonijiet tagħna. “Għidli dwar iż‑żewġ listi,” qalli Sandro bi tbissima fuq fommu. “L‑ewwel lista tikkonsisti f’dawk l‑affarijiet kollha li nixtieq nagħmel jekk ninbidel kompletament f’dik il‑persuna li dejjem xtaqt li nkun”, għedtlu, “filwaqt li t‑tieni lista fiha dak kollu li nista’ nagħmel biex naċċetta l‑ħajja li qed ngħix bħalissa u biex nieħu passi realistiċi lejn il‑ħajja li rrid ngħix.”
Sandro talabni biex jara l‑ewwel it‑tieni lista. Jiena newwilthielu u bla ma ħares lejha qattagħha f’mitt biċċa u rmieha f’landa taż‑żibel fil‑viċin. Iddispjaċieni li ġie jaqa’ u jqum mill‑isforzi li għamilt biex ktibt dik il‑lista, iżda xħin ikkalmajt u bdejt naħseb fuq l‑ewwel lista, irrealizzajt li fil‑fond ta’ qalbi, kienet l‑ewwel lista li l‑aktar li kelli nagħti każ, filwaqt li t‑tieni waħda kienet falliment. Sandro talabni ngħaddilu l‑ewwel lista, filwaqt li ħareġ idejh it‑tnejn biex jirċeviha. Jiena għaddejthielu u stennejtu jibda jaqraha, iżda wara ħin twil ta’ silenzju, Sandro għaffeġ il‑karta f’ballun bla ma qraha u rmieha wkoll fil‑landa taż‑żibel.
“Għalfejn għamilt hekk?” staqsejtu rrabjata. Ma stajtx naħbi r‑rabja li nġemgħet ġewwa fija dak il‑ħin.
B’ton baxx, imma sigur Sandro qalli: “Dak li tixtieq u dak li trid tagħmel b’ħajtek m’għandux aktar jimpurtak. L‑unika ħaġa li għandu jimpurtak mil‑lum ’il quddiem hija x’jeħtieġ li tagħmel!” Wara Sandro ħareġ karta mitwija mill‑but tal‑ġakketta u tahieli. Jien ftaħtha bil‑galbu, u sibt kelma waħda biss eżatt f’nofs il‑karta bajda:
IMĦABBA
Awguri Minn Qalbna Ghal Sena Gdida Mimlija Risq, Paci u Sahha.
