6 minute read

Missjunarji Ta’ Żminijietna

Is‑Sorijiet Missjunarji Qaddejja tal‑Fqar fil‑Peru

Hekk kif bdiet il‑kwarantina minħabba l‑pandemija tal‑COVID‑19, is‑Sorijiet Missjunarji Qaddejja tal‑Fqar fil‑Peru waqqfu l‑ħidma pastorali tagħhom fl‑irħula, fl‑iskejjel u fl‑oratorju, imma l‑ħidma tagħhom f’Dar Santa Tereża ta’ Ġesù f’Punacancha kompliet u għadha għaddejja. Huma jieħdu ħsieb ommijiet immigranti mill‑Venezwela li jmorru jittallbu għall‑ikel biex jitimgħu lill‑familji tagħhom. Dawn huma nies foqra li għandhom biss xogħol temporanju li ma jirrendix biżżejjed flus sabiex jitimgħu lill‑familji tagħhom. Fosthom issib ukoll ommijiet ta’ tfal morda li m’għandhomx flus biżżejjed biex jeħduhom l‑isptar u ommijiet li qed jistennew biex iwelldu, li la għandhom ħwejjeġ għalihom u wisq anqas għat‑trabi tagħhom.

Barra minn hekk huma ħafna n‑nies li jċemplulhom sabiex jitolbuhom jiftakru fihom fit‑talb tagħhom, nies li jinħtieġu l‑appoġġ ta’ dawn is‑sorijiet, u nies mbeżżgħin, anzjużi u li għaddejjin minn tbatija kbira għax huma jew qrabathom huma morda bil‑koronavajrus. Is‑sorijiet jagħmlu minn kollox sabiex jippruvaw jappoġġjaw lil dawk fil‑bżonn filwaqt li jikkonslawhom u jħeġġuhom ikollhom fiduċja f’Alla waqt dawn iż‑żminijiet ta’ prova. Imma dan ix‑xogħol ma jkunx possibbli mingħajr l‑għajnuna ta’ diversi persuni, inklużi dawk mill‑pajjiż li jġibulhom l‑ikel, ħaxix u ħtiġijiet oħra, u mingħajr l‑għajnuna tal‑benefatturi li afdaw id‑donazzjonijiet tagħhom għall‑benefiċċju ta’ nies li verament għandhom

bżonnhom. Is‑sorijiet ma jieqfu qatt jirringrazzjaw b’qalbhom kollha lil dawk kollha li jkomplu jgħinuhom minkejja li għandhom il‑baġit tagħhom issikkat ukoll u lil dawk li aċċertawhom it‑talb tagħhom. Is‑sorijiet jisħqu li Alla jippremja l‑ġenerożità u l‑appoġġ ta’ kulħadd fi żmien daqshekk diffiċli għal tant familji foqra.

Matul din il‑pandemija, biex ma jkomplix jinxtered il‑vajrus, iċ‑ċelebrazzjoni tal‑quddiesa, l‑Adorazzjoni Ewkaristika u l‑attivitajiet ta’ evanġelizzazzjoni ġew sospiżi. Madankollu, il‑missjoni ta’ dawn is‑sorijiet tkompli għalkemm f’forma differenti. Il‑mod kif komplew il‑missjoni tagħhom kien li ċemplu lin‑nies mill‑mowbajls tagħhom għal fuq linja fissa, għax ħafna huma n‑nies li għandhom għall‑inqas dan is‑servizz bażiku. B’dan il‑mod appoġġjaw familji f’diversi missjonijiet, stednuhom jattendu l‑quddiesa virtwali u ħeġġewhom biex jirċievu lil Kristu spiritwalment u jitolbu r‑rużarju mal‑familja. Ir‑Rużarju Mqaddes jixxandar fuq l‑ispeakers biex kulħadd ikun magħqud fit‑talb u jpoġġu lilhom infushom taħt il‑protezzjoni

Kif int tista’ tgħin lis‑seminaristi fl‑Asja, fl‑Afrika jew fl‑Indja:

Ftakar fihom fit‑talb tiegħek, għaliex huma jiftakru fina fit‑talb tagħhom.

Intenzjoni għal Quddiesa ‑ €5 Ikla nutrittiva lil seminarista għal ġimgħa ‑ €36 Paga ta’ għalliem fis‑Seminarju għall‑formazzjoni tas‑seminaristi ‑ €48 Għotja ta’ rota lil katekist biex imur jgħallem ‑ €60 Ħlas għal trasport biex seminaristi jagħmlu xogħol pastorali f’postijiet imbiegħda ‑ €115 Eluf ta’ żgħażagħ qed jiġu msejħa biex jaqdu lil Alla bħala qassisin, imma ħafna minnhom jiġu minn familji u parroċċi li huma fqar wisq biex iħallsulhom is‑snin twal ta’ formazzjoni u ordinazzjoni. Inti tista’ tgħinhom jilħqu komunitajiet li għadhom ma jafux b’Ġesù billi tħallas borża ta’ studju jew parti minnha. L‑għajnuna tiegħek, flimkien ma’ dik ta’ ħafna persuni ġenerużi bħalek tagħmel differenza kbira.

• Borża ta’ Studju għall‑edukazzjoni ta’ seminarista fl‑aħħar 4 snin:

€480 (parti mill‑ispejjeż) ‑ €600 (kwart tal‑ispejjeż) €2400 (l‑ispejjeż kollha)

Ibgħat id‑donazzjoni tiegħek lil Missio: Nru. 7, Triq il‑Merkanti, Valletta VLT 1171

Jew fuq: www.missio.org.mt Għal aktar dettalji ċemplu fuq 21236962 fil‑ħinijiet tal‑uffiċċju. GRAZZI MILL‑QALB

ta’ Marija Mqaddsa u fl‑istess ħin jitolbuha tinterċedi għall‑umanità kollha. Sabiex it‑tfal setgħu jkomplu bit‑tagħlim tal‑katekeżi fid‑djar tagħhom bl‑għajnuna tal‑ġenituri, is‑sorijiet qassmu pakketti ta’ attivitajiet kateketiċi u Bibbja, ‘workbooks’ kif ukoll vidjows dwar il‑ħajja tal‑qaddisin u innijiet Kattoliċi. Is‑sorijiet ukoll ma naqsux li jkomplu jgħinu lill‑anzjani billi jqassmulhom l‑ikel.

Is‑sorijiet li qed jaqdu l‑missjoni fid‑distrett ta’ Ilo, issospendew il‑ħidma tagħhom fl‑iskola taż‑żgħar San Martin de Porres, iżda qed jappoġġjaw lill‑familji tat‑tfal b’mod differenti billi jipprovdulhom boroż bi prodotti tal‑ikel ipprovduti minn diversi benefatturi. Huma qed iqassmu wkoll ikel lill‑anzjani fi djarhom. Dan kollu grazzi għall‑providenza ta’ min ma jinsa qatt lil dawk l‑aktar fil‑bżonn. Is‑sorijiet ħadu l‑opportunità sabiex irrenovaw l‑iskola sew minn ġewwa kif ukoll minn barra, fost dawn żebgħa tal‑ħitan, bibien, siġġijiet u bankijiet. Dan sabiex ikunu aktar sbieħ, ħalli meta t‑tfal jiġu lura jkunu kuntenti u jkunu jafu kemm huma importanti għal Alla u għas‑sorijiet.

“It‑tħabbira tas‑Saltna t’Alla ma waqfitx minħabba l‑pandemija. Huwa Alla nnifsu li jġib modi ġodda ta’ kif jestendi s‑saltna tiegħu u jinkludi lil kull min jisma’ minnu u huwa miftuħ għall‑imħabba tiegħu. Kemm nixtiequ li l‑umanità kollha taċċetta s‑saltna tiegħu li għaliha kulħadd huwa msejjaħ!” Madre Superjura. 

POWERED BY KALENDARJU Combat Loneliness 2022 Adopt a Grandparent

NEWSPAPER POST

Neħtieġu ħafna t‑talb tal‑qaddisin, ħalli dak li ma nistgħux niksbu bil‑ħila tagħna, jingħatalna bit‑talb tagħhom. San Bernard.

Rigali b’differenza €7 - Tiġieġa tista' toffri lil familja fil-bżonn sors ta' dħul.

KALENDARJU 2022

Jien. Int. Aħna. Flimkien.

(VO/1178)

Jinsab għall‑bejgħ mill‑ħanut Faith, Hope & Charity tal‑Belt Valletta għall‑prezz ta’ €2. Inħeġġukom tmexxu l‑kelma. Ordnijiet ta’ 20 kopja jew aktar jitwasslu b’xejn.

www.missio.org.mt IL-ĦADD IT-TNEJN 30 31 IT-TLIETA L-ERBGĦA IL-ĦAMIS IL-ĠIMGĦA 1 IS-SIBT Omm Alla (Jum il‑Paċi)

Jien. Int. Aħna. Flimkien. (VO/1178)

follow us missiomalta

Ir‑raba’ Ħadd ta’ matul is‑sena S. Ġwann Bosco L‑isem qaddis ta’ Ġesù S. Anġela ta’ Foligno L-Epifanija tal-Mulej Nitolbu sabiex dawk kollha li jsofru diskriminazzjoni u persekuzzjoni reliġjuża jsibu fis‑soċjetà, li fiha jgħixu, l‑għarfien tad‑drittijiet proprji tagħhom u tad‑dinjità li titnissel meta nkunu lkoll aħwa.

S. Ġwann Neumann S.Andrè Bessitte S. Luċjan S. Girgor ta’ Nyssa Il‑Magħmudija tal‑Mulej

S. Iġino Papa S. Anton Maria Pucci S. Ilarju ta’ Poiters Isqof S. Feliċ ta’ Nola S. Pawl Eremita It‑tieni Ħadd ta’ matul is‑sena S. Anton Abbati

Bidu ta’ Ġimgħa ta’ Talb għall‑Għaqda tal‑Knejjes Insara S. Marju u sħabu S. Sebastjan S. Anjeże S. Publiju

S. Anġela Meriċi It‑tielet Ħadd ta’ matul is‑sena S. Franġisk de Sales Il‑Konverżjoni ta’ Missierna S. Pawl S. Timotju u S. Titu Isqfijiet

Jum is‑Santa Infanzja f’Malta u Għawdex S. Sulpizju ta’ Bourges

S. Tumas t’Aquino

2 9 3 10 4 11 5 12 6 13 S. Raymond ta’ Penjafort 7 14 8 15 16 17 18 19 20 www.missio.org.mt 21 22

23 24 25 26 27 28 29

Jien. Int. Aħna. Flimkien.(VO/1178) follow us missiomalta

Rigali b’differenza IL-ĦADD IT-TNEJN IT-TLIETA L-ERBGĦA IL-ĦAMIS €55 - Mogħża tiġġenera dħul kontinwu lill-familja. IL-ĠIMGĦA IS-SIBT Nitolbu sabiex l‑impenn tal‑ħaddiema sanitarji fl‑assistenza tal‑persuni morda u tal‑anzjani, speċjalment fil‑pajjiżi l‑iktar foqra, ikunu megħjuna mill‑mexxejja u mill‑komunitajiet lokali.

Ġesù jikkonfortak fid‑dwejjaq tiegħek. Aktar ma t‑tbatija tkun kbira, aktar kbira tkun l‑imħabba t’Alla lejk.

Padre Pio. April 2022

1 2

Il‑ħames Ħadd tar‑Randan 3 4 5 6 7 8 S. Nikola ta’ Noto 9 S. Franġisk ta’ Paola Ħadd il‑Palm 10 S. Isidor ta’ Seville 11 S. Vinċenz Ferreri 12 S. Pjerina Morosani 13 S. Ġwann Battista de la Salle 14 S. Dijonisju ta’ Lixandra 15 S. Casilda ta’ Toledo 16 L‑Għid il‑Kbir 17 S. Pawl tal‑Afrika 18 19 S. Ġulju I Papa S. Martinu I Papa 20 21 Ħamis ix‑Xirka Il‑Ġimgħa l‑Kbira 22 Vġili Solenni tal‑Għid 23 It‑tieni Ħadd tal‑Għid (Jum il‑Ħniena Divina) 24 S. Savina Petrilli S. Mark Evanġelista 25 S. Iljun IX Papa Il‑Madonna tal‑Bon Kunsill 26 S. Aniċetus Papa Il‑Madonna ta’ Montserrat 27 S. Ġwann Saziari S. Ġanna Beretta Molla 28 S. Agapitus I Papa 29 S. Adelbert ta’ Praga 30 S. Katerina ta’ Siena S. Piju V Papa

Adopt a Grandparent

Combat Loneliness

POWERED BY

MALTA

Tweġġa’ meta tħossok waħdek... iżda Missio, flimkien ma’ Newsbook.com.mt ħarġu b’inizjattiva li tagħtik il‑possibilità li ssib qalb ta’ ħbiberija permezz tal‑proġett Adopt a Grandparent. Jekk inti interessat tipparteċipa, ċempel fuq 2122 2001.

www.adoptgrandparent.org

POWERED BY

Dan il‑proġett huwa ffinanzjat mill‑Malta Social Impact Awards.

This article is from: