
2 minute read
Il‑Qaddis tax‑Xahar
Beatu Rutilio Grande SJ
Fl‑20 ta’ Frar 2020, Papa Franġisku bbeatifika lill‑qassis Ġiżwita Rutilio Grande SJ. Minħabba l‑pandemija ser jiġi kkanonizzat fit‑22 ta’ Jannar 2022. Huwa twieled fil‑5 ta’ Lulju 1928. Kien l‑iżgħar fost sitt aħwa f’familja fqira minn El Paisnal, f’El Salvador. Il‑ġenituri tiegħu ddivorzjaw meta kien żgħir ħafna, u trabba minn ħuh il‑kbir u nanntu, li kienet devota kbira. Fit‑tfulija tiegħu, Rutilio sofra l‑ġuħ u l‑faqar li affettwawlu saħħtu għall‑kumplament ta’ ħajtu. Meta kellu 12‑il sena ġie mistieden jattendi l‑iskola sekondarja tas‑seminarju ta’ El Salvador mill‑arċisqof innifsu.
Rutilio ħalla raħal twelidu biex jibda jistudja għall‑qassis mal‑ġiżwiti. Fl‑aħħar tal‑formazzjoni tiegħu, spiċċa kors ta’ studju fuq il‑Vatikan II u direzzjonijiet ġodda għall‑ministeru pastorali, fi Brussel, il‑Belġju. Kien jinsisti fuq liturġija inklussiva, u fuq partiċipazzjoni kemm jista’ jkun sħiħa u wiesgħa tal‑lajċi. Kien jemmen li qatt m’għandek timxi waħdek f’komunità, imma dejjem trid tfittex il‑partiċipazzjoni ta’ kulħadd u tisma’ lil kulħadd. Dan l‑impenn immarka lill‑Patri Grande bħala l‑qassis li ‘jisma’. Dan ‘is‑smigħ’ u din l‑inklussività qarrbitu lejn oħrajn b’umiltà u servizz. Meta kien imur f’xi raħal, kien isellem lil kulħadd. Kien jara li joħroġ it‑tajjeb
ta’ kulħadd fil‑komunità u jakkumpanjahom u jħeġġiġhom isibu huma s‑soluzzjonijiet għall‑faqar tagħhom biex jaħdmu flimkien għall‑ġid komuni. Kien jamministra s‑sagramenti b’mod li jenfasizza l‑aspetti importanti tal‑ħajja u jgħinhom jirrispondu għall‑isfidi li kulħadd kien għaddej minnhom. B’dan il‑mod il‑Knisja kienet tkun infurmata dwar il‑ħajja ta’ kuljum tal‑membri tagħha. Kien jagħmel dan anki bħala pajjiż, meta l‑vjolenza kienet dejjem tiżdied. Huwa kien jimxi mal‑poplu, mhux quddiemhom imma ħdejhom biex jakkumpanjahom. Kien iġib il‑valuri tal‑Vanġelu u t‑tagħlim tal‑Knisja fil‑ġlidiet tan‑nies. Mhux b’mod dittatorjali, imma billi jisma’, jagħti setgħa u jinkorpora l‑valuri tal‑Vanġelu. B’dan il‑mod kien jitgħallem hu u jikber flimkien mal‑komunità. L‑għarfien għall‑bidla beda jiżdied, imma beda jiżdied ukoll il‑periklu, fosthom theddid min‑ naħa ta’ sidien l‑artijiet li ħassew ix‑xogħol tal‑qassis ta’ theddida billi kien qed jinkoraġġixxi lin‑nies jorganizzaw rwieħhom għal ħajja aħjar.
Fit‑12 ta’ Marzu 1977, Rutilio Grande SJ u żewġ parruċċani oħra nqatlu minn skwadri tal‑gvern fuq ordni tas‑sidien tal‑artijiet. Papa Franġisku poġġa lil Patri Rutilio Grande SJ bħala eżempju ta’ mexxej qaddej li jħeġġeġ lill‑komunitajiet biex jużaw it‑talenti tagħhom u jkollhom identità.
Qiegħed nibgħat il‑ħlas ta’ € .................................. permezz ta’ ċekk pagabbli lil Missio Malta biex isiru Quddies fil‑missjoni għar‑ruħ/għall‑erwieħ ta’:
Isem u kunjom: Indirizz:
Belt/ Raħal: Tel: Kodiċi Postali:
N.B. Napprezzaw il‑kontribuzzjoni ta’ mill‑inqas €5 għal kull quddiesa. Il‑quddies kollu jitqaddes fil‑pajjiżi tal‑missjoni.

Kull nhar ta’ Sibt fit‑3 ta’ waranofsinhar fuq Net TV.
Waqt intervista individwali ta' 50 minuta, 'Ara Min Mar!' jintroduċi lit‑telespettaturi ma' persuni li għamlu esperjenza fil‑missjoni. L‑għan tal‑programm huwa li juri u jispjega l‑esperjenza missjunarja kollha; mill‑bidu nett tal‑preparazzjoni għall‑vjaġġ sal‑esperjenza attwali f'pajjiż tal‑missjoni sal‑effett ta' wara l‑esperjenza ladarba l‑individwu jkun lura d‑dar. L‑intervista, li turi l‑effett li tħalla fil‑persuna minn din l‑esperjenza, tgħin lil dak li jkun jirrealizza li kulħadd jista’ jesperjenza l‑missjoni, irrilevanti l‑età, il‑professjoni u l‑isfond tal‑ħajja li ġej minnha. Turi wkoll li persuna tista’ tagħmel esperjenza missjunarja sew għal żmien qasir kif ukoll għal perijodu itwal ta' żmien. Produzzjoni Missio Malta.
