
5 minute read
Dehriet tal‑Madonna
Il‑Ħidma Evanġelika ta’ Marija Santissima Bħala Missjunarja
It‑Tmien Parti
Il‑Madonna ta’ Filippsdorf, Għajnuna tal‑Insara, fir‑Repubblika Ċeka
Magdalena Kade twieldet fis‑sena 1835. Ta’ 31 sena bdiet tbati minn mard serju. Peress li kienet orfni, kienet tgħix ma’ ħuha Joseph ta’ 34 sena u ma’ martu Cecilia u l‑ħames uliedhom. Minħabba dan il‑mard, Magdalena ma kenitx tiflaħ tqum mis‑sodda u ħafna ħin matul il‑jum kienet tgħaddih fis‑sodda. Minbarra ħuha u martu, Magdalena kellha wkoll ħabiba li kienet tieħu ħsiebha, tgħinha fil‑ħtiġijiet tagħha u fl‑istess ħin iżżommilha kumpanija għal ħafna ħin mill‑ġurnata, saħansitra ġieli anki matul il‑lejl.
Fit‑13 ta’ Jannar 1866, għall‑ħabta tal‑erbgħa ta’ filgħodu, Magdalena, waqt li kienet fis‑sodda muġugħa, tant li ma setgħetx titkellem, kienet qiegħda tħares u titlob quddiem l‑inkwatru tal‑Madonna tad‑Duluri li kien mal‑ħajt faċċata tas‑sodda. Dak il‑ħin, il‑ħabiba tagħha kienet ukoll ħdejha. Ħin bla waqt Magdalena, eċċitata, għajtet bil‑ferħ: “Ħares, ara dik id‑dija! Ħares lejn dik is‑sbuħija.” Il‑ħabiba minnufih ħarset lejn fejn urietha Magdalena, iżda ma rat xejn. Magdalena kienet l‑unika waħda privileġġata li setgħet tara dik id‑dehra ta’ sbuħija ta’ mara liebsa l‑abjad u b’kuruna tad‑deheb f’xagħarha qrib is‑sodda tagħha. Magdalena, għall‑bidu beżgħet, imma wara għarfet li kienet irċeviet żjara mingħand il‑Verġni Marija. Il‑Madonna ħarset lejn Magdalena b’ħarsa ta’ imħabba, ċaqilqet xofftejha bil‑mod u qalet lil Magdalena: “Binti, issa inti mfejqa.” Ftit wara, il‑Madonna għebet. Magdalena minn dak il‑ħin stess setgħet tqum minn fuq is‑sodda u ħassitha li kienet tabilħaqq imfejqa għalkollox. L‑aħbar ta’ din id‑dehra xterdet mar‑raħal kollu, u t‑talb u d‑devozzjoni lejn il‑Madonna beda dejjem jiżdied. Fil‑fatt kienu bdew jiġu rrappurtati każijiet ta’ xi fejqan ieħor mirakuluż. Hekk pereżempju, fit‑13 ta’ Settembru 1866, f’Kathenhof, omm imnikkta geżwret sieq binha, li kienet ser tiġi amputata, fid‑drapp tal‑għażel li kien imqiegħed f’riġlejn ix‑xbieha tal‑Madonna f’Filippsdorf. Dak il‑ħin it‑tifel ħass sensazzjoni qawwija ta’ sħana u wara
tlett ijiem fieq għalkollox. Eventwalment, dan it‑tifel wara sar saċerdot missjunarju fil‑Kongregazzjoni tal‑Kelma Divina fl‑Olanda. Aktar tard maż‑żmien, il‑kappillan tal‑post, Dun Francis Storch, stqarr li kien irreġistra ħdax‑il fejqan mirakuluż ieħor u grazzji maqlugħa bl‑interċessjoni tal‑Verġni Marija meqjuma f’Filippsdorf.
Ftit żmien wara, Mons. Augustin Pavel Wahala, l‑Isqof ta’ Litomene, waqqaf Kummissjoni Djoċesana biex tistudja u teżamina sew dan il‑fejqan kollu mirakuluż. Wara stħarriġ intensiv huwa għaraf il‑fejqan u l‑karattru sopranaturali tiegħu. Fiż‑żmien bejn l‑1870 u l‑1885 inbniet knisja f’ġieħ il‑Madonna ta’ Filippsdorf. Inbena wkoll kunvent tal‑patrijiet Redentoristi biex jieħu ħsieb il‑kustodja tal‑knisja, u l‑ħtigijiet spiritwali u materjali tal‑pellegrini li dejjem kienu qegħdin jiżdiedu hemmhekk. Fis‑sena 1885 din il‑knisja ġiet elevata għal Bażilka Minuri mill‑Papa Ljun XIII, li uffiċjalment ikkonsagraha u ddedikaha lil Marija Santissima Għajnuna tal‑Insara. Dan is‑Santwarju għadu sal‑ġurnata tal‑lum post meqjum u mfittex ħafna ta’ pellegrinaġġ. Magdalena Kade mietet fl‑10 ta’ Diċembru 1905 f’Gerorgswalde u ngħatat funeral solenni. Matul ħajjitha hija kienet biegħet kollox biex tgħin fl‑ispejjeż tal‑bini tas‑Santwarju. Il‑festa tal‑Madonna ta’ Filippsdorf, Għajnuna tal‑Insara, tiġi ċċelebrata kull sena fit‑13 ta’ Jannar mill‑isqfijiet, kleru u nsara tar‑Repubblika Ċeka u l‑Ġermanja. mill‑Prussja rebħu Franza. Ħafna minn Franza kienet taħt okkupazzjoni Prussjana u l‑għadu kien wasal sa Laval, li jinsab fiż‑żona tan‑Normandija fi Franza. Kien imiss il‑ksib tar‑raħal żgħir Franċiż ta’ Pontmain, madwar tletin mil ’il bogħod. Minbarra l‑gwerra, din iż‑żona kollha nħakmet minn epidemija tat‑tifojde u l‑marda tal‑ġidri kienet qed tinfirex sew hemmhekk. Deher li kien l‑agħar żmien għal dawk li kienu jgħixu hemm. Fil‑11 ta’ Jannar 1871 waqt il‑battalja ta’ Le Mans, dehret l‑Aurora Borealis (dawl polari) fis‑sema li ħalliet lil kulħadd mistagħġeb u ħosbien. Xi nies bdew ibassru li xi ħaġa tal‑għaġeb kienet ser tiġri. Kulħadd kien imbeżża’! Barra minn hekk, fis‑17 ta’ Jannar seħħ terremot. In‑nies kienu bdew jitilfu kull tama u bdew iħossu li t‑talb tagħhom lil Alla ma kienx qiegħed jinstema’. Iżda ftit kienu jafu li d‑dinja tagħhom dakinhar stess kienet ser tinbidel!
Fis‑17 ta’ Jannar 1871, hekk kif beda jidlam, il‑Verġni Marija dehret lil erbat itfal fuq matmura tal‑qamħ fir‑razzett tal‑familja Barbadette, f’Pontmain. Ewġen Barbedette ta’ 12‑il sena u ħuh Joseph ta’ 10


Id‑Dehra tal‑Madonna tat‑Tama, f’Pontmain, fi Franza
Is‑snin 1870‑1871: Żmien il‑Gwerra Franko‑Prussjana li matulha koalizzjoni ta’ stati Ġermaniżi mmexxija
snin kienu l‑ewwel li rawha fis‑sema. Huma ddeskrivewha bħala mara sabiħa b’libsa blu skur miksija bil‑kwiekeb. Kienet liebsa velu iswed b’kuruna tad‑deheb fuq rasha. Wara rawha wkoll iż‑żewġt ibniet Francoise Richter ta’ 11‑il sena u Jeanne‑Marie Lebosse ta’ 9 snin (ritratt). Il‑Madonna ma lissnet l‑ebda kelma lit‑tfal, imma messaġġ bil‑miktub deher fuq bandalora kbira bajda li nfetħet taħt saqajn

il‑Madonna. Il‑messaġġ kien jgħid hekk: “Itolbu uliedi, Alla jismagħkom fi żmien qasir. Ibni jħalli lilu nnifsu jitqanqal bil‑mogħdrija.” Din id‑dehra ta’ darba damet madwar tliet sigħat. Fil‑fatt, f’dak l‑istess jum, jingħad li l‑Prussjani waqqfu l‑avvanz militari tagħhom fi Franza meta l‑Kmandant Prussjan stqarr li b’mod misterjuż il‑Madonna inviżibbli mbarrat it‑triq tagħhom. Fi żmien ħdax‑il jum il‑Prussja kienet irtirat it‑truppi tagħha minn Franza. Ġie ffirmat armistizju u l‑gwerra ntemmet. Pontmain u Franza kollha ġew meħlusa, u ġie ffirmat trattat ta’ paċi bejn Franza u Prussja.

Fit‑2 ta’ Frar 1872, l‑Isqof Casimir Wicart tad‑djoċesi ta’ Laval, awtorizza d‑devozzjoni lejn id‑dehra tal‑Madonna f’dak ir‑raħal. Fid‑29 ta’ Mejju 1872 huwa kkummissjona wkoll lill‑missjunarji tal‑Oblati ta’ Marija Immakulata biex jibnu santwarju ddedikat lill‑Madonna tat‑Tama. Fil‑21 ta’ Frar 1905, Papa Piju X għolla l‑istatus ta’ dan is‑santwarju għal bażilika li llum tilqa’ madwar 200,000 pellegrin fis‑sena li jmorru hemm biex jitolbu l‑interċessjoni ta’ Marija Santissima. Il‑Festa tal‑Madonna tat‑Tama, f’Pontmain hija ċċelebrata kull sena fis‑17 ta’ Jannar.
AVVIŻ IMPORTANTI
Il‑Bank Ċentrali ta' Malta ħareġ id‑Direttiva Nru 19 u fost l‑oħrajn avża li, mill‑1 ta' Jannar 2022, il‑banek lokali kollha mhux ser isarrfu aktar ċekkijiet li jammontaw għal €20 jew anqas.
Għalhekk niġbdulkom l‑attenzjoni u nitolbukom sabiex l‑abbonament tar‑rivista Malta Missjunarja, isir billi tagħżel waħda minn dawn l‑għażliet:
1. 'Cash' ‑ billi tmur personalment f'wieħed mill‑uffiċini tagħna fil‑Belt jew il‑Mosta,
2. Permezz ta' 'bank transfer' (ara dettalji f'paġna 18),
3. Tabbona għal sentejn b’ċekk ta’ €21 pagabbli lil Missio Malta
(ara dettalji hawn taħt u formola fil‑paġna ta' wara).
Missio jirriserva d‑dritt li, f'ċirkostanzi li m'għandux kontroll fuqhom, jieħu deċiżjonijiet għall‑benefiċċju tal‑qarrejja u tal‑missjonijiet li nsostnu. Għall‑aktar tagħrif ikkuntatjana fuq 2123 6962. Grazzi mill‑qalb ‑ Missio Malta
Rivista missjunarja b’40 paġna, kollha bil‑kulur, maħruġa minn Missio (Uffiċċju Missjunarju) għal aktar minn 80 sena
Aġġorna ruħek fuq id‑Dinja Missjunarja. Abbona fir‑Rivista Malta Missjunarja fejn issib: Aħbarijiet mid‑dinja missjunarja | Intenzjoni tax‑xahar Esperjenzi missjunarji Maltin u Għawdxin | Ċajt u kompetizzjonijiet

Dan kollu għall‑prezz ta’ €21 għal abbonament ta’ sentejn li jinkludi ukoll Kalendarju MIssjunarju b‘xejn.