Jannar 2022
INTENZJONI MISSJUNARJA ‑ DUN CHARLES BUTTIGIEG
Jannar 2021 Sabiex nedukaw għall‑fratellanza
“Nitolbu biex dawk kollha li jsofru diskriminazzjoni u persekuzzjoni reliġjuża jsibu fis‑soċjetà li fiha jgħixu, l‑għarfien tad‑drittijiet proprji tagħhom u tad‑dinjità li titnissel meta nkunu lkoll aħwa.”
D
awn it‑talbiet ta’ Papa Franġisku għas‑sena 2022,
6
diġà ppromulgati mid‑9 ta’ Jannar 2021, huma fuq kollox eku tal‑enċiklika tiegħu ‘Fratelli Tutti’ u tal‑pandemija COVID‑19 li ħakmet id‑dinja kollha. Għal darba oħra huma talbiet li ħerġin minn qalb Papa Franġisku li jixtieq ikun qrib kulħadd, speċjalment it‑tfal batuti, il‑morda, iż‑żgħażagħ, il‑familji, il‑ħaddiema f ’diffikultà u l‑anzjani. Kien proprju fit‑3 t’Ottubru tal‑2020, meta Papa Franġisku żar il‑belt t’Assisi u fuq il‑qabar ta’ San Franġisk t’Assisi iffirma l‑enċiklika fuq il‑fratellanza umana; fuq il‑fatt li aħna lkoll aħwa tal‑istess missier. Id‑dokument jibda b’żewġ kelmiet bit‑Taljan ‘fratelli
tutti’, li huma l‑ewwel żewġ kelmiet minn ittra li San Franġisk t’Assisi kiteb lill‑aħwa tiegħu rġiel u nisa. Proprju f ’dan l‑ewwel xahar tas‑sena, fejn il‑Papa jixtieq li kulħadd ikollu protezzjoni mill‑vajrus tal‑pandemija, jisħaq ħafna fuq dak li huwa jgħallem permezz ta’ ‘Fratelli Tutti’: “Hemm ukoll aspett ta’ ftuħ universali ta’ mħabba li mhux ġeografiku, imma eżistenzjali. Hija l‑ħila li għandi li kuljum inwessa’ ċ‑ċirku tiegħi biex nilħaq lil dawk li spontanjament ma nqishomx sehem mill‑interessi tiegħi, minkejja li jistgħu jkunu qrib tiegħi. Fuq kollox, kull oħti jew ħija li qed ibatu, abbandunati jew injorati mis‑soċjetà li ngħix fiha,