EDITORJAL – CLAUDIA CINI
Jannar 2022
Iż‑Żewġ Listi Jien. Int. Aħna. Flimkien.
Riżoluzzjoni għall‑Ewwel tas‑Sena
VO/1178
Missio ‑ [Uffiċċju Missjunarju], 7, Triq il‑Merkanti, il‑Belt Valletta VLT 1171. Ħinijiet: mit‑Tnejn sal‑Ġimgħa: 9.00am ‑ 1.00pm Donazzjonijiet jistgħu jitħallew fil‑ħanut Faith Hope & Charity mit‑Tnejn sal‑Ġimgħa: 1.00pm ‑ 7.00pm / Is‑Sibt: 9.00am ‑ 1.00pm Missio: Nru. 150, Triq Lorenzo Gafà, il‑Mosta MST 4128. Ħinijiet: mit‑Tnejn sal‑Ġimgħa: 8.00am ‑ 4.00pm Tel: 2123 6962 • Fax: 21231272 Imejl: info@missio.org.mt • Websajt: www.missio.org.mt Uffiċċju Missjunarju, 7, Triq l‑Imgħallem, ir‑Rabat, Għawdex VCT 9066. Tel: 2155 0267 • Imejl: gozo@missio.org.mt Ħinijiet: mit‑Tnejn sal‑Ġimgħa: 8.30am ‑ 12.00pm BORD EDITORJALI Editur: Claudia Cini (claudia@missio.org.mt) Membri:Mons. Valent Borg Dun Victor Agius, Mario Scicluna, Dun Karm Portelli, Kav. Emmanuel Cutajar KCHS, Robert Farrugia Websajt u Facebook:
missiomalta
Qari tal‑Provi: John Caruana Grafika: James Trapani (gakbu@gakbu.com) Malta Missjunarja hija Rivista Missjunarja ta’ kull xahar. L‑ewwel ħarġa: Settembru 1932 bl‑isem ta’ Malta Missjunarja. Jannar 1978: bidla fl‑isem għal Knisja Missjunarja. Frar 2003: mill‑ġdid Malta Missjunarja. Abbonament għal sena €10.00
F’din il‑ħarġa: 2 Editorjal 4 Messaġġ mid‑Direttur 6 Intenzjoni Missjunarja 8 Esperjenzi Reali 12 Missjunarji Ta’ Żminijietna 16 It‑Tfal Fil‑Missjoni 22 Il‑Qaddis tax‑Xahar 24 90 Sena ta’ Storja 32 Dehriet tal‑Madonna 36 Riċetta Tradizzjonali 38 Kompetizzjoni u Ċajt 39 Nitolbu għall‑Mejtin Tagħna Ritratt tal‑faċċata: Omm u ż‑żewġ uliedha qed jilagħbu b’gidi f ’raħal fil‑Provinċja ta’ Chaco fit‑Tramuntana tal‑Arġentina. 2
I
nħossni xxurtjata li kelli ċ‑ċans ngħaddi l‑ħin ma’ raġel misterjuż matul perijodu speċjali f ’ħajti. Sandro għallimni ħafna affarijiet matul iż‑żmien li qattajna flimkien. Dan iż‑żmien tas‑sena jfakkarni fi ġrajja partikolari li qsamna flimkien. “Jeħtieġlek tibda taħseb fl‑ambizzjonijiet għalik innifsek,” kien qalli darba, “biex ma titlifx il‑pedamenti li bnejt.” “Bħar‑riżoluzzjonijiet tal‑Ewwel tas‑Sena?” niftakar li staqsejtu. “Mmm, idea interessanti,” qalli bid‑daħka, “iva hekk nagħmlu.” Sandro kompla jfissirli li dik il‑lejla kelli nagħmel żewġ listi. L‑ewwel lista kellha tkun b’dawk ir‑riżoluzzjonijiet kollha li xtaqt inżomm, filwaqt li t‑tieni lista kellha tkun b’dawk ir‑riżoluzzjonijiet kollha li ser inżomm. Sandro talabni nibda billi nikteb l‑ewwel il‑lista ta’ dak li xtaqt u meta ninxef mill‑ideat nikteb it‑tieni lista fuq karta