MISSJUNARJI TA’ ŻMINIJIETNA
Jannar 2022
Is‑Sorijiet Missjunarji Qaddejja tal‑Fqar fil‑Peru
H
ekk kif bdiet il‑kwarantina minħabba l‑pandemija tal‑COVID‑19, is‑Sorijiet Missjunarji Qaddejja tal‑Fqar fil‑Peru waqqfu l‑ħidma pastorali tagħhom fl‑irħula, fl‑iskejjel u fl‑oratorju, imma l‑ħidma tagħhom f ’Dar Santa Tereża ta’ Ġesù f ’Punacancha kompliet u għadha għaddejja. Huma jieħdu ħsieb ommijiet immigranti mill‑Venezwela li jmorru jittallbu għall‑ikel biex jitimgħu lill‑familji tagħhom. Dawn huma nies foqra li għandhom biss xogħol temporanju li ma jirrendix biżżejjed flus sabiex jitimgħu lill‑familji tagħhom. Fosthom issib ukoll ommijiet ta’ tfal 12
morda li m’għandhomx flus biżżejjed biex jeħduhom l‑isptar u ommijiet li qed jistennew biex iwelldu, li la għandhom ħwejjeġ għalihom u wisq anqas għat‑trabi tagħhom. Barra minn hekk huma ħafna n‑nies li jċemplulhom sabiex jitolbuhom jiftakru fihom fit‑talb tagħhom, nies li jinħtieġu l‑appoġġ ta’ dawn is‑sorijiet, u nies mbeżżgħin, anzjużi u li għaddejjin minn tbatija kbira għax huma jew qrabathom huma morda bil‑koronavajrus.
Is‑sorijiet jagħmlu minn kollox sabiex jippruvaw jappoġġjaw lil dawk fil‑bżonn filwaqt li jikkonslawhom u jħeġġuhom ikollhom fiduċja f ’Alla waqt dawn iż‑żminijiet ta’ prova. Imma dan ix‑xogħol ma jkunx possibbli mingħajr l‑għajnuna ta’ diversi persuni, inklużi dawk mill‑pajjiż li jġibulhom l‑ikel, ħaxix u ħtiġijiet oħra, u mingħajr l‑għajnuna tal‑benefatturi li afdaw id‑donazzjonijiet tagħhom għall‑benefiċċju ta’ nies li verament għandhom