Inħallu ‘l Gudja (KAP VIII) Jiena u ħija tant konna drajna l-Gudja li l-Birgu konna tista’ tgħid insejnih. L-aċċent baqa’ tal-Kottonera, iżda ma bqajniex nitħaddtu bil-’Q’ ħierġa mis-saqaf ta’ ħalqna. Filvokabularju tagħna beda dieħel kliem ġdid bħal ‘iqarweż’ ‘ħada’ ‘bini l-ġuħ’ jew ‘bini l-għatx’ ‘iwaddab’ flok ‘igara’, waqt li l-vokali ‘a’ bdiet ħafna: drabi tieħu l-ħoss ta’ ‘o’. Konna sirna ħaġa waħda mal-ambjent lokali. Konna tgħallimna t-toroq u l-isqaqijiet blamment; l-għelieqi ta’ min huma b’isimhom, kunjomhom u laqamhom. Minħabba fiċċokon tar-raħal ma kienx hemm persuna li ma konniex nafu jew li ma kinitx tafna. Tant drajna li l-ħolma tagħna kienet li missieri jitħajjar jixtri għalqa ħalli bħat-tfal l-oħra jkollna r-raba’ tagħna. Ma kinitx xi ħolma li ma setgħetx isseħħ għax missieri, għalkemm imwieled u mrobbi l-Birgu ħdejn il-baħar u jaħdem għomru kollu t-Tarzna, kellu namra kbira għallgħelieqi u l-annimali u naħseb li kien jaqtagħlna xewqitna kieku bqajna noqogħdu hemm. Iżda ma bqajniex; għax dak li għalina t-tfal, minkejja l-bombi, kien jidher xalata, għall-kbar kien ta’ dwejjaq li ma setax jitfisser u li aħna t-tfal qatt ma stajna nifhmu. Illum napprezza xi dwejjaq ġarrbu ommi u missieri, in-nanniet, zijieti u qrabati u bħalhom l-oħrajn li millkenn u l-kumdità ta’ djarhom sabu ruħhom f’naħa oħra ta’ Malta bi drawwiet għalihom, biex ma nsemmux il-fatt li sitt familji kienu mrekkna fi ftit kmamar u kuritur... kulħadd
It-Tanker HMS Ohio fi triqtu lejn l-Port il-Kbir, miżmum fil-wiċċ mill-HMS Penn (Xellug) u HMS Ledbury (Lemin). L-HMS Ohio tant ġarrab ħsarat li wara li nħatt ġie mgħarrraq ftit ‘il barra mill-port. Sors: www.iwm.org.uk
Soċjetà Filarmonika La Stella Gudja - Ktieb Santa Marija 2022
49