3 minute read

It-Tanker HMS Ohio fi triqtu lejn l-Port il-Kbir

Inħallu ‘l Gudja (KAP VIII)

Jiena u ħija tant konna drajna l-Gudja li l-Birgu konna tista’ tgħid insejnih. L-aċċent baqa’ tal-Kottonera, iżda ma bqajniex nitħaddtu bil-’Q’ ħierġa mis-saqaf ta’ ħalqna. Filvokabularju tagħna beda dieħel kliem ġdid bħal ‘iqarweż’ ‘ħada’ ‘bini l-ġuħ’ jew ‘bini l-għatx’ ‘iwaddab’ flok ‘igara’, waqt li l-vokali ‘a’ bdiet ħafna: drabi tieħu l-ħoss ta’ ‘o’. Konna sirna ħaġa waħda mal-ambjent lokali. Konna tgħallimna t-toroq u l-isqaqijiet blamment; l-għelieqi ta’ min huma b’isimhom, kunjomhom u laqamhom. Minħabba fiċċokon tar-raħal ma kienx hemm persuna li ma konniex nafu jew li ma kinitx tafna. Tant drajna li l-ħolma tagħna kienet li missieri jitħajjar jixtri għalqa ħalli bħat-tfal l-oħra jkollna r-raba’ tagħna. Ma kinitx xi ħolma li ma setgħetx isseħħ għax missieri, għalkemm imwieled u mrobbi l-Birgu ħdejn il-baħar u jaħdem għomru kollu t-Tarzna, kellu namra kbira għallgħelieqi u l-annimali u naħseb li kien jaqtagħlna xewqitna kieku bqajna noqogħdu hemm. Iżda ma bqajniex; għax dak li għalina t-tfal, minkejja l-bombi, kien jidher xalata, għall-kbar kien ta’ dwejjaq li ma setax jitfisser u li aħna t-tfal qatt ma stajna nifhmu. Illum napprezza xi dwejjaq ġarrbu ommi u missieri, in-nanniet, zijieti u qrabati u bħalhom l-oħrajn li millkenn u l-kumdità ta’ djarhom sabu ruħhom f’naħa oħra ta’ Malta bi drawwiet għalihom, biex ma nsemmux il-fatt li sitt familji kienu mrekkna fi ftit kmamar u kuritur... kulħadd

Advertisement

It-Tanker HMS Ohio fi triqtu lejn l-Port il-Kbir, miżmum fil-wiċċ mill-HMS Penn (Xellug) u HMS Ledbury (Lemin). L-HMS Ohio tant ġarrab ħsarat li wara li nħatt ġie mgħarrraq ftit ‘il barra mill-port. Sors: www.iwm.org.uk

jiekol, jorqod, jinġasel u jsajjar fl-istess post!

L-irġiel li kienu jaħdmu t-Tarzna bħal missieri u z-ziju kellhom problema oħra kbira barra l-bombi u n-nuqqasijiet l-oħra tal-gwerra — it-trasport. Meta l-qagħda twiegħret u l-petrol skarsa, it-trasport ġie miżmum ħlief għal xi karozza jew tnejn kuljum, u għalhekk l-irġiel ħafna drabi kien ikollhom jimxu minn fejn kienu għat-Tarzna jew post tax-xogħol. Minbarra l-periklu li kienu jġarrbu, l-irġiel kienu jsofru tbatija kbira meta kien ikollhom jimxu mas-sitt mili kuljum jew iżjed, skond fejn kienu joqogħdu. U ngħiduha, wara ġurnata xogħol, ma nafx min kien ikollu aptitha mixja bħal dik, dejjem bil-biża’ li f’nofs triq jaqbdek xi ‘air raid’ u ma jkollokx fejn tistkenn. Il-ftit xelters li kien hemm qalb l-għelieqi kienu mibnija u mhux imħaffra fil-blat u għalhekk ma kellhom l-ebda saħħa... kienu tajbin biss biex iħarsuk minn xi daqqiet ta’ ‘shrapnels’, kif kienu jissejħu dawk il-biċċiet ta’ l-azzar jaħraq li kienu jittajru ma’ kullimkien meta tisplodi bomba.

Il-mixja ta’ kuljum ‘l hemm u ‘l hawn kienet qed tkiddu bis-sħiħ lil missieri u minħabba f’hekk qatgħuha li nersqu aktar lejn it-Tarzna. Il-Birgu ma kienx possibbli li mmorru, waħda minħabba l-periklu tal-attakki (ukoll jekk kienu naqsu ħafna) u l-oħra għax għadd kbir mid-djar jew kellhom ħsarat kbar jew kienu mġarrfa, fosthom id-dar li konna noqogħdu fiha aħna qabel il-gwerra. Għalhekk l-‘Erbgħa l-Kbar’ — Missieri, Ommi, iz-ziju u z-zija ddeċidew li ninżlu Raħal Ġdid. Dan il-ħsieb xejn ma għoġobna lilna ż-żgħar, iżda l-ħuta ż-żgħira, qatt ma kielet lill-ħuta l-kbira. U kellna kontra qalbna naċċettaw il-fatt li għal darb’oħra kien ser ikollna naqilgħu l-għeruq li konna rabbejna biex immorru f’post ġdid għalina. Sadattant kien laħaq Lulju tal-1942 u l-għeqqel tal-bombi kien għadda. Iżda kien għad baqagħlna nħabbtu wiċċna ma’ żewġ għedewwa oħra mhux inqas ħarxa: il-ġuħ u l-mard tal-ħakk magħruf bħala ‘scabies’.

L-ewwel darba li smajt bil-ġuħ kien meta, qalu li l-ħwejjeġ tal-ikel tant kienu naqsu li kienu ser jagħmlu kollox bir-razzjon. Meta spjegawli li ma kontx ser nibqa’ niekol kemm ikolli aptit ħadtha bi kbira wisq. Fil-familja jien kelli l-fama ta’ wikkiel u żaqqieq; wikkiel kont żgur, l-aktar meta kont nitqabbel ma’ ħija li kien x’aktarx delikat u minn dawk li ma jmiss xejn ma’ xuftejh. Dan il-fatt kien ta’ nkwiet għal ommi, imma, ta’ sodisfazzjon għalija, għax wara li kont niekol tiegħi kont indur għal dak li kien iħalli ħija fil-platt. Sakemm konna għadna, l-Gudja ġuħ ma sofrejniex. Lanqas ħakk. Dawn iż-żewġ flaġelli (għax hekk kienu) kellna nduquhom Raħal Ġdid.

Jum fost l-oħrajn, wara li għabbejna l-ftit għamara li kellna fuq il-karettuni, tlaqna aħna wkoll. Kien hemm daqsxejn ta’ żagħżugħ oħxon, wiċċu mimli nemex u għajnejh koħol li

This article is from: