Ktieb Santa Marija 2022

Page 37

Dħaħen tal-Gwerra Ħarsa lejn it-tifkiriet ta’ Laurence Mizzi Din is-sena, minbarra li hija l-ewwel sena li fiha qed nerġgħu niċċelebraw il-festi b’mod tradizzjonali wara l-pandemija, jaħbat ukoll it-80 anniversarju mill-wasla tal-Convoy ta’ Santa Marija. Din il-ġrajja hija intrinsikament marbuta mal-festa ta’ Santa Marija tant li ġġor isimha u għaldaqstant ma jonqosx li aħna l-Gudjani nħarsu lejn din il-ġrajja b’għożża u tradizzjoni. F’din il-pubblikazzjoni ddeċidejna li nirrepplikaw erba’ kapitli mid-damma ta’ tifkiriet ta’ Laurence Mizzi, Dħaħen tal-Gwerra. F’din id-damma ta’ tifkiriet, l-awtur Laurence Mizzi, b’faċilita u ħlewa liema bħala, irnexxielu jwassal l-esperjenza tiegħu ta’ tfajjel li għex ilkefrija tat-tieni gwerra. Għal dawk kollha li diġà ġiet f’idejhom din il-pubblikazzjoni, nistednukom terġgħu ġġeddu l-memorji ta’ kif l-awtur Laurence Mizzi ddeskriva l-Gudja u l-Gudjani f’dan ix-xogħol. Lil dawk li forsi qatt ma semgħu b’dan il-ktieb, nistednukom sabiex permezz ta’ dawn l-erba’ kapitli tammiraw il-kitba ta’ dan l-awtur u tfittxu li takkwistaw u taqraw il-verżjoni sħiħa ta’ dan ix-xogħol tant sabiħ. L-għażla ta’ dawn il-kapitli hija mnebbħa mill-fatt li fihom l-awtur jitkellem dwar kif spiċċa jgħix il-Gudja mal-familja tiegħu u kif il-Gudja u l-Gudjani ħallew esperjenza fuqu li ma jinsa’ qatt. X’impressjoni ħalliet fuqu l-knisja tal-Gudja? Kif kienu jilbsu u jitkellmu l-Gudjani mqabbla man-nies tal-ibliet? U l-inħawi li jsemmi; għadhom jeżistu? Dan u aktar tistgħu ssibuh f’dawn l-erba’ kapitli li kollha kemm huma jirreferu għall-perjodu ta’ bejn Ġunju tal-1940 u Lulju tal-1942: xahar biss qabel ma kellu jasal il-Convoy ta’ Santa Marija li għal Malta kien prattikament ifisser it-tmiem tal-agħar parti tat-tieni gwerra. J’Alla llum, 80 sena wara, din il-festa jkollha eżattament l-istess sinifikat fil-kuntest tal-pandemija.

Operation Pedestal, jew kif magħruf il-convoy ta’ Santa Marija, mal-wasla tiegħu ġewwa l-Port l-kbir nhar it-13 t’Awwissu 1942. Sors: www.timesofmalta.com

Soċjetà Filarmonika La Stella Gudja - Ktieb Santa Marija 2022

35


Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.
Ktieb Santa Marija 2022 by Soc. Fil. La Stella; il-Gudja - Issuu