Messaġġ mil-Kaxxier Malcolm Zammit
“Ġid lil Kulħadd, Deni lil Ħadd” – San Ġorġ Preca Meta nipprova nifhem u nosserva l-għala fid-dinja jinqala’ ħafna inkwiet, diżgwit, mibegħda u tbatija mill-ewwel jiġuni f’moħħi l-kliem ta’ wieħed mill-aktar qaddisin sinifikanti għalina l-Maltin; San Ġorġ Preca. Dan il-qaddis kien iħobb jgħid “Ġid lil kulħadd, deni lil ħadd”. Nemmen li kieku kulħadd jispira ruħu minn dawn il-kelmiet is-soċjetà li ngħixu fiha tkun ferm aħjar minn dik li hi. Kuntrarjament, min jagħti bis-sejf, bis-sejf imut. Iżda minkejja li Kristu wissiena dwar dan, sfortunatament ħafna drabi nagħlqu qalbna u widejna. Għal dawn l-aħħar snin, jien flimkien ma’ sħabi tal-kumitat, ippruvajna kemm nistgħu nimxu fuq dan id-dictum. U dan qed nagħmluh mhux għax aħna qaddisin (‘l bogħod minn hekk) imma għax ġenwinament konvinti illi meta tixtieq id-deni lil ħaddieħor jiġi għandek u kuntrarjament, meta tixtieq il-ġid u tipprova tkun ta’ għajnuna għal ħaddieħor, tirċievi lura rispett u ħbiberija. U infatti nistqarr li għall-grazzja ta’ Alla l-imbierek ir-rispett, l-għajnuna u l-kooperazzjoni tan-nies qiegħda kulma jmur dejjem tiżdied. Hekk kif faqqgħet il-pandemija nistqarr li l-biża’ tagħna kien illi dak kollu li ilna naħdmu għalih u nibnu tul l-aħħar snin seta’ jsir suf. B’ħidma sħiħa żammejna kuntatt kontinwu malmembri u l-partitarji tagħna, xi ħaġa li naħseb u nħoss li ġiet apprezzata ferm. Tant hu hekk li kif qbadna ġejjin lura għan-normalità r-rispons li kellna fl-attivitajiet kien sinċerament ferm iktar minn dak li stennejna u dejjem rajna kif għamilna sabiex nkunu ta’ servizz għassoċi kollha b’rispett sħiħ lejn il-protokolli li kienu fis-seħħ minn żmien għal żmien. Fiċ-ċirkustanzi diffiċli tal-pandemija ħdimna bis-sħiħ sabiex fid-daħla tar-raħal jkollna monument iddedikat lill-Ommna Marija taħt it-titlu tar-Rużarju Mqaddes. Dan il-proġett huwa maħsub li jimmarka l-100 sena anniversarju mill-wasla tal-vara tal-Madonna tarRużarju fil-Gudja u se jibqa’ xhieda ħajja tad-devozzjoni Rużarjanta fil-Gudja. Nistqarr li kien żmien diffiċli u ta’ taqtigħ il-qalb minħabba li sibna ħafna turbolenzi li sinċerament kienu żejda u mhux mistennija. Imma bid-dictum ta’ “Ġid lil Kulħadd, Deni lil Ħadd” konvint li se naslu. U bħalma tgħid l-idjoma, f'Awwissu u kulħadd jieħu li jmissu. Illum il-ġurnata ma nistax niddeskrivi s-sodisfazzjon għal dan il-proġett. Sodisfazzjon li ġej anke minn kummenti ta’ nies li minkejja li għadhom ma rawx il-proġett komplut, diġà ferħulna għad-deċiżjoni li ħadna li nagħmlu dan il-proġett u għall-pożizzjoni prominenti li
Soċjetà Filarmonika La Stella Gudja - Ktieb Santa Marija 2022
14