Tfal MIssjunarji Sajf 2023

Page 1

ĠEJ TIMXI FIŻ‑ŻARBUN TIEGĦI?

Mixja bit‑teknoloġija VR, b’risq proġetti ta’ Missio fl‑Afrika

Mid‑19 sal‑25 ta’ Lulju 2023 @6:00pm Pjazza Tritoni, Il‑Belt Valletta

Eluf ta’ persuni fl‑Afrika jimxu distanzi twal ta’ kuljum biex iġibu ilma tajjeb għax‑xorb. Missio Malta jgħin lil dawn il‑persuni permezz ta’ proġetti bħal bjar u boreholes, li jtejbulhom ħajjithom u jnaqqsulhom l‑iskariġġ.

Ingħaqad ma’ Missio l‑Belt Valletta u esperjenza ftit mill‑mixja li jagħmlu dawn il‑komunitajiet Afrikani, permezz tat‑teknoloġija VR. Hekk inti wkoll tkun tista’ tħoss dak li jgħaddu minnu dawn in‑nies u tgħin b’donazzjoni.

2 Editorjal | 4 Messaġġ Mid‑Direttur Ta’ Missio Malta | 6 Messaġġ Mill‑Kordinatriċi Ta’ MissioTfal | 10 MissioTfal Għawdex | 11 Għajnuna Lit‑Tfal Ta’ Babiko 15 Talba | 16 Kurżitajiet Dwar Il‑Kontinent Tal‑Oċeanja | 18 Mill‑Ittri Tagħkom 20 Ħaddem Idejk | 23 Kompetizzjonijiet Bi Premju TFAL MISSJUNARJI 92 sena ħidma għall‑missjoni (VO/1178) NEWSPAPER POST No.98 Sajf 2023

Nota: It‑tfal kollha huma mħeġġa jidħlu fil‑paġna ta' Facebook Missio Malta Events

Il‑vaganzi tas‑sajf huma twal ħafna, għalhekk tajjeb li nagħrfu nqassmu l‑ħin sewwa. Minbarra d‑divertiment u t‑tgawdija, u forsi xi safra barra minn Malta, tajjeb li nsibu ħin biex naqraw xi ktieb, ngħinu fix‑xogħol tad‑dar, inżuru lin‑nanniet, immorru l‑knisja u nipprattikaw il‑passatempi tagħna. Aħna nieħdu gost insiru nafu kif għaddejtu s‑sajf, għalhekk qed inħeġġiġkom tiktbulna jew tpinġulna xi ħaġa. Aktar dettalji f’Paġna 23.

Din il‑ħames ħarġa hija ddedikata għall‑Kontinent tal‑Oċeanja. Tistgħu taqraw stejjer, artikli u ħafna aktar dwar pajjiżi f’dan il‑kontinent. Inħeġġukom tippruvaw tagħmlu l‑kraft u r‑riċetta tradizzjonali, u fuq kollox tieħdu sehem fil‑kompetizzjonijiet. Fl‑aħħar u mhux l‑inqas segwuna fuq Radju Marija għal aktar tagħrif interessanti (ara r‑reklam f’Paġna 24).

Bħalma dejjem ngħidilkom, tinsew qatt lit‑tfal anqas ixxurtjati minnkom li jgħixu f’pajjiżi tal‑missjoni; agħtuhom xi donazzjoni ċkejkna sabiex ikollhom x’jieklu, x’jilbsu, saqaf fuq rashom u edukazzjoni xierqa. Tinsew qatt lil ħutkom tfal missjunarji u itolbu għalihom biex huma wkoll isiru jafu dwar Ġesù.

Il‑ħabiba tagħkom, Claudia

Stampa tal‑faċċata: Powster tal‑attività Mixja Għall‑Ilma b’risq Missio Malta.

TFAL MISSJUNARJI: RIVISTA GĦAT‑TFAL LI TOĦROĠ BEJN OTTUBRU U MEJJU

Missio Nru. 150, Triq Lorenzo Gafà, il‑Mosta MST 4128

Tel: 2123 6962 | e‑mail: nancy@missio.org.mt

Ħinijiet: Mit‑Tnejn sal‑Ġimgħa: 9:00am – 4:00pm

Is‑Sibt: 9:00am – 12:00pm

Missio Nru. 7, Triq l‑Imgħallem, ir‑Rabat Għawdex.

Tel: 2155 0267 | e‑mail: gozo@missio.org.mt

Ħinijiet: Mit‑Tnejn sal‑Ġimgħa: 8:30am – 12:00pm

Editriċi: Claudia Cini | e‑mail: claudia@missio.org.mt

Grafika: James Trapani | e‑mail: gakbu@ gakbu.com

Qarrejja tal‑Provi: John Caruana u Mark Miruzzi

2

(VO/1178)

© Copyright: L‑ebda parti minn dan il‑magażin ma tista’ tiġi ppubblikata mingħajr il‑permess tal‑pubblikaturi.

Pubblikazzjoni: Missio Malta Jien. Int. Aħna. Flimkien.
Għeżież Tfal, Kif intom? Anqas irrid nemmen li wasal is‑sajf! Kif taret din is‑sena skolastika! Kif mortu fl‑eżamijiet? Issa wasal iż‑żmien li tiddevertu u tgawdu kemm tifilħu. Min jaf kemm sejrin baħar u kemm se tieklu frott frisk u xi ġelat jew granita ma jonqsux! U xi ngħidu għall‑festi li jiġu ċċelebrati fl‑irħula u fl‑ibliet Maltin u Għawdxin? Intom liema qaddis/a tfakkru fil‑belt jew raħal fejn toqogħdu?
Page/ Tfal Missjunarji fejn jistgħu jsibu diversi logħbiet u attivitajiet ta' interess.
Luca Borg minn Ħaż‑Żebbuġ. Ella Tonna minn Wied il‑Għajn. Julianne Borg mill‑Imqabba. Jovana Stojanovikj mill‑Baħrija. Leah Abdilla mill Imsida Julianne Farrugia minn Ħal Tarxien. Alessia Piscopo minn Tas‑Sliema. Shelby Xuereb mill‑Qala.
MILL‑ITTRI TAGĦKOM 3
Noah Cutajar mill‑Gudja.

Il‑Patata L‑Forn Ta’ Victor

Għeżież tfal, Kemm huma sbieħ il‑vaganzi tas‑sajf! Huma twal, għalhekk għandkom aktar żmien biex tilagħbu, tmorru l‑baħar, tiltaqgħu mal‑ħbieb u tagħmlu ħafna ħbieb ġodda. Żmien l‑iskola huwa stressanti ħafna, għax tridu tqumu kmieni u ma tistgħux torqdu kemm tixtiequ; dejjem bil‑‘homework’ u l‑privat, u ma tantx issibu ħin liberu. Il‑pressjoni biex tistudjaw ħalli tmorru tajjeb fl‑eżamijiet hija kbira ħafna. Għalhekk, imnalla jiġu l‑vaganzi!

nispiċċaw għajjenin u mdejqin. Għalhekk huwa tajjeb li noħorġu ’l barra nilagħbu, ngħumu u niltaqgħu u nagħmlu ħbieb ġodda. Naturalment, ma nistgħux noqogħdu l‑ħin kollu barra għax tkun ħafna sħana, filwaqt li toqgħod ġewwa għall‑frisk huwa sabiħ ukoll u nistgħu nsibu x’nagħmlu.

Il‑passatempi huma l‑isbaħ ħaġa li nistgħu nagħmlu, jew anki nitgħallmu xi ħaġa ġdida. Pereżempju tistgħu tippruvaw titgħallmu ssajru. Din hija xi ħaġa li jiena kont inħobb ħafna. Il‑mamà kienet tiddejjaq xi ftit għall‑ewwel, għax kont naqla’ ħafna affarijiet u nħammġilha l‑kċina kollha. Però maż‑żmien bdejt nara kemm kien jogħġobhom dak li nkun sajjart u kont nieħu gost ħafna narahom kuntenti, u biex jieħdu aktar gost drajt ukoll innaddaf wara li kont nispiċċa nsajjar.

Il‑vaganzi huma sbie ħ sa kemm għandna x’nagħmlu, għax jekk ma jkollni ex x’nagħmlu nispiċċaw magħluqin ġol‑kamra, imsammrin mal‑kompjuter, u fl‑aħħar tal‑ġurnata

Jekk tixtiequ tippruvaw issajru, din hija riċetta faċli ħafna li jien kont u għadni nħobb nagħmel, u li żgur

MESSAĠĠ MID‑DIRETTUR
TA’ MISSIO MALTA
4

togħġob lil kulħadd jekk tagħmluha

tajjeb, patata l‑forn! Ħuti jgħidulha:

Il‑patata ta’ Victor! X’għandek tagħmel:

● Sib dixx u aqta’ karta tal‑forn ftit akbar mill‑qiegħ tad‑dixx. Biex il‑karta toqgħod tajjeb u ma tiċċaqlaqx, għaffiġha b’idejk qisek se tarmiha, erġa’ iftaħha u stiraha fid‑dixx u tara kif toqgħod aħjar.

● Xerred il‑patata fid‑dixx b’tali mod li l‑biċċiet tal‑patata ma jkunux fuq xulxin. Jekk fl‑iskutella jibqagħlek iż‑żejt ifisser li tkun għamilt wisq żejt u darb’oħra għamel inqas.

● Daħħal id‑dixx fil‑forn, ixegħlu b’temperatura ta’ 220ºĊ, u ħalliha sakemm tieħu kulur sabiħ u appetituż. Ġeneralment madwar 50 minuta.

● Oħroġ il‑patata u serviha mill‑ewwel. Tqarmeċ u ratba ħafna minn ġewwa. L‑ikla t‑tajba!

● Qaxxar il‑patata u aħsilha.

● Qattagħha l‑forma li trid, kwadra jew ċips, u b’karta tal‑kċina xxottaha tajjeb mill‑ilma.

● Poġġiha ġo skutella, itfgħalha ftit melħ għat‑togħma, roxxha biż‑żejt u ħawwadha sew.

Tibqgħu impressjonati kemm tiġi tajba din il‑patata u tintgħoġob minn kulħadd. Bit‑tisjir nistgħu nagħmlu ħafna nies ferħanin, u meta nkunu flimkien u qed nieklu tajjeb insiru aktar familja u ħin l‑ikel isir l‑isbaħ mument tal‑ġurnata.

Kunu mberkin u gawdu l‑vaganzi.

Nota Importanti: Qabel tibda ħu ħsieb aħsel idejk sew, inża’ l‑ġojjellerija, orbot xagħrek u ilbes ilbies addattat. Itlob l‑għajnuna ta’ persuna adulta, speċjalment jekk ser tuża oġġetti li jaqtgħu, in‑nar u/jew l‑elettriku.

5

MESSAĠĠ MILL‑KOORDINATRIĊI TA’ MISSIO TFAL

Il‑Jum Dinji Tad‑Diversità

Għeżież Tfal, Nhar il‑15 ta’ Mejju li għadda MissioTfal organizza l‑Jum Dinji tad‑Diversit à mal‑Iskola Primarja tal‑Mellieħa. Din kienet tikkonsisti fi spazji differenti li fihom it‑tfal tal‑iskola kellhom jagħmlu attivitajiet differenti. L‑għan ta’ dawn l‑ispazji huwa biex jiġu apprezzati kulturi differenti, u biex nagħrfu l‑fatt li aħna lkoll differenti u proprju hu dan li jagħmel lid‑dinja tagħna sabiħa. Dawn l‑ispazji jressquna lejn xulxin, u għalhekk iġibu l‑paċi u l‑armonija.

L‑Assistent Kap tal‑Iskola Primarja tal‑Mellieħa, Ms. Rosemarie Mifsud,

spjegat kif tali attivitajiet jgħinu lill‑iskola multi‑etnika tkisser il‑barrieri tal‑preġudizzju.

“Fl‑iskola

tagħna għandna l‑grazzja li nilqgħu studenti minn xejn inqas minn 38 nazzjonalità differenti – qawsalla ta’ kuluri u ġmiel . Permezz tal‑attività li organizzajna flimkien ma’ Missio Malta, kellna l‑opportunità li nesploraw il‑kulturi differenti ta’ xulxin,

6

filwaqt li rbaħna kull barriera ta’ preġudizzju jew nuqqas ta’ għarfien. Dawn l‑attivitajiet huma essenzjali sabiex inkomplu nibnu pontijiet bejnietna għal soċjetà iktar b’saħħitha,” qalet Ms. Mifsud.

Aħna min‑naħa tagħna, jeħtieġ li noħolqu pont bejn il‑kulturi permezz ta’ attivitajiet bħal dawn. Dan iwassal għal iktar għarfien u paċi, u jwassal għal ħajja morali u spiritwali iktar matura. Wara kollox, Missio dejjem jaħdem sabiex joħloq relazzjonijiet

b’saħħithom, permezz ta’ tagħlim. Din hija opportunità sabiex ngħinu lit‑tfal tagħna jiftħu qalbhom u moħħhom għal xulxin, u jiċċelebraw flimkien.

L‑apprezzament tad‑diversità, naturalment huwa fiċ‑ċentru ta’ dak kollu li jagħmel Missio Malta, hekk kif jirsisti sabiex iġib id‑differenza għall‑aħjar fil‑ ħajjiet ta’ eluf ta’ persuni f’pajjiżi li qed jiżviluppaw. Proprju għalhekk inħossu li d‑diversità hija valur li għandu jiġi ċċelebrat lokalment ukoll, sabiex nibnu komunitajiet iktar b’saħħithom. Dan bdejna nagħmluh din is‑sena permezz tal‑Iskola Primarja tal‑Mellieħa.

Nirringrazzjaw lill‑Kap tal‑Iskola u lill‑assistenti kapijiet li aċċettaw din l‑inizjattiva, u lill‑għalliema u lill‑istaff tal‑koperazzjoni tagħhom. Jidhru li t‑tfal ħadu ħafna gost flimkien u nisperaw li dawn l‑attivitajiet nagħmluhom mal‑iskejjel kollha madwar Malta u Għawdex.

VO/1178 Jien. Int. Aħna. Flimkien. 7

Grazzi Li Għal Darba Oħra Lqajtuna

Fil‑bidu ta’ Mejju, kellna x‑xorti nżuru l‑iskola ta’ St Joseph f’Raħal Ġdid fejn għal darba oħra għamilna sessjonijiet tal‑kultura. Tkellimna fuq it‑tnabar u l‑festival il‑kbir li jorganizzaw fil‑Ghana, u dwar il‑festival tal‑lanterni fiċ‑Ċina. Tkellimna wkoll dwar it‑Tribù tal‑Masaai li jgħix fil‑Kontinent Afrikan u l‑ġiżirajjen tagħhom, u ddiskutejna kemm dawn in‑nies iridu jimxu biex iġibu l‑ilma u għalhekk għamilna bramel iddekorati. L‑istudenti ħadu ħafna pjaċir jaħdmu dawn il‑krafts u żgur li tgħallmu ftit minn dawn il‑kulturi sbieħ u interessanti. Mal‑klassijiet tas‑sitt sena tkellimna dwar l‑Awstralja u t‑teknika tagħhom tal‑arti li jgħidulha

‘Dot Art’. Din hija arti sagra li biha jikkomunikaw bejniethom bil‑moħbi biex ħadd ma jifhem il‑messaġġi

tagħhom. Kien fl‑1971 li din l‑arti ġiet skoperta mill‑għalliem Geoffrey Bardon li ħeġġeġ lil dawn in‑nies ipinġu b’din it‑teknika fuq it‑tila biex titgawda minn kulħadd. Però għadna sal‑lum il‑ġurnata ma nafux eżatt xi jfissru. Ħallejna f’idejn it‑tfal biex joħolqu xi tpinġija b’din it‑teknika. Kemm ħarġu talenti minn din l‑attività! It‑tfal f’din il‑klassi huma tassew kreattivi u bravi. Mal‑istudenti l‑kbar tkellimna dwar Alla missjunarju kif insibuh fl‑Iskrittura u kif il‑Bibbja tgħinna naraw lill‑oħrajn b’għajnejn Alla, u kemm għandna nisimgħu lill‑oħrajn b’rispett u b’imħabba li biha nkunu nafu kif nistgħu ngħinu lil xulxin. Għalhekk bħala kraft għamilna telefown bit‑tazzi tal‑kafè u spag. Nirringrazzjaw minn qalbna lil din il‑klassi li għamlu ġabra bil‑għan li jinxtraw żraben lit‑tfal fl‑Afrika.

Kellna wkoll

l‑opportunità li mmorru

l‑iskola Primarja tal‑Imqabba fejn għaddejna jumejn nitkellmu dwar l‑ilma. Dħalna fid‑dettall dwar l‑isfidi li jinħolqu meta jkun imiss il‑monsoon, fejn ħafna jitilfu djarhom peress

IL‑PAĠNA TA’ RAFIKI
8

li jkunu mibnijin bit‑tajn u l‑ħaxix. Tkellimna dwar il‑festa li jiċċelebraw fil‑Ghana wara li jgħaddi l‑monsoon. Dan ikun festival tat‑tnabar fejn ħafna baned jingħaqdu flimkien fil‑mużika. L‑istudenti għamlu t‑tnabar bħala kraft, u daqqejna u żfinna fil‑klassi. Kemm ħadna pjaċir naraw lit‑tfal jieħdu gost. Tkellimna dwar kemm it‑tfal fl‑Uganda jridu jimxu biex isibu l‑ilma; vjaġġ li joħdilhom madwar sagħtejn, siegħa biex imorru u siegħa oħra biex jiġu lura. Tkellimna wkoll fuq il‑Peru u l‑Gwatemala, fejn għandhom nuqqas ta’ ilma. Din hija sfida kbira, speċjalment għall‑bdiewa ta’ dawn il‑pajjiżi, fejn fil‑qedem it‑tribujiet kienu jiżfnu u jdoqqu ir‑‘rainstick’ li biha kienu jemmnu li jinġabar is‑sħab u tagħmel ix‑xita. Bħala kraft, għalhekk għamilna r‑‘rainsticks’. Kienu jumejn sbieħ ħafna fejn għamilna ħbieb ġodda u ħadna gost.

Dan ix‑xahar kellna magħna lil Dun Thanaiah, qassis Indjan li ġie Malta

jżur lilna ta’ Missio. Din id‑darba ġie miegħi fil‑parroċċa ta’ Pembroke, fejn ikkonċelebra fil‑quddies u wara morna l‑iskola primarja fejn qasam mat‑tfal l‑esperjenza tiegħu bħala qassis missjunarju. Tkellem ħafna fuq l‑iskola li jmexxi hu fl‑Indja u dwar it‑tfal orfni li jieħu ħsieb, li ħafna minnhom qed jiġu sponsorjati mill‑Maltin biex dawn ikunu jistgħu jmorru l‑iskola.

Nirringrazzjaw lill‑Kapijiet ta’ dawn l‑iskejjel, lill‑għalliema u lill‑istaff tal‑merħba li jagħtuna kull darba li nżuruhom, u ta’ tant ġenerożita li juruna. Grazzi kbira u mill‑qalb lil dawn l‑iskejjel li dejjem jilqgħuna b’idejhom miftuħin!

9

MISSIOTFAL GĦAWDEX

Dun Renato Borg

IL‑QALB MISSJUNARJA TA’ PAPA ĠWANNI PAWLU I

Għeżież Tfal,

Nhar l‑4 ta’ Settembru ta’ din is‑sena Papa Ġwanni Pawlu I (Albino Luciani) għandu jiġi bbeatifikat f’Ruma. Mingħajr ebda dubju nistgħu ngħidu li l‑qalb ta’ dan is‑saċerdot, isqof u Papa kienet waħda missjunarja. Oħtu, fil‑ktieb ‘Ħija Albino’ tgħid li kien ta’ sikwit jirrepeti: “Il‑missjunarji huma dawk li jiġbdu l‑karru tal‑Knisja. Dawk li jiġbdu l‑karru huma dawk li qegħdin f’post ta’ għeja u ta’ riskju.”

Meta kien Patrijarka ta’ Venezja wera diversi drabi x‑xewqa li jmur missjunarju. L‑imħabba li kellu għall‑missjoni tidher anke fil‑fatt li wieħed mill‑qaddisin preferuti tiegħu kien San Franġisk Saverju, Patrun tal‑Missjoni. Fil‑ħajja tiegħu kien baqa’ impressjonat mill‑għażla li kien għamel fl‑1967 il‑Kardinal Émile Léger, li ħalla l‑Arċidjoċesi Kanadiża ta’ Montréal biex imur jaħdem bħala missjunarju

fil‑Kamerun qalb it‑tfal bi bżonnijiet speċjali. Bħala Isqof ta’ Vittorio Veneto, u mbagħad bħala Patrijarka ta’ Venezja, Albino Luciani dejjem ta importanza lir‑relazzjonijiet mal‑missjunarji li kienu mid‑djoċesi fejn kien isqof. Fil‑ħidma tiegħu bħala isqof dejjem ta importanza lill‑pastorali biex iqajjem kuxjenza missjunarja fost l‑Insara kollha. Fl‑okkażjoni tal‑Jum Dinji tal‑Missjoni, li tiġi ċċelebrata f’Ottubru, għalih kienet tkun opportunità biex ta’ kull sena jenfasizza b’argumentazzjonijiet dejjem ġodda, din il‑ħidma intima tal‑ħajja tal‑Knisja. Il‑ħarsa missjunarja ta’ Albino tidher fl‑ittra li huwa kien kiteb fl‑20 t’Ottubru 1966 lid‑djoċesi tiegħu wara żjara li kien għamel fil‑Burundi, mit‑18 sal 31 t’Awwissu, fejn kien żar tliet missjunarji mid‑djoċesi ta’ fejn kien. Huwa kien insista li l‑missjunarji għadhom bżonnjużi għaliex kif jgħid San Pawl fl‑Ittra lill‑Filippini: “Basta Kristu jiġi mxandar”.

Bħalma tafu Albino Luciani bħala Papa dam biss 33 jum. Din il‑ħeġġa tiegħu missjunarja ma setgħetx tidher f’dan iż‑żmien qasir li għamel bħala Papa, iżda mill‑ħajja kollha tiegħu jidher ċar li qalb Luciani kienet qalb missjunarja. Il‑Mulej

iberikkom.
10
Ritratt: Fotografia Felici, 1978.

GĦAJNUNA LIT‑TFAL TA’ BABIKO

Kekino u Satina huma żewġt aħwa minn Papua New Guinea, pajjiż fil‑Kontinent tal‑Oċeanja. Huma jgħixu mal‑ġenituri tagħhom f’Babiko, raħal remot fid‑Djoċesi ta’ Berejna. Minbarra li r‑raħal tagħhom huwa iżolat, it‑toroq huma maħmuġin u f’kundizzjoni ħażina ħafna.

Fir‑raħal tagħna

lanqas għandna

faċilitajiet tas‑saħħa biex ngħinu lill‑morda.

In‑nies li jgħixu f’Babiko jridu jimxu aktar minn sagħtejn sabiex jaslu sal‑eqreb stazzjon tas‑saħħa u dan f’temp xott, għax fix‑xita huwa wisq aktar diffiċli biex tasal. Minkejja li hemm Skola

Elementari mmexxija mill‑Knisja, it‑tfal li ma jattendux huma ħafna.

Is‑Sorijiet tar‑Ragħaj it‑Tajjeb

ta’ Cavanis bdew jagħtu

lilna t‑tfal ftit lezzjonijiet tal‑katekiżmu; darba fix‑xahar

meta qassis jiġi jiċċelebra l‑quddiesa.

Storja vera addattata minn Claudia Cini.
11

Sfortunatament, fiż‑żona hemm ħafna tfal b’diżabilità severa li jinħtieġu kura speċjali. Xi kultant sempliċi żjara, tbissima u tgħanniqa jagħmlu differenza kbira fil‑ħajja ta’ dawn it‑tfal u l‑familjari tagħhom. Imma mediċini, ħalib tat‑trab u fondi m’hemmx.

Jiena u sħabi s‑sorijiet nixtiequ nibdew inżuru aktar ta’ spiss lil dawn it‑tfal; imqar darba kull ħmistax jew darba fil‑ġimgħa.

L‑għan ewlieni tas‑Sorijiet tar‑Ragħaj it‑Tajjeb huwa li jagħtu edukazzjoni, kura tas‑saħħa bażika, assistenza medika, u ikel lill‑foqra u lit‑tfal abbandunati. Wara ċ‑ċelebrazzjoni tal‑quddiesa jixtiequ jibdew jiġbru lit‑tfal u jorganizzawlhom xi attivitajiet reliġjużi.

Nixtiequ ngħidu lit‑tfal dwar Ġesù u biex isiru jħobbuh; ngħidulhom dwar l‑Evanġelu, ngħallmuhom jitolbu u jgħinu lil dawk fil‑bżonn.

12

Kekino, Satina u tfal oħra mir‑raħal ta’ Babiko huma eċċitati ħafna li dawn is‑sorijiet ta’ rieda tajba jibdew iżuruhom aktar ta’ spiss. It‑tfal jixtiequ ħafna jitgħallmu jiktbu u jaqraw, isiru jafu lil Ġesù, u fuq kollox ikollhom ikel sustanzjuż u mediċina għal meta jkunu morda.

Ir‑raħal kollu jixtieq li

xi darba dawk morda jkunu jistgħu jiġu kkurati f’raħalhom stess f’post sigur u nadif bla biża’ ta’ xejn.

Is‑sorijiet jixtiequ wkoll jintroduċu għarfien u prattiċi tajba ta’ iġjene għaliex ħafna tfal huma affettwati minn mard tal‑ġilda li faċilment jista’ jiġi evitat. Hemm bżonn ukoll li t‑tfal b’diżabilità jinħarġu minn djarhom, u jingħataw aktar attenzjoni u mħabba.

13
Il‑maġġoranza tat‑tfal b’diżabilità severa qatt ma raw id‑dawl tax‑xemx.

Aktar ’il quddiem is‑Sorijiet tar‑Ragħaj it‑Tajjeb ta’ Cavanis jixtiequ jidentifikaw xi voluntiera adulti li huma responsabbli u ta’ min jafdahom, iħarrġuhom u joffrulhom assistenza sabiex jieħdu f’idejhom il‑kura ta’ dawn it‑tfal.

Aħna t‑tfal la għandna lapsijiet, la kuluri, la pitazzi u lanqas kotba.

Bis‑saħħa tal‑għajnuna li qed tintbagħat lis‑sorijiet minn benefatturi madwar id‑dinja kollha, aħna t‑tfal se nibdew nattendu l‑iskola u l‑katekiżmu.

Se jibda jkollna ikla sustanzjuża kuljum, mediċina għal meta nimirdu u affarijiet relatati mal‑iskola.

GRAZZI MILL‑QALB

MISSIOTFAL!

MissioTfal għandu bżonn kotba tal‑qari (mhux workbooks) bil‑Malti u bl‑Ingliż f’kundizzjoni tajba. Jekk jogħġbok ikkuntattja lis‑Sa Nancy Camilleri fuq nancy@missio.org.mt Grazzi mill‑qalb

14

TALBA TA’ RINGRAZZJAMENT:

Mulej Ġesù, fl‑aħħar ta’ din is‑sena skolastika, għandna ħafna affarijiet għal xiex nirringrazzjawk.

Grazzi għax tajtna tbissima: permezz tagħha nkunu nistgħu nesprimu l‑ferħ.

Grazzi għal dawn l‑għajnejn: bihom naraw fil‑bogħod.

Grazzi tal‑ħajja: għinna ngħixuha għall‑oħrajn.

Grazzi tal‑idejn: jalla dejjem jagħmlu l‑ġid, u tas‑saqajn: jalla jkunu lesti jmorru lejn il‑proxxmu.

Grazzi tal‑kuluri: għax jgħallmuna niskopru s‑sbuħija tad‑differenzi.

Grazzi għat‑tfal minn sfondi differenti li jgħixu fostna u magħna: il‑preżenza tagħhom iġġegħelna niskopru esperjenzi ġodda, kulturi ġodda, gosti ġodda u forsi ħolm ġdid ukoll.

U grazzi għax ħallejtilna missjoni x’inwettqu u ħolma x’nilħqu.

Ammen.

Ħin: 7:30pm

Post: Ġ nien
BARBEQUE TAS‑SAJF missio jippreżenta 15 ta’ Lulju 2023 (V0/1178)
tal‑Argotti, il‑Furjana. Bil‑parteċipazzjoni ta’
www.missio.org.mt
BILJETTI: Faith Hope & Charity, il-Belt Valletta IMEJL: info@missio.org.mt |
ĊEMPEL: 2123 6962
Kbar €20 Laħam / Tiġieġ / Ħut Ikel Veġetarjan Tfal €12 bejn
6 u 12 il-sena
15
& Fiona

KURŻITAJIET DWAR IL‑KONTINENT TAL‑OĊEANJA

Imqabbel mal‑kontinenti l‑oħra, il‑Kontinent tal‑Oċeanja, li fil‑maġġoranza tiegħu huwa baħar, huwa l‑iżgħar fil‑kobor tal‑art u t‑tieni l‑inqas popolat wara l‑Antartika. Jgħixu f’dan il‑kontinent hemm madwar 44 miljun u nofs ruħ li jitkellmu bi 30 lingwa uffiċjali differenti, minbarra ħafna u ħafna oħrajn. Hawn issib pajjiżi sinjuri, bħall‑Awstralja, pajjiżi b’ekononija medja, bħall‑Fiji, u pajjiżi foqra, bħall‑Papua New Guinea. L‑ewwel nies waslu f’dan il‑kontinent aktar minn 60,000 sena ilu. L‑ewwel esploraturi Ewropej bdew jaslu sa mis‑Seklu 16 ’il quddiem, fosthom il‑Portugiżi, l‑Ispanjoli, l‑Olandiżi, l‑Ingliżi u l‑Franċiżi.

Xi fatti:

● Pajjiżi – erbatax b’kollox: Awstralja, Mikronesja, Fiji, Kiribati, il‑Gżejjer Marshall, Nauru, New Zealand, Palau, Papua New Guinea, Samoa, il‑Gżejjer Solomon, Tonga, Tuvalu u Vanuatu

● Awstralja – l‑ikbar gżira tal‑kontinent

● Sydney, l‑Awstralja – l‑akbar belt u l‑aktar popoluża tal‑kontinent

● Nauru – l‑uniku pajjiż fid‑dinja bla belt kapitali u l‑iżgħar fil‑kontinent

● Kiribati – l‑uniku pajjiż fid‑dinja li jinsab fl‑erba’ emisferi

● Muntanja Cook, New Zealand –l‑ogħla quċċata tal‑kontinent

● Puncak Jaya, New Guinea – l‑itwal muntanja‑gżira fid‑dinja

● Great Barrier Reef, l‑Awstralja –l‑ikbar sikka tal‑qroll fid‑dinja

● Ġebla Uluru, l‑Awstralja – l‑akbar blata sħiħa fid‑dinja

● Dingo Fence, l‑Awstralja – l‑itwal ħajt tal‑injam fid‑dinja (4,401 km)

Awstralja Mikronesja Fiji Kiribati il‑Gżejjer Marshall Nauru New Zealand Palau Papua New Guinea Samoa
16
il‑Gżejjer Solomon Tonga Tuvalu Vanuatu

● Temperatura – l‑ogħla 50ºĊ fl‑Awstralja u l‑inqas ‑25ºĊ f’New Zealand

● Reliġjon – 73% huma Kristjani. Oħrajn huma: l‑Iżlam, il‑Buddiżmu, Il‑Ġudaiżmu u aktar

● Rugby – l‑isport nazzjonali tal‑kontinent, minbarra f’Vanuatu li jqisu l‑futbol bħala l‑isport nazzjonali

● Arti – l‑arti Indiġena fuq il‑blat hija l‑itwal arti tradizzjonali fid‑dinja li għadha tiġi pprattikata sal‑lum

Xi kurżitajiet:

● Hawn issib foresti tropikali u deżerti, kif ukoll foresti niexfa, reġjuni alpini b’veġetazzjoni skarsa biss, glaċieri u veġetazzjoni tropikali b’foresti tropikali.

● Issib marsupjali, li huma mammiferi li jġorru ż‑żgħar tagħhom f’borża, fosthom kangarus, possums, wombats u koalas. Il‑marsupjali huma endemiċi biss għall‑Awstralja u l‑Ameriki.

● Il‑monotremi huma mammiferi li jbidu l‑bajd, iżda jreddgħu lit‑trabi tagħhom bil‑ħalib. Hemm ħames speċi ħajjin u kollha jgħixu fl‑Awstralja u New Guinea.

● Uħud mill‑pajjiżi huma proprjetà tal‑Istati Uniti, ir‑Renju Unit, Franza, l‑Awstralja u New Zealand

● L‑Aboriġini Awstraljani jużaw riżorsi naturali minn pajjiżhom għall‑ikel, kenn, ħwejjeġ, mediċina, għodda, oġġetti ċerimonjali u aktar

Xi nies famużi:

● Steve Irwin ‑ Personalità tat‑TV u Konservatur tal‑Ħajja Selvaġġa, Awstraljan

● Sir Edmund Hillary – Mountaineer u Esploratur, New Zealander

● Geoffrey Gurrumul Yunupingu –Mużiċist Indiġenu, Awstraljan

● Hugh Jackman – Attur, Awstraljan

Eżempji sbieħ:

Grazzi mill‑qalb tal‑bolol li tajtu lil Missio Tfal. Dawn jinbiegħu lill‑kollezzjonisti u l‑qligħ minnhom imur b’risq proġetti fil‑missjoni.

KIF TISTA’ TGĦIN LIT‑TFAL FL‑OĊEANJA:

€ 7 Tiġieġa għal familja fil‑bżonn

€ 20 Platt ross u fażola lil 60 tifel u tifla bil‑ġuħ

€ 55 Mogħża tal‑ħalib għal familja żvantaġġjata

€ 100 Tliet xhur skola primarja u ikla kuljum lil tifel jew tifla foqra

Ibgħat id‑donazzjoni tiegħek lil

‘Missio’ Nru. 150, Triq Lorenzo Gafà, il‑Mosta MST 4128

Jew fuq www.missio.org.mt

Għal aktar dettalji ċemplu 2123 6962 fil‑ħinijiet tal‑uffiċċju.

GRAZZI!

17

MILL‑ITTRI TAGĦKOM

Donation of preserve to the Missionary Sisters of Charity

one of the first students who brought a filled‑up bag with preserves for charity.

The two sisters offered their thanks to all participating students and staff for this noble gesture. Sister M. Catherine Therese said:

On Monday 8 th May 2023, two Missionary Sisters of Charity, Sister M. Catherine Therese MC (from Italy) and Sister Miriam de Jesus (from Ecuador) were invited to St. Margaret College Secondary School Verdala, Cospicua and participated in a special morning assembly event. During this event all the preserves collected by school students and staff were officially donated to them. These preserves were collected during Lent and Easter time in aid of people and families in need. Student members of the King’s Young Leaders Group offered to carry the heavy bags with preserves, and senior teacher, Martin Azzopardi s.d.c. applauded the big‑heartedness of the students and staff for their act of kindness and generosity. The example of CCP student, Damian Steve Garzia was also applauded as he was

“Your act of charity is a drop in an ocean, but the ocean is made out of these small drops.” Teacher Martin Azzopardi sdc offered the Morning Prayer intention for the Missionary Sisters of Charity and highlighted their hard work and mission in Malta. The Missionary Sisters of Charity, better known as the Sisters of Mother Teresa, opened their house in Cospicua, Malta in 1989 and they are admired by everyone for their humble work in the community especially in the area

18

of Cottonera. Their founder, Mother Teresa visited Malta three times: first in 1967 followed by a short stop in 1971 and then also in 1976 where she addressed the Sixth World Congress of Lasallian Federations. Mother Teresa invited her followers to build their lives on the Eucharist and make it the focal point of their relationship with God and humanity. She used to say to her sisters: “Touch the poor as the priest touches the host during Mass”

A Maltese Jesuit priest, Father Paul Chetcuti

SJ met personally with Mother Theresa in 1971 and since then he worked closely with her and her sisters where he offered his spiritual assistance to the sisters at their Mother House in India.

At the end of this special event, the Head of School Mr Joseph Ellul expressed his words of admiration to all those who contributed to this charity campaign and reminded all the students that charity takes many forms, especially the way we talk and behave with each other. This project aims to reach two of the main goals proposed by the United Nations Sustainable Development Goals: Life on Land and Quality Education. Heartfelt thanks to the Missionary Sisters of Charity for their generous and humble work done in aid of many Maltese families and people in need. MAY GOD BLESS

ALL THE MISSIONARY SISTERS OF CHARITY!!!

19
Form 4 (Year 10) King’s Young Leaders Group students at Margaret College Senior Secondary School Verdala, Cospicua, Malta.

RIĊETTA TRADIZZJONALI

LAMINGTONS TAĊ‑ĊIKKULATA – Mill‑Oċeanja

X’għandek bżonn:

Għall‑ispanġ

• 57 gramma butir bla melħ imdewweb

• 180 millilitru ħalib

• 2 kuċċarini essenza tal‑vanilja

• 4 bajdiet kbar

• 2 bajdiet oħra (l‑abjad biss)

• 225 gramma dqiq ‘plain’

• 35 gramma ‘cornflour’

• 2 kuċċarini ‘baking powder’

• Ponta melħ

• 200 gramma zokkor

Biex iżżejjen

• 400 gramma ‘icing sugar’

• 50 gramma kokotina (mhux ħelwa)

• 125 gramma misħun jagħli

• 200 gramma ‘desiccated coconut’ fin

Metodu:

• Saħħan il‑forn fuq sħana moderata u iksi landa tal‑kejkijiet tawwalija bil‑karti strazzi.

• Għarbel id‑dqiq, il‑‘baking powder’, il‑cornflour u l‑melħ, u ħawwad sew flimkien.

• Ġo skutella oħra ħawwad il‑butir imdewweb u l‑ħalib, u żid l‑essenza tal‑vanilja.

• Ġo blender ħawwad sew il‑bajd u l‑abjad tal‑bajd sakemm jiġu ragħwa.

• Itfa’ ftit ftit iz‑zokkor mal‑bajd filwaqt li tkompli tħawwad bil‑mod.

• Żid it‑taħlita tad‑dqiq ftit ftit u wara żid it‑taħlita tal‑ħalib bil‑mod sa ma kollox jitħallat flimkien.

• Ifrex it‑taħlita fil‑landa u tektikha bil‑mod mal‑bank tal‑kċina ħalli jitilqu l‑bżieżaq.

• Aħmi fil‑forn għal madwar 20 minuta; huwa importanti li ma tiftaħx il‑bieba tal‑forn qabel u li lanqas taħmih iżżejjed.

• Ħallih jibred u wara ttrasferih għal fuq gradilja. Xħin jibred għal kollox aqtgħu f’kaxxi ndaqs.

• Sadanittant ħawwad sew l‑‘icing sugar’, il‑kokotina u l‑ilma jagħli fi skutella fonda.

ĦADDEM IDEJK
20

• Ġo skutella oħra poġġi l‑‘coconut’ u pprepara dixx ċatt miksi bil‑karti strazzi.

• B’żewġ frieket bill waħda mill‑biċċiet tal‑kejk fit‑taħlita taċ‑ċikkulata u ara li tinkesa kollha, ħalliha tqattar ftit u billha fil‑‘coconut’ sakemm tinkesa d‑dawra kollha.

• Irrepeti bil‑biċċiet kollha tal‑kejk u ħallihom jinxfu sew.

BON APPETIT (L‑Ikla t‑Tajba)

Nota Importanti: Qabel tibda ħu ħsieb aħsel idejk sew, inża’ l‑ġojjellerija, orbot xagħrek u ilbes ilbies addattat. Itlob l‑għajnuna ta’ persuna adulta, speċjalment jekk ser tuża oġġetti li jaqtgħu, in‑nar u/jew l‑elettriku.

Kont taf li din ir‑riċetta oriġinat mill‑Awstralja? Dan il‑pajjiż jinkludi wkoll il‑gżira tat‑Tażmanja u diversi gżejjer oħra żgħar. Il‑kelma Awstralja ġejja mil‑Latin li tfisser l‑Art tan‑Nofsinhar. Il‑popolazzjoni hija ta’

kważi 26 miljun ruħ li 90% minnhom jgħixu mal‑kosta. Kanberra hija l‑belt kapitali, filwaqt li Sydney hija l‑akbar belt. Il‑lingwa uffiċjali hija l‑Ingliż u 52% tal‑popolazzjoni huma Kristjani. Fl‑Awstralja issib aktar minn 60 reġjun tal‑inbid differenti. 80% tal‑annimali huma uniċi għal dan il‑kontinent, fosthom il‑kangaru u l‑ors koala. Huwa l‑uniku pajjiż li m’għandu l‑ebda vulkan attiv. U kont taf li tinżel iktar borra fuq l‑Alpi Awstraljani milli fuq l‑Alpi Svizzeri?

Qegħdin niġbru ‘soft toys’ f’kundizzjoni tajba. Jekk tista’ tgħin, jekk jogħġbok ċemplilna fuq 21236962 u staqsi għas‑Sa Nancy Camilleri. Grazzi.
21

KRAFT TRADIZZJONALI

Nancy

TALBA LOGĦBA – MILL‑OĊEANJA

X’għandek bżonn:

• Karti bojod

• Lapes

• Kuluri

• Imqass bla ponta

• Kolla

• Stampi minn rivisti qodma ta’ affarijiet li se titlob għalihom, pereżempju familja, ħbieb, kotba, eżamijiet, persuna marida, eċċ …

Metodu:

• Fuq il‑karti agħmel il‑forma tal‑pala ta’ jdejk it‑tnejn u mal‑ġenb tal‑idejn ħalli biċċa karta żgħira żejda biex tkun tista’ twaħħalhom ma’ xulxin bħal fl‑istampa.

• Hekk l‑idejn fuq xulxin jidhru par idejn qed jitolbu.

• Uża din il‑kraft meta tiġi biex titlob.

Tista’ tgħid lill‑ħbieb jew lill‑familjari tiegħek jitolbu miegħek.

• Kulħadd jagħżel stampa, jagħmilha bejn l‑idejn u jgħid talba jew f’qalbu jew mal‑oħrajn. Tista’ tkun talba ta’ grazzja jew ta’ ringrazzjament.

• Din hija talba forma ta’ logħba li żgur se tieħdu gost tagħmluha.

Kont taf li: għalkemm ilkoll nafu kemm huwa importanti t‑talb, mhux dejjem insibuha faċli li nitolbu, speċjalment fil‑ġranet tas‑sajf. Dan għaliex jew inkunu qegħdin fuq xi vaganza jew medhijin nilagħbu. Imma hemm modi sbieħ u interessanti kif nitolbu li żgur nieħdu gost nipprattikawhom. Għalhekk, dan il‑kraft se jgħinna naħsbu fuq l‑affarijiet li għandna madwarna li forsi qatt ma ħsibna fuqhom, speċjalment waqt ħin it‑talb.

ĦADDEM IDEJK
Kun żgur li tissorvelja lit‑tfal meta jkunu qegħdin jagħmlu l‑krafts.
22

ĠUNJU‑LULJU‑AWWISSU‑SETTEMBRU 2023

Ibgħat is‑soluzzjoni t‑tajba flimkien ma’ ismek, kunjomok, l‑età u l‑indirizz, hekk:

Tfal Missjunarji – Kompetizzjonijiet, Nru.150, Missio, Triq Lorenzo Gafà, il‑Mosta MST 4128

Iż‑żewġ kompetizzjonijiet jistgħu jintbagħtu fl‑istess invilopp.

1. SIB IT‑TRIQ – Maħsuba minn Tanja Cilia

Ara jirnexxilekx tgħin lil Otis isib it‑triq biex jasal fejn l‑għadma li tilef. Tnejn mit‑tweġibiet tajbin jirbħu pokit tal‑iskola.

2. KOMPETIZZJONI TAL‑KITBA U TAT‑TPINĠIJA

Qed inħeġġukom sabiex tiktbulna u/jew tpinġulna dwar kif għaddejtu l‑Vaganzi tas‑Sajf. Kellkom xi esperjenza unika? Mortu l‑baħar jew xi safra? Kellkom ċans tagħmlu ħbieb ġodda jew xi passatemp ġdid? Inħallu f’idejn l‑immaġinazzjoni tagħkom. L‑ewwel ittra li nirċievu tirbaħ kupun ta’ €10 li jissarraf mill‑ħanut Faith, Hope & Charity fil‑Belt Valletta.

KOMPETIZZJONIJIET BI PREMJU
23

KOMPETIZZJONIJIET BI PREMJU

ĠUNJU‑LULJU‑AWWISSU‑SETTEMBRU 2023

ISEM U KUNJOM: ETÀ:

INDIRIZZ:

SKOLA:

KODIĊI POSTALI:

Soluzzjonijiet tal‑Kompetizzjonijiet ta’ Frar ‑ Marzu 2023 Ħarġa Nru.96.

1. SIB IT‑TRIQ

2. KITBA U TPINĠIJA

Ir‑rebbieħa tal‑kompetizzjonijiet huma Dilara Sahan minn Ħaż‑Żabbar, Noah Borg mill‑Qala u Ana Sciriha minn Birkirkara.

Grazzi lil kull min bagħtilna t‑tweġibiet. Prosit lir‑rebbieħa! Huma jirċievu ittra bil‑posta mingħandna biex ikunu jistgħu jiġbru r‑rigal tagħhom.

TFAL MISSJUNARJI

Tpinġija ta’ Dilara Sahan ●Kull

Programm għat‑tfal bi produzzjoni ta’ MissioTfal u preżentazzjoni ta’ Claudia Cini. Fuq

Radju Marija 102.3FM (Malta)
107.8FM
/
(Għawdex).
(VO/1178)
nhar ta’ Tlieta fis 2:30pm
nhar ta’ Ħamis fis‑2:30pm ●Kull nhar ta’ Sibt fis‑7:25pm ●Kull nhar ta’ Ħadd fis 2:30pm 24
●Kull

Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.
Tfal MIssjunarji Sajf 2023 by Missio Malta - Issuu