
1 minute read
TALBA LOGĦBA – MILL‑OĊEANJA
X’għandek bżonn:
• Karti bojod
• Lapes
• Kuluri
• Imqass bla ponta
• Kolla
• Stampi minn rivisti qodma ta’ affarijiet li se titlob għalihom, pereżempju familja, ħbieb, kotba, eżamijiet, persuna marida, eċċ …
Metodu:

• Fuq il‑karti agħmel il‑forma tal‑pala ta’ jdejk it‑tnejn u mal‑ġenb tal‑idejn ħalli biċċa karta żgħira żejda biex tkun tista’ twaħħalhom ma’ xulxin bħal fl‑istampa.
• Hekk l‑idejn fuq xulxin jidhru par idejn qed jitolbu.

• Uża din il‑kraft meta tiġi biex titlob.
Tista’ tgħid lill‑ħbieb jew lill‑familjari tiegħek jitolbu miegħek.
• Kulħadd jagħżel stampa, jagħmilha bejn l‑idejn u jgħid talba jew f’qalbu jew mal‑oħrajn. Tista’ tkun talba ta’ grazzja jew ta’ ringrazzjament.
• Din hija talba forma ta’ logħba li żgur se tieħdu gost tagħmluha.
Kont taf li: għalkemm ilkoll nafu kemm huwa importanti t‑talb, mhux dejjem insibuha faċli li nitolbu, speċjalment fil‑ġranet tas‑sajf. Dan għaliex jew inkunu qegħdin fuq xi vaganza jew medhijin nilagħbu. Imma hemm modi sbieħ u interessanti kif nitolbu li żgur nieħdu gost nipprattikawhom. Għalhekk, dan il‑kraft se jgħinna naħsbu fuq l‑affarijiet li għandna madwarna li forsi qatt ma ħsibna fuqhom, speċjalment waqt ħin it‑talb.
ĠUNJU‑LULJU‑AWWISSU‑SETTEMBRU 2023
Ibgħat is‑soluzzjoni t‑tajba flimkien ma’ ismek, kunjomok, l‑età u l‑indirizz, hekk:
Tfal Missjunarji – Kompetizzjonijiet, Nru.150, Missio, Triq Lorenzo Gafà, il‑Mosta MST 4128
Iż‑żewġ kompetizzjonijiet jistgħu jintbagħtu fl‑istess invilopp.
1. SIB IT‑TRIQ – Maħsuba minn Tanja Cilia
Ara jirnexxilekx tgħin lil Otis isib it‑triq biex jasal fejn l‑għadma li tilef. Tnejn mit‑tweġibiet tajbin jirbħu pokit tal‑iskola.
2. KOMPETIZZJONI TAL‑KITBA U TAT‑TPINĠIJA
Qed inħeġġukom sabiex tiktbulna u/jew tpinġulna dwar kif għaddejtu l‑Vaganzi tas‑Sajf. Kellkom xi esperjenza unika? Mortu l‑baħar jew xi safra? Kellkom ċans tagħmlu ħbieb ġodda jew xi passatemp ġdid? Inħallu f’idejn l‑immaġinazzjoni tagħkom. L‑ewwel ittra li nirċievu tirbaħ kupun ta’ €10 li jissarraf mill‑ħanut Faith, Hope & Charity fil‑Belt Valletta.