1 minute read

IL‑QALB MISSJUNARJA TA’ PAPA ĠWANNI PAWLU I

Għeżież Tfal,

Nhar l‑4 ta’ Settembru ta’ din is‑sena Papa Ġwanni Pawlu I (Albino Luciani) għandu jiġi bbeatifikat f’Ruma. Mingħajr ebda dubju nistgħu ngħidu li l‑qalb ta’ dan is‑saċerdot, isqof u Papa kienet waħda missjunarja. Oħtu, fil‑ktieb ‘Ħija Albino’ tgħid li kien ta’ sikwit jirrepeti: “Il‑missjunarji huma dawk li jiġbdu l‑karru tal‑Knisja. Dawk li jiġbdu l‑karru huma dawk li qegħdin f’post ta’ għeja u ta’ riskju.”

Meta kien Patrijarka ta’ Venezja wera diversi drabi x‑xewqa li jmur missjunarju. L‑imħabba li kellu għall‑missjoni tidher anke fil‑fatt li wieħed mill‑qaddisin preferuti tiegħu kien San Franġisk Saverju, Patrun tal‑Missjoni. Fil‑ħajja tiegħu kien baqa’ impressjonat mill‑għażla li kien għamel fl‑1967 il‑Kardinal Émile Léger, li ħalla l‑Arċidjoċesi Kanadiża ta’ Montréal biex imur jaħdem bħala missjunarju fil‑Kamerun qalb it‑tfal bi bżonnijiet speċjali. Bħala Isqof ta’ Vittorio Veneto, u mbagħad bħala Patrijarka ta’ Venezja, Albino Luciani dejjem ta importanza lir‑relazzjonijiet mal‑missjunarji li kienu mid‑djoċesi fejn kien isqof. Fil‑ħidma tiegħu bħala isqof dejjem ta importanza lill‑pastorali biex iqajjem kuxjenza missjunarja fost l‑Insara kollha. Fl‑okkażjoni tal‑Jum Dinji tal‑Missjoni, li tiġi ċċelebrata f’Ottubru, għalih kienet tkun opportunità biex ta’ kull sena jenfasizza b’argumentazzjonijiet dejjem ġodda, din il‑ħidma intima tal‑ħajja tal‑Knisja. Il‑ħarsa missjunarja ta’ Albino tidher fl‑ittra li huwa kien kiteb fl‑20 t’Ottubru 1966 lid‑djoċesi tiegħu wara żjara li kien għamel fil‑Burundi, mit‑18 sal 31 t’Awwissu, fejn kien żar tliet missjunarji mid‑djoċesi ta’ fejn kien. Huwa kien insista li l‑missjunarji għadhom bżonnjużi għaliex kif jgħid San Pawl fl‑Ittra lill‑Filippini: “Basta Kristu jiġi mxandar”.

Bħalma tafu Albino Luciani bħala Papa dam biss 33 jum. Din il‑ħeġġa tiegħu missjunarja ma setgħetx tidher f’dan iż‑żmien qasir li għamel bħala Papa, iżda mill‑ħajja kollha tiegħu jidher ċar li qalb Luciani kienet qalb missjunarja. Il‑Mulej

This article is from: