3 minute read

ĠEJ TIMXI FIŻ‑ŻARBUN TIEGĦI?

Mixja bit‑teknoloġija VR, b’risq proġetti ta’ Missio fl‑Afrika

Mid‑19 sal‑25 ta’ Lulju 2023 @6:00pm Pjazza Tritoni, Il‑Belt Valletta

Eluf ta’ persuni fl‑Afrika jimxu distanzi twal ta’ kuljum biex iġibu ilma tajjeb għax‑xorb. Missio Malta jgħin lil dawn il‑persuni permezz ta’ proġetti bħal bjar u boreholes, li jtejbulhom ħajjithom u jnaqqsulhom l‑iskariġġ.

Ingħaqad ma’ Missio l‑Belt Valletta u esperjenza ftit mill‑mixja li jagħmlu dawn il‑komunitajiet Afrikani, permezz tat‑teknoloġija VR. Hekk inti wkoll tkun tista’ tħoss dak li jgħaddu minnu dawn in‑nies u tgħin b’donazzjoni.

Nota: It‑tfal kollha huma mħeġġa jidħlu fil‑paġna ta' Facebook Missio Malta Events

Il‑vaganzi tas‑sajf huma twal ħafna, għalhekk tajjeb li nagħrfu nqassmu l‑ħin sewwa. Minbarra d‑divertiment u t‑tgawdija, u forsi xi safra barra minn Malta, tajjeb li nsibu ħin biex naqraw xi ktieb, ngħinu fix‑xogħol tad‑dar, inżuru lin‑nanniet, immorru l‑knisja u nipprattikaw il‑passatempi tagħna. Aħna nieħdu gost insiru nafu kif għaddejtu s‑sajf, għalhekk qed inħeġġiġkom tiktbulna jew tpinġulna xi ħaġa. Aktar dettalji f’Paġna 23.

Din il‑ħames ħarġa hija ddedikata għall‑Kontinent tal‑Oċeanja. Tistgħu taqraw stejjer, artikli u ħafna aktar dwar pajjiżi f’dan il‑kontinent. Inħeġġukom tippruvaw tagħmlu l‑kraft u r‑riċetta tradizzjonali, u fuq kollox tieħdu sehem fil‑kompetizzjonijiet. Fl‑aħħar u mhux l‑inqas segwuna fuq Radju Marija għal aktar tagħrif interessanti (ara r‑reklam f’Paġna 24).

Bħalma dejjem ngħidilkom, tinsew qatt lit‑tfal anqas ixxurtjati minnkom li jgħixu f’pajjiżi tal‑missjoni; agħtuhom xi donazzjoni ċkejkna sabiex ikollhom x’jieklu, x’jilbsu, saqaf fuq rashom u edukazzjoni xierqa. Tinsew qatt lil ħutkom tfal missjunarji u itolbu għalihom biex huma wkoll isiru jafu dwar Ġesù.

Il‑ħabiba tagħkom, Claudia

Stampa tal‑faċċata: Powster tal‑attività Mixja Għall‑Ilma b’risq Missio Malta.

TFAL MISSJUNARJI: RIVISTA GĦAT‑TFAL LI TOĦROĠ BEJN OTTUBRU U MEJJU

Missio Nru. 150, Triq Lorenzo Gafà, il‑Mosta MST 4128

Tel: 2123 6962 | e‑mail: nancy@missio.org.mt

Ħinijiet: Mit‑Tnejn sal‑Ġimgħa: 9:00am – 4:00pm

Is‑Sibt: 9:00am – 12:00pm

Missio Nru. 7, Triq l‑Imgħallem, ir‑Rabat Għawdex.

Tel: 2155 0267 | e‑mail: gozo@missio.org.mt

Ħinijiet: Mit‑Tnejn sal‑Ġimgħa: 8:30am – 12:00pm

Editriċi: Claudia Cini | e‑mail: claudia@missio.org.mt

Grafika: James Trapani | e‑mail: gakbu@ gakbu.com

Qarrejja tal‑Provi: John Caruana u Mark Miruzzi

2

(VO/1178)

© Copyright: L‑ebda parti minn dan il‑magażin ma tista’ tiġi ppubblikata mingħajr il‑permess tal‑pubblikaturi.

Dun Victor Agius

Il‑Patata L‑Forn Ta’ Victor

Għeżież tfal, Kemm huma sbieħ il‑vaganzi tas‑sajf! Huma twal, għalhekk għandkom aktar żmien biex tilagħbu, tmorru l‑baħar, tiltaqgħu mal‑ħbieb u tagħmlu ħafna ħbieb ġodda. Żmien l‑iskola huwa stressanti ħafna, għax tridu tqumu kmieni u ma tistgħux torqdu kemm tixtiequ; dejjem bil‑‘homework’ u l‑privat, u ma tantx issibu ħin liberu. Il‑pressjoni biex tistudjaw ħalli tmorru tajjeb fl‑eżamijiet hija kbira ħafna. Għalhekk, imnalla jiġu l‑vaganzi!

nispiċċaw għajjenin u mdejqin. Għalhekk huwa tajjeb li noħorġu ’l barra nilagħbu, ngħumu u niltaqgħu u nagħmlu ħbieb ġodda. Naturalment, ma nistgħux noqogħdu l‑ħin kollu barra għax tkun ħafna sħana, filwaqt li toqgħod ġewwa għall‑frisk huwa sabiħ ukoll u nistgħu nsibu x’nagħmlu.

Il‑passatempi huma l‑isbaħ ħaġa li nistgħu nagħmlu, jew anki nitgħallmu xi ħaġa ġdida. Pereżempju tistgħu tippruvaw titgħallmu ssajru. Din hija xi ħaġa li jiena kont inħobb ħafna. Il‑mamà kienet tiddejjaq xi ftit għall‑ewwel, għax kont naqla’ ħafna affarijiet u nħammġilha l‑kċina kollha. Però maż‑żmien bdejt nara kemm kien jogħġobhom dak li nkun sajjart u kont nieħu gost ħafna narahom kuntenti, u biex jieħdu aktar gost drajt ukoll innaddaf wara li kont nispiċċa nsajjar.

Il‑vaganzi huma sbie ħ sa kemm għandna x’nagħmlu, għax jekk ma jkollni ex x’nagħmlu nispiċċaw magħluqin ġol‑kamra, imsammrin mal‑kompjuter, u fl‑aħħar tal‑ġurnata

Jekk tixtiequ tippruvaw issajru, din hija riċetta faċli ħafna li jien kont u għadni nħobb nagħmel, u li żgur togħġob lil kulħadd jekk tagħmluha tajjeb, patata l‑forn! Ħuti jgħidulha:

Il‑patata ta’ Victor! X’għandek tagħmel:

● Sib dixx u aqta’ karta tal‑forn ftit akbar mill‑qiegħ tad‑dixx. Biex il‑karta toqgħod tajjeb u ma tiċċaqlaqx, għaffiġha b’idejk qisek se tarmiha, erġa’ iftaħha u stiraha fid‑dixx u tara kif toqgħod aħjar.

● Xerred il‑patata fid‑dixx b’tali mod li l‑biċċiet tal‑patata ma jkunux fuq xulxin. Jekk fl‑iskutella jibqagħlek iż‑żejt ifisser li tkun għamilt wisq żejt u darb’oħra għamel inqas.

● Daħħal id‑dixx fil‑forn, ixegħlu b’temperatura ta’ 220ºĊ, u ħalliha sakemm tieħu kulur sabiħ u appetituż. Ġeneralment madwar 50 minuta.

● Oħroġ il‑patata u serviha mill‑ewwel. Tqarmeċ u ratba ħafna minn ġewwa. L‑ikla t‑tajba!

● Qaxxar il‑patata u aħsilha.

● Qattagħha l‑forma li trid, kwadra jew ċips, u b’karta tal‑kċina xxottaha tajjeb mill‑ilma.

● Poġġiha ġo skutella, itfgħalha ftit melħ għat‑togħma, roxxha biż‑żejt u ħawwadha sew.

Tibqgħu impressjonati kemm tiġi tajba din il‑patata u tintgħoġob minn kulħadd. Bit‑tisjir nistgħu nagħmlu ħafna nies ferħanin, u meta nkunu flimkien u qed nieklu tajjeb insiru aktar familja u ħin l‑ikel isir l‑isbaħ mument tal‑ġurnata.

Kunu mberkin u gawdu l‑vaganzi.

Nota Importanti: Qabel tibda ħu ħsieb aħsel idejk sew, inża’ l‑ġojjellerija, orbot xagħrek u ilbes ilbies addattat. Itlob l‑għajnuna ta’ persuna adulta, speċjalment jekk ser tuża oġġetti li jaqtgħu, in‑nar u/jew l‑elettriku.

This article is from: