Malta Missjunarja Settembru 2021

Page 8

Settembru 2021

PROPAGAZZJONI TAL‑FIDI – DUN VICTOR AGIUS

Agrikultura Ekoloġika Integrali

F

il‑bidu tal‑pandemija tal‑COVID‑19, il‑Gżejjer Filippini daħlu mill‑ewwel f ’lockdown għal xahar. Ir‑raġunament ta’ kulħadd kien: “Jekk nibqgħu magħluqin id‑dar, forsi ma mmutux bil‑vajrus, imma mmutu żgur, bil‑ġuħ.” Fl‑1987 kien ġie ffurmat grupp ta’ Nsara impenjati, biex jgħinu lill‑foqra ta’ madwarhom. Huma jgħixu f ’Aklan, fuq il‑gżira ta’ Panay, fiċ‑Ċentru‑Punent tal‑Filippini. Dan il‑grupp jaħdem id f ’id m’organizzazzjonijiet oħra ekkleżjastiċi u entitajiet 8

lokali governattivi biex jgħinu lil dawk fil‑bżonn, u aktar lill‑gruppi Indiġeni li baqgħu bla art x’jaħdmu minħabba l‑industrijalizzazzjoni li żviluppat. Ħassew li ma setgħux jagħlqu għajnejhom quddiem il‑problema tal‑pandemija u s‑sitwazzjoni ta’ tbatija li n‑nies tagħhom kienu għaddejjin minnhom. It‑talb tagħhom instema’ u Alla pprovdilhom grupp ta’ nies mill‑Italja li bagħtulhom provvisti ta’ ikel għal 108 familja fi tmien lokalitajiet li kienu fil‑bżonn. L‑ittri ta’ ringrazzjament li bagħtu t‑tfal ta’ dawn il‑familji kienu

mill‑isbaħ u jqabbżulek id‑dmugħ minn għajnejk meta taqrahom. Mill‑ewwel fehmu li ma kinux se jkunu kapaċi jibqgħu jagħtu r‑ross lil dawn in‑nies. L‑ammont li qassmu kien għal ftit ġranet biss. Kif jgħid proverbju antik Ċiniż: “Agħti ħuta lil wieħed fqir u hekk tkun tajtu ikel għal ġurnata. Għallmu jistad u tkun tajtu sengħa li timlielu żaqqu għal ħajtu kollha”. Għalhekk, ħassew il‑bżonn li jfasslu proġett li jippermetti lil dawn il‑famlji jkollhom ħajja aħjar u talbu lil Alla jnebbaħhom fuq kif


Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.
Malta Missjunarja Settembru 2021 by Missio Malta - Issuu