1 minute read

Qaddis tax‑Xahar

Beatu Dott. Josè Gregorio Hernàndez Cisneros

It‑Tabib Tal‑Fqar

Dan it‑tabib twieled fl‑1864 f’Caracas fil‑Venezwela u miet fl‑1919 wara li ttajjar minn karozza. Kien magħruf ħafna għal xogħlu mal‑foqra, l‑iktar fi żmien l‑Influwenza Spanjola li laqtet lid‑dinja seklu ilu. Fil‑fatt dan ġie ddikjarat Beatu waqt il‑pandemija COVID‑19 mill‑Kardinal Baltazar Porras. Josè Gregorio Hernàndez iggradwa bħala tabib fl‑1888 u mar Pariġi jistudja ħafna oqsma fil‑mediċina. Bejn l‑1891 u l‑1916, huwa ddedika ruħu jgħallem il‑mediċina u l‑prattika religjuża. Daħal is‑seminarju darbtejn, imma minħabba li kienu żminijiet dittatorjali u minħabba problemi ta’ saħħa, qatt ma kompla f’din it‑triq. Minflok sar Franġiskan Sekulari, li bl‑spiritu ta’ San Franġisk mexa mal‑fqar, kien jikkurahom mingħajr ħlas u ħafna drabi jixtrilhom il‑mediċini minn flusu.

Papa Franġisku ddeskrivieh bħala eżempju ta’ dixxiplu ta’ Kristu li għamel l‑Evanġelu l‑qofol ta’ ħajtu u kien mudell tal‑modestà u l‑umiltà. Il‑Papa jkompli jgħid li Hernàndez kien mudell ta’ qdusija impenjat jiddefendi l‑ħajja għall‑isfidi fl‑istorja u għas‑servizz lejn l‑oħrajn mingħajr ma Il‑Papa enfasizza li l‑pandemija żiedet mhux ftit it‑tbatija, speċjalment għal dawk li switilhom ħajjithom jgħinu lill‑oħrajn. Kienet ċelebrazzjoni li saret fit‑30 t’April 2020 f’Caracas, waqt ir‑restrizzjonijiet. Il‑Papa jispiċċa l‑messaġġ tiegħu billi jgħid li l‑beatifikazzjoni ta’ Hernàndez hija barka speċjali għall‑Venezwela. Hija tistedinna għall‑konverżjoni, għal aktar solidarjetà bejnietna biex ilkoll naħdmu għall‑ġid komuni li hu tant meħtieġ għall‑pajjiżi biex jirkupraw u biex jiġġeddu wara l‑pandemija bi spirtu ta’ rikonċiljazzjoni. Dan il‑qaddis jibqa’ magħruf bħala t‑tabib tal‑fqar.

ħadd jiġi eskluż. Il‑Papa jiddiskrivih bħala ‘Raġel ta’ servizz universali’. Wieħed mill‑aspetti affaxxinanti fil‑personalità tiegħu huwa li imita lil Ġesù fl‑Aħħar Ċena meta ħasel saqajn l‑appostli billi kien iħobb lil kulħadd. Il‑Beatifikazzjoni ta’ Dott. Josè Gregorio saret fi żmien partikolari u diffiċli għan‑nies tal‑Venezwela.

“L‑iktar pedament profond tal‑mediċina huwa l‑imħabba. Jekk l‑imħabba tagħna hija kbira, il‑frott li l‑mediċina tikseb minnha jkun kbir, imma jekk titnaqqas, il‑frott tagħna

jitnaqqas ukoll.” Beatu Dott. Josè Gregorio Hernàndez Cisneros 

This article is from: