5 minute read

Propagazzjoni tal‑Fidi

Next Article
Unjoni Missjunarja

Unjoni Missjunarja

Agrikultura Ekoloġika Integrali

Fil‑bidu tal‑pandemija tal‑COVID‑19, il‑Gżejjer Filippini daħlu mill‑ewwel f’lockdown għal xahar. Ir‑raġunament ta’ kulħadd kien: “Jekk nibqgħu magħluqin id‑dar, forsi ma mmutux bil‑vajrus, imma mmutu żgur, bil‑ġuħ.” Fl‑1987 kien ġie ffurmat grupp ta’ Nsara impenjati, biex jgħinu lill‑foqra ta’ madwarhom. Huma jgħixu f’Aklan, fuq il‑gżira ta’ Panay, fiċ‑Ċentru‑Punent tal‑Filippini. Dan il‑grupp jaħdem id f’id m’organizzazzjonijiet oħra ekkleżjastiċi u entitajiet lokali governattivi biex jgħinu lil dawk fil‑bżonn, u aktar lill‑gruppi Indiġeni li baqgħu bla art x’jaħdmu minħabba l‑industrijalizzazzjoni li żviluppat. Ħassew li ma setgħux jagħlqu għajnejhom quddiem il‑problema tal‑pandemija u s‑sitwazzjoni ta’ tbatija li n‑nies tagħhom kienu għaddejjin minnhom. It‑talb tagħhom instema’ u Alla pprovdilhom grupp ta’ nies mill‑Italja li bagħtulhom provvisti ta’ ikel għal 108 familja fi tmien lokalitajiet li kienu fil‑bżonn. L‑ittri ta’ ringrazzjament li bagħtu t‑tfal ta’ dawn il‑familji kienu mill‑isbaħ u jqabbżulek id‑dmugħ minn għajnejk meta taqrahom. Mill‑ewwel fehmu li ma kinux se jkunu kapaċi jibqgħu jagħtu r‑ross lil dawn in‑nies. L‑ammont li qassmu kien għal ftit ġranet biss. Kif jgħid proverbju antik Ċiniż: “Agħti ħuta lil wieħed fqir u hekk tkun tajtu ikel għal ġurnata. Għallmu jistad u tkun tajtu sengħa li timlielu żaqqu għal ħajtu kollha”.

Għalhekk, ħassew il‑bżonn li jfasslu proġett li jippermetti lil dawn il‑famlji jkollhom ħajja aħjar u talbu lil Alla jnebbaħhom fuq kif

għandhom jagħmlu. Waqt li kienu jqassmu l‑ikel setghu jifhmu aħjar is‑sitwazzjoni reali. Ftit mid‑djar kellhom għalqa żgħira; jekk jgħallmuhom u jagħtuhom l‑għodda neċessarja, setgħu jkollhom aktar ħsad. Bdew immedjatament jaħdmu fuq dan. Bdew b’għoxrin persuna, li ġew magħżula minn dawk li kienu l‑aktar fil‑bżonn. Aktar ’il quddiem iċ‑ċirku kiber għal aktar nies minn żoni oħra u kellhom jorganizzaw ħames korsijiet ta’ tagħlim għal aktar minn erbgħin nukleu familjari. Din l‑attività saret opportunità biex bħala grupp jintegraw aktar mal‑uffiċċji lokali tal‑gvern u tad‑djoċesi. Il‑qassis inkarigat mit‑tribù Aeta issa beda jaħdem magħhom biex iwassal il‑korsijiet tat‑tagħlim lil dawn l‑Indiġeni wkoll. Naturalment kellhom bżonn ta’ fondi biex ikunu jistgħu jkomplu mexjin ’il quddiem. Ftit wara, grazzi għall‑għajnuna minn dak il‑grupp Taljan, minn barranin oħrajn u min‑nies lokali, wasslu biex ikollhom biżżejjed ħalli jwettqu dan il‑proġett. Dejjem kien ċar għalihom fejn iridu jaslu; li jibnu relazzjonijiet bejn in‑nies għax huma aħwa ta’ xulxin peress li aħna u huma wkoll, aħna wlied l‑istess Missier. Għalhekk mhux biżżejjed li timla l‑istonku ta’ min hu bil‑ġuħ, jew tagħtihom mezzi biex jgħixu bħalma jgħid il‑proverbju Ċiniż. Dawn riedu li jaslu biex joħolqu komunità ta’ nies li, bħal f’familja, kollox jinqasam bejniethom: bżonnijiet u beni, ferħ u diffikultajiet. Bħalma kienet fl‑ewwel komunità Nisranija f’Ġerusalemm, fejn “ma kien hemm ħadd fil‑bżonn”. Il‑mira hija li kull wieħed jista’ jikber fid‑diversi aspetti tal‑ħajja, billi jgħix kontinwament l‑imħabba reċiproka kif insibuha fil‑Vanġelu.

Dan il‑grupp mhux biss jieħu ħsieb in‑nies, imma wkoll l‑ambjent. Ix‑xogħol fil‑biedja għenhom jiskopru r‑rabta li teżisti bejn il‑bidwi u l‑art, u kemm din tista’, bħala omm, tipproduċi l‑ikel għalih. Joqogħdu attenti ħafna li kulma jkabbru jkun bijoloġiku. Hemm reċiproċità bejn dak li jiżra’ l‑bniedem u dak li tipproduċi l‑art. Ftiehmu flimkien ukoll fuq x’għandhom ikunu l‑objettivi ġenerali: jagħmlu minn kollox biex l‑ebda familja madwarhom ma tasal biex filgħaxija tmur torqod bi stonku vojt, jgħinu lin‑nies jerġgħu jsibu d‑dinjità tagħhom bħala wlied Alla, joħolqu kultura fejn bħalma wieħed jagħti hekk jirċievi wkoll, li jużaw għall‑massimu l‑potenzjal

uman tagħhom biex iwassal għal sostenibiltà finanzjarja, u impenn sħiħ lejn l‑ambjent u l‑ħolqien. Elenkaw ukoll objettivi speċifiċi: ikunu dejjem aġġornati fuq l‑aħħar teknika agrikola permezz ta’ formazzjoni u sostenn materjali, li jkunu persuni integri permezz ta’ formazzjoni adekwata, bħal teknoloġika, kulturali, umana, relazzjonali u spiritwali, u jagħmlu l‑esperjenza li huma parti mill‑istess familja. Kienet sorpriża meta proprju f’dawk il‑ġranet, Papa Franġisku tkellem fuq l‑ekonomija integrali u huma ħadu dan bħala l‑programm li kellhom isegwu: “Li naqsmu dak li għandna mal‑foqra jfisser li narrikkixxu lil xulxin. Nistgħu nkabbru ekonomija ta’ żvilupp integrali tal‑foqra u mhux dik ta’ dipendenza. Hemm bżonn li nagħmlu pass ’il quddiem biex insolvu l‑problemi li jisfurzawna biex nagħtu biss il‑karità. L‑opzjoni preferenzjali għall‑foqra, din l‑esiġenza etiko‑soċjali, li qabel kollox ġejja mill‑imħabba t’Alla (cf. LS 158), timbuttana biex naħsbu fuq u nfasslu ekonomija fejn il‑persuna, u qabel kollox il‑fqir ikun fiċ‑ċentru tagħha”. (Udjenza Ġenerali, 19 t’Awwissu 2020)

Fl‑1 t’Awwissu li għadda, nedew dan il‑proġett tal‑agrikultura fl‑inħawi ta’ Ġumarap, Banga, u Aklan, f’razzett li sidu xtaq jaqsam dak li kien jaf fuq Ma dan l‑ewwel grupp, ta’ dawk li kienu interessati, malajr ingħaqdu oħrajn. Ma kienx tant faċli torganizza dawn is‑sessjonijiet ta’ formazzjoni għaliex, minħabba l‑lockdown dawn il‑foqra ma kellhomx aċċess għall‑internet biex isegwu onlajn. Barra minn dan kollu rnexxielhom jorganizzaw diversi korsijiet fuq l‑agrikultura bijoloġika, ġardinaġġ ornamentali, tkabbir tal‑majjali u fuq il‑proċess tal‑frotta tal‑kakaw. Il‑grupp ħa ħsieb jipprovdi lil tletin familja għodda biex jaħdmu l‑art u apparat biex isaqqu. Qed jibdew sistema ta’ microcredit biex jgħinu oħrajn jibdew fuq skala żgħira.

Wieħed mill‑benefiċjari jgħid:

l‑agrikultura bijoloġika u t‑teknoloġija li tmur magħha. Ġew għal seminar ta’ ġurnata u bil‑ftit flus li kellhom setgħu jħallsu t‑trasport, l‑ikel ta’ nofsinhar u jħallsu għal xi għodda li kellhom jużaw fl‑għalqa. Hekk bdiet b’tant entużjażmu din l‑ewwel attività ta’ dawn il‑bdiewa.

“Għandi 29 sena. Ġejt mistieden għall‑kors ta’ formazzjoni fuq l‑agrikultura bijoloġika. Tgħallimt fuq kif nista’ naħdem l‑art biex ikolli aktar prodotti u ta’ kwalità aħjar. Kemm fraħt meta fl‑aħħar tax‑xahar qassmulna xi għodda u żrieragħ biex niżirgħuhom! Mort niġri d‑dar u żrajthom mill‑ewwel, u wara tliet xhur bdejt naħsad il‑frott

mill‑għalqa tiegħi. Wara erba’ snin żwieġ kienet telqitni l‑mara. Kelli naħdem ħafna, ġo razzett tat‑tiġieġ b’paga ta’ 2,000 Pesos (€32) fix‑xahar, imma kien impossibbli noħroġ mill‑faqar. Waqt dan il‑kors li ħadt sehem fih rajt is‑sinċerità ta’ dawk li kienu qed jorganizzawh, kif kienu qed jgħinu nies, foqra bħali. Sibt tama ġdida u kuraġġ biex naħdem aktar ħalli nkun nista’ ngħin aktar lill‑familja tiegħi u noħorġu minn dan il‑faqar. S’issa għadni ngħix ġo għarix żgħir mal‑ġenituri tiegħi, tliet ħuti bniet miżżewġin u ħafna neputijiet, u l‑għalqa żgħira li naħdem fiha mhix tiegħi. Nibża’ li ġurnata s‑sid ikollu bżonnha u jkeċċina ’l barra. Noħlom li jkolli biċċa art fejn nista’ nibni l‑futur tagħna. Kuljum nirringrazzja ’l Alla li tani din il‑familja spiritwali li qiegħda hawn maġenbi u li qed tgħinni nirrealizza din il‑ħolma”. 

AGĦMEL IT‑TMIEM TAL‑FAQAR PARTI MILL‑ISTORJA TAʼ ĦAJTEK.

RIEDA LI TAGĦTI

Wirt dejjiemi li jibdel il‑ħajjiet

Billi tiftakar f'Missio Malta fil‑wirt tiegħek, inti tista' tagħmel differenza għal dejjem fid‑dinja li l‑ġenerazzjoni li jmiss qed tikber fiha. Rigal mingħandek jista', ħafna snin oħra, jidher fit‑tbissim tat‑tfal f'pajjiżi tat‑Tielet Dinja li ser jibbenefikaw mill‑ħniena u l‑kompassjoni tiegħek. Il‑legati tiegħek li tħalli warajk dejjem ser iħallu tbissima ħajja fil‑qlub ta' nies oħra. Jien. Int. Aħna. Flimkien.

VO/1178

Nru. 7, Triq il‑Merkanti, il‑Belt Valletta VLT 1171. Tel: (+356) 2123 6962 | E‑Mail: info@missio.org.mt www.missio.org.mt

This article is from: