6 minute read

90 Sena ta’ Storja

MALTA MISSJUNARJA – Is‑6 PARTI

Inkomplu naqraw mill‑imgħoddi

Malta Missjunarja (1942‑1946): Fl‑artiklu tiegħu ‘Letteratura Missjunarja Maltija’ (Sena XIII, April 1945, nru 4, p.50), DAX [psewdonimu: Sciant] jgħid li ħafna huma x‑xogħlijiet sbieħ li nsibu ta’ letteratura missjunarja: għanjiet, poeżiji, innijiet, artikli, taħditiet u novelli. Iżda l‑aktar li nsibu huma dawk poetiċi kif naraw fl‑antoloġiji ta’ Dun Karm u Karmenu Vassallo. Skontu: “Il‑poeżija missjunarju hija forsi l‑aqwa mafkar missjunarju letterarju, flimkien m’oħrajn li jsebbħu ‘Il‑Għana’ ta’ Dun Karm.” Isemmi wkoll in‑‘Nirien’ ta’ Vassallo li fih insibu “tliet poeżiji tassew sbieħ fuq il‑missjoni”. Hemm imbagħad ukoll l‑‘Annali tal‑Propagazzjoni tal‑Fidi’ maħruġin mill‑pinna u l‑but tas‑Sur Fons. Galea (1861‑1940) li jiddeskrivih bħala ‘missjunarju f’artu’. Mill‑banda l‑oħra, ir‑rumanzi missjunarji ‘tgħoddhom fuq is‑swaba’ tal‑id il‑waħda’; tneħħi ‘Demm tal‑Martri’ (1941) tiegħu stess, DAX isemmi biss tnejn tas‑Sur Fons.: ‘L‑Għarusa Ġappuniża’ u ‘Il‑Martri ta’ Nagażaki’. DAX jagħlaq l‑artiklu tiegħu billi jgħid li: “Il‑letteratura tgħin, tqajjem u żżomm fil‑qalb u r‑ruħ tal‑qarrejja l‑ispirtu tal‑qari. Meta allura l‑qari jkun fuq il‑missjoni, l‑arti tal‑kitba ssir waħda missjunarja, biex min jintafa’ jaqra letteratura missjunarja, tkun fl‑istess ħin waħda fil‑veru sens tal‑kelma, u iktar ma tkun qawwija l‑arti tal‑kitba, iktar qawwi jkun l‑ispirtu li jinsilet minnha.” Fuq tema differenti, fl‑istess rivista, p.58, insibu artiklu ieħor ta’ ‘Sciant’: “In‑Nazzjonaliżmu u l‑Missjoni”.

Minn Ottubru tal‑1941 beda jidher f’kapitli fil‑MM l‑ewwel rumanz missjunarju ‘Demm il‑Martri’ (1940) tiegħu taħt l‑istess psewdonimu. Għalih din kienet l‑ewwel biċċa xogħol ftit twila li qatt kiteb. Dwar dan ir‑rumanz, fid‑Djarju tal‑Gwerra, is‑Seba’ Ktieb, il‑Ġimgħa 11 ta’ Frar 1944, p.9, l‑awtur niżżel li kien għadu kif temm il‑ktieb tiegħu billi kabbru fuq li kiteb u tebagħ fil‑MM u li issa ġie b’69 tebqa ta’ pitazz, u bi 17‑il kap barra l‑għeluq. Dun Ġwann Xiberras (1907‑83), bħala t‑tieni editur tar‑rivista u wieħed mill‑grupp ta’ seminaristi li fl‑1932 kienu ħadu ħsieb biex jibdew joħorġu MM, kien wiegħdu li se jistampah għalih, kif fil‑fatt ġara (Djarju tal‑Gwerra, il‑11‑il Sena, 29 ta’ Jannar, 1947, p.4).

Li ġejja hija lista sħiħa (u li tkompli fil‑ħarġa li jmiss) ta’ kitbiet ta’ ‘Sciant’ li dehru bejn l‑1942‑6 fil‑MM: żewġ poeżiji – ‘Fil‑Għodu’ (p.15), b’ħames strofi senarji u rima abċb, u ‘Tifkira tal‑Imgħoddi’ (p.16), bi strofa waħdanija ta’ sitt versi u rima abċbdd, kif ukoll ‘Injuranza Hienja’ jew ‘Bla Ħjieni’ (p.18), storja tradotta mill‑ktieb ‘The White Sisters’ li turi dehra kurjuża tat‑twemmin tal‑Afrikani konvertiti, u n‑novella ‘Qalb Nobbli’ (p.21) [Sena X, Frar 1942, nru 2]. Din in‑novella kienet reġgħet dehret sena wara (Sena XI, Lul.‑Aww., nri 7‑8, f’pp.28‑9); ‘Maħfra’,

Sena1 Xahar Għadd Paġna Kap Isem

1941 IX Ott‑Nov 10‑11 191‑2 I Ġod‑Dar ta’ Mongul Diċ 12 215 II Ħidmiet l‑Insara

1942 X Jan 1 11‑2 III Flimkien ma’ Libsa Sewda IV Fuq iż‑Żewġ Naħiet Frar 2 19‑20 V Rwan u Ibnu Kay Mar 3 35 VI Ġewwa l‑Masġar Apr 4 47‑8 VII Fil‑Għalqa tat‑Taqtigħa VIII Keran l‑Ilsir Mej 5 57‑8 IX Il‑Bandu ta’ Mongul Ġun‑Lul 6‑7 67‑8 X Ġol‑Masġar mal‑Briganti Aww‑Sett 8‑9 82‑4 XI Libsa Sewda XII Il‑Martirju ta’ Kay Ott 10 89‑91 XIII L‑Aħħar Ward Għeluq: Tmiem ir‑Rumanz Missjunarju

rakkont (Sena X, Mejju 1942, nru 5, pp.52 u 60); ‘L‑Ewwel Kelma’ (Sena 10, Aww.‑Sett. 1942, nri 8‑9, p.76), poeżija b’ħames strofi kwinarji u rima abċb; ‘Fil‑Għaxija’ (p.100), poeżija bi tliet strofi senarji u rima abċb, u ‘Rebħa’ (p.102), rakkont, datat 27.2.42 [Sena X, Nov.‑Diċ. 1942, nri 11‑12].

Fl‑1943 insibu n‑novella tiegħu ‘Bukkett Ward’ (Sena XI, Sett.‑Ott., nri 9‑10, p.35); ‘Milied Imdemmem!’ (Sena XI, Nov.‑Diċ. 1943,

Toninu Sciberras.

nri 11‑12, p.45) [Fid‑Djarju tal‑Gwerra2 (Ktieb nru 6, p.56, fid‑data tal‑11 ta’ Diċ.) DAX kiteb: “L‑Uffiċċju Missjunarju tfajt in‑novella ‘Milied Imdemmem’ li ktibt ilbieraħ”. Fl‑istess ġurnata nsibu mniżżel: “Qrajt lit‑tfal3 ‘Barka ta’ Missier’, dramm ċkejken tiegħi, sunett ta’ S. Luċija4 u novella ‘Il‑Miġnun ta’ S. Marija’.]; ‘Lill‑Papa Piju XII’ (Sena XI, Nov.‑Diċ. 1943, nri 11‑12, p.47), sunett Petrarkan b’tifkira tal‑ħames sena fil‑gwerra (Piju XII, maħtur Papa f’Marzu tal‑1939, xtaq is‑sliem fid‑dinja; f’Settembru tal‑istess sena qamet il‑gwerra.)

1 Il‑perjodiku mensili ‘Malta Missjujarja’ beda joħroġ f’Settembru 1932. 2 Dwar id‑Djarju tal‑Gwerra ara ktieb ta’ Paul Catania. 3 Ix‑Xirka tal‑Malti għat‑Tfal (Fergħa Naxxar), li kienet l‑ewwel waħda wara dik tal‑Gżira, twaqqfet fl‑24 ta’

Settembru 1943, b’Dun Anton Xiberras bħala l‑fundatur. Sena wara li ġie ordnat qassis fl‑1948 DAX intbagħat

San Ġiljan biex iwettaq il‑ħidma saċerdotali tiegħu u kellha tieqaf. 4 Il‑festa f’ġieħ din il‑qaddisa għadha tiġi ċċelebrata sal‑ġurnata tal‑lum fil‑kappella ddedikata lilha li tinsab fi triq li ġġib isimha.

Websajt Missio

•Informazzjoni dwar il‑missjoni u l‑missjunarji •Proġetti li twettqu u qed jitwettqu •Animazzjoni missjunarja •Attivitajiet •Rivisti tal‑passat •MissioTfal ‑ stejjer, attivitajiet, kompetizzjonijiet, rivisti tal‑passat

Jien. Int. . Aħna. Flimkien. Jien. Int Aħna.Flimkien.

(VO/1178 POWERED BY ) www.missio.org.mt www.adoptgrandparent.org Adopt a Grandparent. Jekk inti interessat tipparteċipa, ċempel fuq 2122 2001. ħarġu b’inizjattiva li tagħtik il‑possibilità li ssib qalb ta’ ħbiberija permezz tal‑proġett

Tweġġa’ meta tħossok waħdek... iżda Missio, flimkien ma’ Newsbook.com.mt

MALTA

POWERED BY Combat Loneliness KALENDARJU

2022 Adopt a Grandparent

NEWSPAPER POST

Jannar 2022

Neħtieġu ħafna t‑talb tal‑qaddisin, ħalli dak li ma nistgħux niksbu bil‑ħila tagħna, jingħatalna bit‑talb tagħhom. San Bernard.

Rigali b’differenza €7 - Tiġieġa tista' toffri lil familja fil-bżonn sors ta' dħul.

www.missio.org.mt IL-ĦADD IT-TNEJN 30 31 IT-TLIETA L-ERBGĦA IL-ĦAMIS IL-ĠIMGĦA 1 IS-SIBT Omm Alla (Jum il‑Paċi)

KALENDARJU 2022

Jien. Int. Aħna. Flimkien.

(VO/1178)

Jinsab għall‑bejgħ mill‑ħanut Faith, Hope & Charity tal‑Belt Valletta għall‑prezz ta’ €2. Inħeġġukom tmexxu l‑kelma. Ordnijiet ta’ 20 kopja jew aktar jitwasslu b’xejn.

Jien. Int. Aħna. Flimkien. (VO/1178)

follow us missiomalta

Ir‑raba’ Ħadd ta’ matul is‑sena S. Ġwann Bosco L‑isem qaddis ta’ Ġesù S. Anġela ta’ Foligno L-Epifanija tal-Mulej Nitolbu sabiex dawk kollha li jsofru diskriminazzjoni u persekuzzjoni reliġjuża jsibu fis‑soċjetà, li fiha jgħixu, l‑għarfien tad‑drittijiet proprji tagħhom u tad‑dinjità li titnissel meta nkunu lkoll aħwa.

S. Ġwann Neumann S.Andrè Bessitte S. Luċjan S. Girgor ta’ Nyssa Il‑Magħmudija tal‑Mulej

S. Iġino Papa S. Anton Maria Pucci S. Ilarju ta’ Poiters Isqof S. Feliċ ta’ Nola S. Pawl Eremita It‑tieni Ħadd ta’ matul is‑sena S. Anton Abbati

Bidu ta’ Ġimgħa ta’ Talb għall‑Għaqda tal‑Knejjes Insara S. Marju u sħabu S. Sebastjan S. Anjeże S. Publiju

S. Anġela Meriċi It‑tielet Ħadd ta’ matul is‑sena S. Franġisk de Sales Il‑Konverżjoni ta’ Missierna S. Pawl S. Timotju u S. Titu Isqfijiet

Jum is‑Santa Infanzja f’Malta u Għawdex S. Sulpizju ta’ Bourges

S. Tumas t’Aquino

2 9 16 23 3 10 17 24 4 11 18 25 S. Raymond ta’ Penjafort 5 6 7 8 12 13 14 15 19 20 21 22 26 27 28 29www.missio.org.mt IL-ĦADD IT-TNEJN IT-TLIETA L-ERBGĦA IL-ĦAMIS jista' jkollha aċċess għal ilma nadif sabiex issajjar, tixrob u għat-tisqija tal-prodotti s-sena kollha. Rigali b’differenza €2,000 - Permezz ta' spiera komunità sħiħa IL-ĠIMGĦA IS-SIBT Kompassjoni: kelma li tfisser ħafna; taqsam l‑istess passjoni, l‑istess tbatija, l‑istess agunija. Nilqa’ f’qalbi l‑miżerja li hemm f’qalbek, insir ħuk u inti ħija. Jean Vanier.

Lulju 2022

31

It‑tmintax‑il Ħadd ta’ matul is‑sena 1 2 L‑erbatax‑il Ħadd ta’ matul is‑sena 3 4 5 6 7 8 B. Nazju Falzon 9 S. Oliver Plunkett Il‑ħmistax‑il Ħadd ta’ matul is‑sena 10 S. Eliżabetta tal‑Potugall 11 S. Anton Marija Zaccaria 12 13 S. Marija Goretti Beatu Emanwel Riuz u sħabu 14 S. Girgor Grassi u sħabu 15 S. Wistin Zhao Rong u sħabu 16 Is‑sittax‑il Ħadd ta’ matul is‑sena Is‑sbatax‑il Ħadd ta’ matul is‑senaJum in‑Nanniet 17 24 S. Benedittu S. Kamillu de Lellis Saċerdot S. Ġakbu Appostlu 18 25 S. Louis u S. Zelie Martri (Ġenituri ta’ S. Tereżina) S. Enriku Imperatur S. Maria Mackillop S. Apollinarus 19 20 26 27 S. Kamillu de Lellis Saċerdot S. Bonaventura Isqof S. Lawrenz ta’ Brindisi Saċerdot S. Marija Maddalena 21 22 28 29 Il‑Madonna tal‑Karmnu S. Briġida tal‑Iżvezja Reliġjuża 23 30 S. Anna u S. Ġwakkin

Jien. Int. Aħna. Flimkien.(VO/1178)

follow us

Beatu Antonjo Lucci Beatu Stanley Rother

This article is from: