3 minute read

Editorjal

Next Article
Santa Infanzja

Santa Infanzja

Jien. Int. Aħna. Flimkien.

VO/1178

Missio ‑ [Uffiċċju Missjunarju], 7, Triq il‑Merkanti, il‑Belt Valletta VLT 1171. Ħinijiet: mit‑Tnejn sal‑Ġimgħa: 9.00am ‑ 1.00pm Donazzjonijiet jistgħu jitħallew fil‑ħanut Faith Hope & Charity mit‑Tnejn sal‑Ġimgħa: 1.00pm ‑ 7.00pm / Is‑Sibt: 9.00am ‑ 1.00pm Missio: Nru. 150, Triq Lorenzo Gafà, il‑Mosta MST 4128. Ħinijiet: mit‑Tnejn sal‑Ġimgħa: 8.00am ‑ 4.00pm

Tel: 2123 6962 • Fax: 21231272 Imejl: info@missio.org.mt • Websajt: www.missio.org.mt

Uffiċċju Missjunarju, 7, Triq l‑Imgħallem, ir‑Rabat, Għawdex VCT 9066. Tel: 2155 0267 • Imejl: gozo@missio.org.mt Ħinijiet: mit‑Tnejn sal‑Ġimgħa: 8.30am ‑ 12.00pm BORD EDITORJALI Editur: Claudia Cini (claudia@missio.org.mt) Membri:Mons. Valent Borg Dun Victor Agius, Mario Scicluna, Dun Karm Portelli, Kav. Emmanuel Cutajar KCHS, Robert Farrugia Websajt u Facebook: missiomalta Qari tal‑Provi: John Caruana Grafika: James Trapani (gakbu@gakbu.com) Malta Missjunarja hija Rivista Missjunarja ta’ kull xahar. L‑ewwel ħarġa: Settembru 1932 bl‑isem ta’ Malta Missjunarja. Jannar 1978: bidla fl‑isem għal Knisja Missjunarja. Frar 2003: mill‑ġdid Malta Missjunarja. Abbonament għal sena €10.00

F’din il‑ħarġa:

2 Editorjal 4 Messaġġ mid‑Direttur 6 Unjoni Missjunarja 8 Propagazzjoni tal‑Fidi 12 San Pietru Appostlu 16 Santa Infanzja 22 Qaddis tax‑Xahar 24 90 Sena ta’ Storja 28 Dehriet tal‑Madonna 32 Mill‑Passat tal‑YTC 35 Ġurnata Missjunarja 2021 36 Riċetta Tradizzjonali 38 Kompetizzjoni u Ċajt 39 Nitolbu għall‑Mejtin Tagħna Ritratt tal‑faċċata:

Ix‑Xbieha Mirakoluża tal‑Madonna tad‑Dmugħ.

Il‑Madonna tad‑Dmugħ

Il-koppja bix-xbieha tal-Madonna.

Xbieha tal‑Madonna ngħatat bħala rigal tat‑tieġ lill‑koppja minn Sirakuża li żżewġet fil‑21 ta’ Marzu 1953. Il‑koppja, Angelo u Antonina Iannuso, għalkemm ammettew li ma kinux nies reliġjużi, dendlu x‑xbieha fuq is‑sodda tagħhom. Antonina ma damitx ma ħarġet tqila, iżda t‑tqala tagħha kienet diffiċli għaliex Antonina bdiet tbati minn konvulżjonijiet kawżati minn kundizzjoni jgħidulha ‘texomia’ u kienet ukoll kultant titlef id‑dawl t’għajnejha. Fid‑29 t’Awwissu 1953, 68 sena ilu, meta Antonina kienet taħt wieħed minn dawn l‑attakki, stenbħet u bdiet tara sewwa.

“Jiena ftaħt għajnejja,” tgħid Antonina, “u ħarist lejn dik ix‑xbieha tal‑Madonna u rajtha tibki. Jiena stagħġibt ħafna u sejjaħt malajr lil oħt ir‑raġel, Grace u liz‑zija Antonina Sgarlata, u għedtilhom x’rajt. Għall‑ewwel ħasbu li kienu xi alluċinazzjonijiet ikkawżati mill‑marda tiegħi, imma mbagħad huma resqu aktar viċin tax‑xbieha u raw li tassew id‑dmugħ kien ħiereġ minn għajnejn

il‑Madonna. Xi dmugħ niżel ukoll minn fuq ħaddejha għal fuq it‑testiera tas‑sodda. Mimlijin biża’, qbadna x‑xbieha u ħadnieha ħdejn il‑bieb ta’ barra biex nuruha lill‑ġirien,” temmet tgħid Antonina.

Ix‑xbieha reġgħet tpoġġiet f’postha u ħafna kienu dawk li raw id‑dmugħ ħiereġ minn għajnejn il‑Madonna, u emmnu. Oħrajn fiequ minn mard li kellhom. Xi ftit dmugħ inġabar u eżaminat xjentifikament. Ix‑xjentisti, wara li d‑dmugħ ġie mqabbel mad‑dmugħ uman, iddikjaraw li l‑likwidu miġbur kien dmugħ ta’ bniedem. “L‑apparenza, l‑alkalinità u l‑kompożizzjoni jagħtu wieħed x’jifhem li huma l‑istess bħal dmugħ ta’ bniedem,” ikkonkludew ix‑xjentisti. Id‑dmugħ baqa’ ħiereġ għall‑erbat ijiem sħaħ u waqaf fil‑11:40am tar‑raba’ jum. Il‑qima kbira murija mill‑Insara lejn din ix‑xbieha kienet approvata minn tliet Papiet wara li tribunal ekkleżjastiku mwaqqaf apposta, eżamina bir‑reqqa l‑miraklu u ċċertifika li dak li ħareġ minn għajnejn il‑Madonna kien dmugħ ta’ bniedem. Jgħidu li qatt ma ġie eżaminat fenomenu sopranaturali daqshekk bir‑reqqa u lanqas hemm ieħor li ġie approvat daqshekk malajr.

Fis‑17 ta’ Ottubru 1954, Papa Piju XII waqt xandira fuq ir‑radju qal: “Aħna naċċettaw id‑dikjarazzjoni unanima tal‑Konferenza Episkopali li saret fi Sqalija dwar ir‑realtà tal‑ġrajja. Jalla l‑bniedem jifhem xi jfisser dak id‑dmugħ.” L‑istorja ta’ dan il‑fenomenu bdiet bl‑iskultur Amilcare Santini, li għamel dik ix‑xbieha fi tlett ijiem skont l‑ispirazzjoni artistika tiegħu. Ix‑xbieha hija magħmula mill‑ġibs. Illum il‑qima lejn din ix‑xbieha tingħata f’Santwarju mibni apposta f’Sirakuża: is‑Santwarju tal‑Madonna tad‑Dmugħ (Weeping Madonna of Syracuse/Our Lady of Tears of Syracuse).

Is-Santwarju tal-Madonna tad-Dmugħ kien miftuħ nhar is-6 ta' Novembru 1994 minn Papa Ġwanni Pawlu II.

Storja mibgħuta minn Salvinu Lombardi. 

Biex infiq għandi bżonn id‑demm. Int tista’ tgħinni?

This article is from: