Skip to main content

Malta Missjunarja Settembru 2021

Page 1

MISSJUNA TA

24 ta' Ottubru 2021

A RJ

MA L

NEWSPAPER POST SETTEMBRU 2021 SENA 90

Ġurnata Missjunarja

2022 SEN A

MI

SS

TAʼ SE

JO N

I

1932 R V IZ Z G Ħ A L L-

02 Il‑Madonna Tad‑Dmugħ  12 Rikostruzzjoni Ta’ Żewġt Idjar Oħra 16 Aktar Operazzjonijiet Tal‑Għajnejn  36 Frittata Moħmija għal donazzjoni www.missio.org.mt

|

2123 6962

|

7 Triq il‑Merkanti, Valletta

|

7 Triq l‑Imgħallem, Ir‑Rabat Għawdex


EDITORJAL – CLAUDIA CINI

Settembru 2021

Jien. Int. Aħna. Flimkien.

Il‑Madonna tad‑Dmugħ

VO/1178

Missio ‑ [Uffiċċju Missjunarju], 7, Triq il‑Merkanti, il‑Belt Valletta VLT 1171. Ħinijiet: mit‑Tnejn sal‑Ġimgħa: 9.00am ‑ 1.00pm Donazzjonijiet jistgħu jitħallew fil‑ħanut Faith Hope & Charity mit‑Tnejn sal‑Ġimgħa: 1.00pm ‑ 7.00pm / Is‑Sibt: 9.00am ‑ 1.00pm Missio: Nru. 150, Triq Lorenzo Gafà, il‑Mosta MST 4128. Ħinijiet: mit‑Tnejn sal‑Ġimgħa: 8.00am ‑ 4.00pm Tel: 2123 6962 • Fax: 21231272 Imejl: info@missio.org.mt • Websajt: www.missio.org.mt Uffiċċju Missjunarju, 7, Triq l‑Imgħallem, ir‑Rabat, Għawdex VCT 9066. Tel: 2155 0267 • Imejl: gozo@missio.org.mt Ħinijiet: mit‑Tnejn sal‑Ġimgħa: 8.30am ‑ 12.00pm BORD EDITORJALI Editur: Claudia Cini (claudia@missio.org.mt) Membri:Mons. Valent Borg Dun Victor Agius, Mario Scicluna, Dun Karm Portelli, Kav. Emmanuel Cutajar KCHS, Robert Farrugia Websajt u Facebook:

missiomalta

Qari tal‑Provi: John Caruana Grafika: James Trapani (gakbu@gakbu.com) Malta Missjunarja hija Rivista Missjunarja ta’ kull xahar. L‑ewwel ħarġa: Settembru 1932 bl‑isem ta’ Malta Missjunarja. Jannar 1978: bidla fl‑isem għal Knisja Missjunarja. Frar 2003: mill‑ġdid Malta Missjunarja. Abbonament għal sena €10.00

F’din il‑ħarġa: 2 Editorjal 4 Messaġġ mid‑Direttur 6 Unjoni Missjunarja 8 Propagazzjoni tal‑Fidi 12 San Pietru Appostlu 16 Santa Infanzja 22 Qaddis tax‑Xahar 24 90 Sena ta’ Storja 28 Dehriet tal‑Madonna 32 Mill‑Passat tal‑YTC 35 Ġurnata Missjunarja 2021 36 Riċetta Tradizzjonali 38 Kompetizzjoni u Ċajt 39 Nitolbu għall‑Mejtin Tagħna Ritratt tal‑faċċata: Ix-Xbieha Mirakoluża tal-Madonna tad-Dmugħ. 2

X

Il-koppja bix-xbieha tal-Madonna.

bieha tal‑Madonna ngħatat bħala rigal tat‑tieġ lill‑koppja minn Sirakuża li żżewġet fil‑21 ta’ Marzu 1953. Il‑koppja, Angelo u Antonina Iannuso, għalkemm ammettew li ma kinux nies reliġjużi, dendlu x‑xbieha fuq is‑sodda tagħhom. Antonina ma damitx ma ħarġet tqila, iżda t‑tqala tagħha kienet diffiċli għaliex Antonina bdiet tbati minn konvulżjonijiet kawżati minn kundizzjoni jgħidulha ‘texomia’ u kienet ukoll kultant titlef id‑dawl t’għajnejha. Fid‑29 t’Awwissu 1953, 68 sena ilu, meta Antonina kienet taħt wieħed minn dawn l‑attakki, stenbħet u bdiet tara sewwa. “Jiena ftaħt għajnejja,” tgħid Antonina, “u ħarist lejn dik ix‑xbieha tal‑Madonna u rajtha tibki. Jiena stagħġibt ħafna u sejjaħt malajr lil oħt ir‑raġel, Grace u liz‑zija Antonina Sgarlata, u għedtilhom x’rajt. Għall‑ewwel ħasbu li kienu xi alluċinazzjonijiet ikkawżati mill‑marda tiegħi, imma mbagħad huma resqu aktar viċin tax‑xbieha u raw li tassew id‑dmugħ kien ħiereġ minn għajnejn


Settembru 2021 24 ta' Ottubru 2021 ‑ Ġurnata Missjunarja

il‑Madonna. Xi dmugħ niżel ukoll minn fuq ħaddejha għal fuq it‑testiera tas‑sodda. Mimlijin biża’, qbadna x‑xbieha u ħadnieha ħdejn il‑bieb ta’ barra biex nuruha lill‑ġirien,” temmet tgħid Antonina. Ix‑xbieha reġgħet tpoġġiet f ’postha u ħafna kienu dawk li raw id‑dmugħ ħiereġ minn għajnejn il‑Madonna, u emmnu. Oħrajn fiequ minn mard li kellhom. Xi ftit dmugħ inġabar u eżaminat xjentifikament. Ix‑xjentisti, wara li d‑dmugħ ġie mqabbel mad‑dmugħ uman, iddikjaraw li l‑likwidu miġbur kien dmugħ ta’ bniedem. “L‑apparenza, l‑alkalinità u l‑kompożizzjoni jagħtu wieħed x’jifhem li huma l‑istess bħal dmugħ ta’ bniedem,” ikkonkludew ix‑xjentisti. Id‑dmugħ baqa’ ħiereġ għall‑erbat ijiem sħaħ u waqaf fil‑11:40am tar‑raba’ jum. Il‑qima kbira murija mill‑Insara lejn din ix‑xbieha kienet approvata minn tliet Papiet wara

Is-Santwarju tal-Madonna tad-Dmugħ kien miftuħ nhar is-6 ta' Novembru 1994 minn Papa Ġwanni Pawlu II.

li tribunal ekkleżjastiku mwaqqaf apposta, eżamina bir‑reqqa l‑miraklu u ċċertifika li dak li ħareġ minn għajnejn il‑Madonna kien dmugħ ta’ bniedem. Jgħidu li qatt ma ġie eżaminat fenomenu sopranaturali daqshekk bir‑reqqa u lanqas hemm ieħor li ġie approvat daqshekk malajr. Fis‑17 ta’ Ottubru 1954, Papa Piju XII waqt xandira fuq ir‑radju qal: “Aħna naċċettaw id‑dikjarazzjoni unanima tal‑Konferenza Episkopali li saret fi Sqalija dwar ir‑realtà tal‑ġrajja.

Jalla l‑bniedem jifhem xi jfisser dak id‑dmugħ.” L‑istorja ta’ dan il‑fenomenu bdiet bl‑iskultur Amilcare Santini, li għamel dik ix‑xbieha fi tlett ijiem skont l‑ispirazzjoni artistika tiegħu. Ix‑xbieha hija magħmula mill‑ġibs. Illum il‑qima lejn din ix‑xbieha tingħata f ’Santwarju mibni apposta f ’Sirakuża: is‑Santwarju tal‑Madonna tad‑Dmugħ (Weeping Madonna of Syracuse/Our Lady of Tears of Syracuse). Storja mibgħuta minn Salvinu Lombardi. 

Biex infiq għandi bżonn id‑demm.

Int tista’ tgħinni? Grazzi mill‑qalb! 3


Settembru 2021

MESSAĠĠ MID‑DIRETTUR – MONS. VALENT BORG

Il‑Fidi Missjunarja

bix‑xandir tal‑kelma u kemm bix‑xhieda ta’ ħajjithom. Il‑fidi tal‑appostli kienet fidi missjunarja, fis‑sens li għenithom joħorġu minnhom infushom, u jmorru fil‑pjazez u fl‑ibliet li qatt ma ħolmu li jmorru.

Ġ

It-Tlugħ ta' Kristu fis-Sema' (1304-1306) ta' Giotto.

esù, qabel tela’ s‑sema, amar lill‑appostli: “Morru fid‑dinja kollha xandru l‑bxara t‑tajba lill‑ħolqien kollu.” (Mk. 16:15) Ġesù, bil‑misteru tal‑Għid, wettaq il‑pjan tas‑salvazzjoni mħejji mill‑Missier qabel kull żmien. Dan il‑pjan ma kienx biss għall‑poplu magħzul, iżda għall‑bnedmin kollha ta’ kull post, żmien, kultura u lsien. Ġesù, li miet, irxoxta u tela’ fuq in‑naħa tal‑lemin tal‑Missier, sar is‑Salvatur waħdieni tal‑bnedmin kollha. San Pietru b’kuraġġ kbir stqarr dan quddiem is‑saċerdoti kbar, ix‑xjuħ u l‑kapijiet tal‑poplu: “F’ħadd 4

ħliefu m’ hemm salvazzjoni għax imkien taħt is‑sema m’ hemm isem ieħor mogħti lill‑bnedmnin li bih aħna għandna nkunu salvi.” (Atti 4:12) L‑appostli mill‑ewwel fehmu li d‑don tal‑fidi li l‑Mulej tahom, ma kienx għalihom infushom biss, biex jieħdu gost waħedhom u daqshekk. Il‑Mulej tahom dan id‑don biex jaqsmuh u jxerrduh ma’ kulħadd. L‑istess ktieb tal‑Atti tal‑Appostli jgħidilna li: “Il‑kelma t’Alla kienet tinxtered dejjem aktar; l‑għadd tad‑dixxipli kien jiżdied ħafna.” (6:7) L‑appostli kienu jagħmlu dan kemm

Illum, nistgħu nxebbhu l‑fidi tagħna ma’ dik tal‑appostli, jiġifieri, hija fidi missjunarja? Dan ma jfissirx li wieħed irid iħalli lil artu u jmur f ’pajjiż imbiegħed biex ixandar lil Kristu. Fidi missjunarja tfisser li wieħed irid jitgħallem kuljum imut għalih innifsu biex joħrog mill‑fosdqa tiegħu ħalli jkun ta’ servizz lejn l‑oħrajn. L‑Ispirtu s‑Santu jaf jinqeda b’din ix‑xhieda biex jiġbed aktar bnedmin lejn il‑Mulej Ġesù. Aħjar wieħed ma jgħidx li hu Nisrani milli jistqarr u jiftaħar li hu Nisrani bla ma jkun. Wieħed ikun strument tajjeb f ’idejn il‑Mulej daqskemm il‑kelma tiegħu


Settembru 2021

B’SMS B’SMS ta’ €2.33 qed titma’ ta’ tkun 2.33 tkun qed 7 t’itfal7t għal ġurnata. titma’ itfal għal ġurnata.

Nagħmlu kuraġġ. Minkejja li aħna lkoll dgħajfa, Alla huwa magħna biex iqawwina u jgħinna ħalli permezz tagħna jirbaħ lill‑bnedmin kollha. “U ara, jiena magħkom dejjem sal‑aħħar taż‑żmien.” (Mt. 28:20) 

B’SMS ta’ €6.99 tkuntkun qed qed B’SMS ta’ 6.99 tixtri tixtri l‑kotba għal tifel jewtifel tifla jew l‑kotba għal għal tiflasena għalskolastika. sena skolastika.

‘Evangelii Nuntiandi’ jgħallimna li: “Il‑bniedem modern jisma’ iżjed bil‑qalb lix‑xhieda milli lill‑għalliema, u jekk jisma’ lill‑għalliema, dan jagħmluh għaliex huma xhieda.” (Nru. 41)

sms fuq 50617374 – 2.33 | sms fuq 50618820 – 6.99

tkun imsaħħa bix‑xhieda ta’ ħajtu. San Pietru jgħallimna li: “Alla jiqfilhom lill‑kburin, imma lill‑umli jagħtihom il‑grazzja.” (1Pt. 5:5) Spiss nistaqsi lili nnifsi: “Għaliex minkejja tant laqgħat, irtiri, festi, eċċ..., il‑fidi tagħna tidher flok tikber qiegħda tnin? Mill‑mod kif nitkellem fuq l‑oħrajn, mill‑mod kif inġib ruħi mal‑oħrajn, speċjalment fil‑familja, fuq ix‑xogħol u kull fejn inkun, qiegħed inġib ruħi b’mod li min jarani jistaqsi għaliex qiegħed inġib ruħi b’mod għal kollox differenti minn dak li hu ħabib tad‑dinja?” Darba wieħed staqsieni x’għandu jgħid lil sħabu li tilfu l‑fidi biex jikkonvinċihom jerġgħu lura. Jiena weġibtu: “Xejn. Tgħidilhom xejn, imma fl‑istess waqt ġib ruħek ta’ Nisrani tassew.” Il‑bnedmin tal‑lum xebgħu jisimgħu; iridu jaraw biex jemmnu. Papa Pawlu VI fl‑eżortazzjoni appostolika

DONAZZJONIJIET B’RISQ IL‑MISSJONI

24 ta' Ottubru 2021 ‑ Ġurnata Missjunarja

Jien. Int. Aħna. Flimkien. (VO/1178)

Int tista’ tagħti daqqa t’id. Missio għandu bżonn il‑voluntiera. Jekk int interessat, ċempel

21236962 5


UNJONI MISSJUNARJA ‑ DUN CHARLES BUTTIGIEG

Settembru 2021

Intenzjoni Missjunarja: Settembru 2021 Intenzjoni Universali – Ħajja Ambjentalment Sostenibbli

“Nitolbu sabiex ilkoll kemm aħna nagħmlu għażliet kuraġġużi għall‑ħajja sempliċi u ambjentalment sostenibbli, u nifirħu għaż‑żgħażagħ tagħna li huma determinati li jagħmlu dan.” 6

L

‑Enċiklika ta’ Papa Franġisku ‘Laudato sì mì Signore’, tistedinna biex inħarsu lejn l‑opra tal‑ħolqien bħala oħtna u lejn Alla l‑Ħallieq bħala Missierna lkoll. Fil‑bidu l‑enċiklika fin‑numru 10 tpoġġi lil San Franġisk bħala l‑qaddis mudell ta’ dan it‑tagħlim tagħha; il‑qaddis t’Assisi li kien jgħin lill‑foqra u jħobb in‑natura. Għalhekk, l‑enċiklika mhix nieqsa mill‑messaġġ ta’ tama: “Aħna l‑bnedmin għad għandna fina dik il‑ħila li nikkollaboraw biex nibnu d‑dar komuni tagħna”, kif

naqraw fin‑numru 13. U għalhekk il‑Knisja qed tistieden lill‑bnedmin kollha sabiex iħarsu u jibżgħu għall‑ambjent ta’ madwarhom, kif turina fin‑numru 8 sabiex nagħrfu d‑dnubiet kontra l‑ħolqien. Din hija l‑preokkupazzjoni tal‑Papa kif naraw fin‑numru 19: “Qed tinħass sensibbiltà li qed tiżdied dwar l‑ambjent u l‑kura tan‑natura, u qed timmatura preokkupazzjoni sinċiera u doloruża għal dak li qed jiġri lill‑pjaneta tagħna”. Hekk sostna l‑Patrijarka ta’ Kostantinopli tal‑Knisja Ortodossa


Settembru 2021 24 ta' Ottubru 2021 ‑ Ġurnata Missjunarja

Bartilmew I: “Li l‑bnedmin jeqirdu d‑diversità bijoloġika, li l‑bnedmin jikkompromettu l‑integrità tal‑art u jġibu l‑bidla, li l‑bnedmin iniġġsu l‑ilmijiet, il‑ħamrija u l‑arja; dawn kollha huma dnubiet.” Rigward dan Papa San Ġwanni Pawlu II kien jitkellem mill‑konverżjoni globali tal‑ekologija. Fil‑fatt, fl‑1 ta’ Jannar tal‑1990 f ’Jum il‑Paċi, kien tkellem dwar dan is‑suġġett tal‑paċi m’Alla l‑Ħallieq, u paċi mal‑ħolqien kollu: “The gradual depletion of the ozone layer and the related greenhouse effect has now reached crisis proportion”. Tajjeb li ngħidu wkoll li delegazzjoni

tal‑Vatikan kienet ħadet sehem fil‑konferenza dwar l‑ambjent li kienet saret f ’Stokkolma fl‑1972. Kif ukoll is‑suġġett tal‑Ittra Pastorali tal‑Isqfijiet Maltin fl‑okkażjoni tal‑Festa ta’ Santa Marija 2002 tkellmet dwar id‑dmir tal‑ħarsien tal‑ħolqien u tal‑ambjent: “Id‑dinja li qed ngħixu fiha, illum iżjed mill‑bieraħ, din l‑imħabba tagħna lejn Alla u lejn il‑proxxmu rridu nuruha wkoll fil‑mod ta’ kemm u kif aħna napprezzaw u nieħdu ħsieb il‑ħolqien.” L‑istess fis‑sena 2009 l‑isqfijiet Irlandiżi kitbu ittra pastorali dwar il‑bidla fil‑klima, u talbu ghall‑konverżjoni tal‑qalb u l‑attitudni tal‑bniedem quddiem il‑ħolqien.

Mela huwa l‑impenn tagħna lkoll kemm aħna biex insalvaw id‑dinja għall‑gid tagħna u ta’ wliedna. Il‑mod ta’ kif ngħixu għandu jħares dejjem u jirrispetta lill‑ambjent ta’ madwarna. Ma nistgħux naħlu, inkissru u nisfruttaw l‑ambjent. Nitolbu biex il‑ġenerazzjoni tagħna u dik futura jkomplu jilqgħu l‑appell tal‑Knisja biex nieħdu ħsieb l‑ambjent ħalli jkollna dejjem dinja aħjar fejn ngħixu, kemm għalina u kemm għal uliedna. Fl‑aħħar u mhux l‑inqas, inkomplu nitolbu, nieħdu ħsieb saħħitna u nitolbu lil Ġesù, Marija u Ġużeppi jeħilsuna minn din il‑pandemija. 

BAŻAR

92, TRIQ ĦAL QORMI, ĦAMRUN Ikun miftuħ mit‑Tnejn sas‑Sibt mid‑9am sas‑1pm 7


Settembru 2021

PROPAGAZZJONI TAL‑FIDI – DUN VICTOR AGIUS

Agrikultura Ekoloġika Integrali

F

il‑bidu tal‑pandemija tal‑COVID‑19, il‑Gżejjer Filippini daħlu mill‑ewwel f ’lockdown għal xahar. Ir‑raġunament ta’ kulħadd kien: “Jekk nibqgħu magħluqin id‑dar, forsi ma mmutux bil‑vajrus, imma mmutu żgur, bil‑ġuħ.” Fl‑1987 kien ġie ffurmat grupp ta’ Nsara impenjati, biex jgħinu lill‑foqra ta’ madwarhom. Huma jgħixu f ’Aklan, fuq il‑gżira ta’ Panay, fiċ‑Ċentru‑Punent tal‑Filippini. Dan il‑grupp jaħdem id f ’id m’organizzazzjonijiet oħra ekkleżjastiċi u entitajiet 8

lokali governattivi biex jgħinu lil dawk fil‑bżonn, u aktar lill‑gruppi Indiġeni li baqgħu bla art x’jaħdmu minħabba l‑industrijalizzazzjoni li żviluppat. Ħassew li ma setgħux jagħlqu għajnejhom quddiem il‑problema tal‑pandemija u s‑sitwazzjoni ta’ tbatija li n‑nies tagħhom kienu għaddejjin minnhom. It‑talb tagħhom instema’ u Alla pprovdilhom grupp ta’ nies mill‑Italja li bagħtulhom provvisti ta’ ikel għal 108 familja fi tmien lokalitajiet li kienu fil‑bżonn. L‑ittri ta’ ringrazzjament li bagħtu t‑tfal ta’ dawn il‑familji kienu

mill‑isbaħ u jqabbżulek id‑dmugħ minn għajnejk meta taqrahom. Mill‑ewwel fehmu li ma kinux se jkunu kapaċi jibqgħu jagħtu r‑ross lil dawn in‑nies. L‑ammont li qassmu kien għal ftit ġranet biss. Kif jgħid proverbju antik Ċiniż: “Agħti ħuta lil wieħed fqir u hekk tkun tajtu ikel għal ġurnata. Għallmu jistad u tkun tajtu sengħa li timlielu żaqqu għal ħajtu kollha”. Għalhekk, ħassew il‑bżonn li jfasslu proġett li jippermetti lil dawn il‑famlji jkollhom ħajja aħjar u talbu lil Alla jnebbaħhom fuq kif


Settembru 2021 24 ta' Ottubru 2021 ‑ Ġurnata Missjunarja

għandhom jagħmlu. Waqt li kienu jqassmu l‑ikel setghu jifhmu aħjar is‑sitwazzjoni reali. Ftit mid‑djar kellhom għalqa żgħira; jekk jgħallmuhom u jagħtuhom l‑għodda neċessarja, setgħu jkollhom aktar ħsad. Bdew immedjatament jaħdmu fuq dan. Bdew b’għoxrin persuna, li ġew magħżula minn dawk li kienu l‑aktar fil‑bżonn. Aktar ’il quddiem iċ‑ċirku kiber għal aktar nies minn żoni oħra u kellhom jorganizzaw ħames korsijiet ta’ tagħlim għal aktar minn erbgħin nukleu familjari. Din l‑attività saret opportunità biex bħala grupp jintegraw aktar mal‑uffiċċji lokali tal‑gvern u tad‑djoċesi. Il‑qassis inkarigat mit‑tribù Aeta issa beda jaħdem magħhom biex iwassal il‑korsijiet tat‑tagħlim lil dawn l‑Indiġeni wkoll. Naturalment kellhom bżonn ta’ fondi biex ikunu jistgħu jkomplu mexjin ’il quddiem. Ftit wara, grazzi għall‑għajnuna minn dak il‑grupp Taljan, minn barranin oħrajn u min‑nies lokali, wasslu biex ikollhom biżżejjed ħalli jwettqu dan il‑proġett. Dejjem kien ċar għalihom fejn iridu jaslu; li jibnu relazzjonijiet bejn in‑nies għax huma aħwa ta’ xulxin peress li aħna u huma wkoll, aħna wlied l‑istess

Missier. Għalhekk mhux biżżejjed li timla l‑istonku ta’ min hu bil‑ġuħ, jew tagħtihom mezzi biex jgħixu bħalma jgħid il‑proverbju Ċiniż. Dawn riedu li jaslu biex joħolqu komunità ta’ nies li, bħal f ’familja, kollox jinqasam bejniethom: bżonnijiet u beni, ferħ u diffikultajiet. Bħalma kienet fl‑ewwel komunità Nisranija f ’Ġerusalemm, fejn “ma kien hemm ħadd fil‑bżonn”. Il‑mira hija li kull wieħed jista’ jikber fid‑diversi aspetti tal‑ħajja, billi jgħix kontinwament l‑imħabba reċiproka kif insibuha fil‑Vanġelu. Dan il‑grupp mhux biss jieħu ħsieb in‑nies, imma

wkoll l‑ambjent. Ix‑xogħol fil‑biedja għenhom jiskopru r‑rabta li teżisti bejn il‑bidwi u l‑art, u kemm din tista’, bħala omm, tipproduċi l‑ikel għalih. Joqogħdu attenti ħafna li kulma jkabbru jkun bijoloġiku. Hemm reċiproċità bejn dak li jiżra’ l‑bniedem u dak li tipproduċi l‑art. Ftiehmu flimkien ukoll fuq x’għandhom ikunu l‑objettivi ġenerali: jagħmlu minn kollox biex l‑ebda familja madwarhom ma tasal biex filgħaxija tmur torqod bi stonku vojt, jgħinu lin‑nies jerġgħu jsibu d‑dinjità tagħhom bħala wlied Alla, joħolqu kultura fejn bħalma wieħed jagħti hekk jirċievi wkoll, li jużaw għall‑massimu l‑potenzjal 9


Settembru 2021

uman tagħhom biex iwassal għal sostenibiltà finanzjarja, u impenn sħiħ lejn l‑ambjent u l‑ħolqien. Elenkaw ukoll objettivi speċifiċi: ikunu dejjem aġġornati fuq l‑aħħar teknika agrikola permezz ta’ formazzjoni u sostenn materjali, li jkunu persuni integri permezz ta’ formazzjoni adekwata, bħal teknoloġika, kulturali, umana, relazzjonali u spiritwali, u jagħmlu l‑esperjenza li huma parti mill‑istess familja. Kienet sorpriża meta proprju f ’dawk il‑ġranet, Papa Franġisku tkellem fuq l‑ekonomija integrali u huma ħadu dan bħala l‑programm li kellhom isegwu: “Li naqsmu dak li għandna mal‑foqra jfisser li narrikkixxu lil xulxin. Nistgħu nkabbru ekonomija ta’ żvilupp integrali tal‑foqra u mhux dik ta’ dipendenza. Hemm bżonn li nagħmlu pass ’il quddiem biex insolvu l‑problemi li jisfurzawna biex nagħtu biss il‑karità. L‑opzjoni preferenzjali għall‑foqra, din l‑esiġenza etiko‑soċjali, li qabel kollox ġejja mill‑imħabba t’Alla (cf. LS 158), timbuttana biex naħsbu fuq u nfasslu ekonomija fejn il‑persuna, 10

PROPAGAZZJONI TAL‑FIDI – DUN VICTOR AGIUS

u qabel kollox il‑fqir ikun fiċ‑ċentru tagħha”. (Udjenza Ġenerali, 19 t’Awwissu 2020) Fl‑1 t’Awwissu li għadda, nedew dan il‑proġett tal‑agrikultura fl‑inħawi ta’ Ġumarap, Banga, u Aklan, f ’razzett li sidu xtaq jaqsam dak li kien jaf fuq

Ma dan l‑ewwel grupp, ta’ dawk li kienu interessati, malajr ingħaqdu oħrajn. Ma kienx tant faċli torganizza dawn is‑sessjonijiet ta’ formazzjoni għaliex, minħabba l‑lockdown dawn il‑foqra ma kellhomx aċċess għall‑internet biex isegwu onlajn. Barra minn dan kollu rnexxielhom jorganizzaw diversi korsijiet fuq l‑agrikultura bijoloġika, ġardinaġġ ornamentali, tkabbir tal‑majjali u fuq il‑proċess tal‑frotta tal‑kakaw. Il‑grupp ħa ħsieb jipprovdi lil tletin familja għodda biex jaħdmu l‑art u apparat biex isaqqu. Qed jibdew sistema ta’ microcredit biex jgħinu oħrajn jibdew fuq skala żgħira. Wieħed mill‑benefiċjari jgħid:

l‑agrikultura bijoloġika u t‑teknoloġija li tmur magħha. Ġew għal seminar ta’ ġurnata u bil‑ftit flus li kellhom setgħu jħallsu t‑trasport, l‑ikel ta’ nofsinhar u jħallsu għal xi għodda li kellhom jużaw fl‑għalqa. Hekk bdiet b’tant entużjażmu din l‑ewwel attività ta’ dawn il‑bdiewa.

“Għandi 29 sena. Ġejt mistieden għall‑kors ta’ formazzjoni fuq l‑agrikultura bijoloġika. Tgħallimt fuq kif nista’ naħdem l‑art biex ikolli aktar prodotti u ta’ kwalità aħjar. Kemm fraħt meta fl‑aħħar tax‑xahar qassmulna xi għodda u żrieragħ biex niżirgħuhom! Mort niġri d‑dar u żrajthom mill‑ewwel, u wara tliet xhur bdejt naħsad il‑frott


Settembru 2021 24 ta' Ottubru 2021 ‑ Ġurnata Missjunarja

mill‑għalqa tiegħi. Wara erba’ snin żwieġ kienet telqitni l‑mara. Kelli naħdem ħafna, ġo razzett tat‑tiġieġ b’paga ta’ 2,000 Pesos (€32) fix‑xahar, imma kien impossibbli noħroġ mill‑faqar. Waqt dan il‑kors li ħadt sehem fih rajt is‑sinċerità ta’ dawk li kienu qed jorganizzawh, kif kienu qed jgħinu nies, foqra bħali. Sibt tama ġdida u kuraġġ biex naħdem aktar ħalli nkun nista’ ngħin aktar lill‑familja tiegħi u noħorġu minn dan il‑faqar. S’ issa għadni ngħix ġo għarix żgħir mal‑ġenituri tiegħi, tliet ħuti bniet miżżewġin u ħafna neputijiet, u l‑għalqa żgħira

li naħdem fiha mhix tiegħi. Nibża’ li ġurnata s‑sid ikollu bżonnha u jkeċċina ’ l barra. Noħlom li jkolli biċċa art fejn nista’ nibni l‑futur tagħna.

Kuljum nirringrazzja ’ l Alla li tani din il‑familja spiritwali li qiegħda hawn maġenbi u li qed tgħinni nirrealizza din il‑ħolma”. 

AGĦMEL IT‑TMIEM TAL‑FAQAR PARTI MILL‑ISTORJA TAʼ ĦAJTEK.

RIEDA LI TAGĦTI Wirt dejjiemi li jibdel il‑ħajjiet

Billi tiftakar f'Missio Malta fil‑wirt tiegħek, inti tista' tagħmel differenza għal dejjem fid‑dinja li l‑ġenerazzjoni li jmiss qed tikber fiha. Rigal mingħandek jista', ħafna snin oħra, jidher fit‑tbissim tat‑tfal f'pajjiżi tat‑Tielet Dinja li ser jibbenefikaw mill‑ħniena u l‑kompassjoni tiegħek. Il‑legati tiegħek li tħalli warajk dejjem ser iħallu tbissima ħajja fil‑qlub ta' nies oħra.

Jien. Int. Aħna. Flimkien. VO/1178

Nru. 7, Triq il‑Merkanti, il‑Belt Valletta VLT 1171. Tel: (+356) 2123 6962 | E‑Mail: info@missio.org.mt www.missio.org.mt 11


SAN PIETRU APPOSTLU

Settembru 2021

Rikostruzzjoni ta’ Żewġt Idjar Oħra

B

ħal f’ħafna pajjiżi Afrikani, fil‑parroċċa ta’ San Martin de Porres fil‑Malawi, hemm twemmin b’saħħtu fil‑maġija. L‑anzjani huma s‑suspettati ewlenin tal‑attivitajiet tal‑maġija, u għalhekk ta’ sikwit ikunu ppersegwitati u d‑djar tagħhom meqruda jew maħruqa. Xi drabi saħansitra jisfaw ukoll maqtula! Minħabba dan it‑twemmin, ħadd ma jieħu 12

ħsieb lill‑anzjani li ħafna minnhom jgħixu ħajja xejn xierqa. Il‑parroċċa għandha programm pastorali magħmul mill‑kappilan Dun Joseph Sikwese, żewġ katekisti u żewġ rappreżentanti minn komunitajiet żgħar Kristjani, li jqajjem kuxjenza sabiex jgħin lill‑komunità tifhem li l‑anzjani mhumiex sħaħar, imma għandhom bżonn min jieħu ħsiebhom u jirrispettahom. Il‑parroċċa

wkoll għandha proġett li tirranġa u tibni mill‑ġdid id‑djar ta’ dawk l‑anzjani li sofrew minn xi abbuż fuq djarhom. Ħafna nies fiż‑żona ta’ madwar il‑parroċċa huma bdiewa, mastrudaxxi, bennejja u ħaddiema ta’ snajjiet żgħar oħra. Permezz ta’ dan il‑proġett, il‑parroċċa tuża s‑servizzi ta’ dawn il‑ħaddiema kollha u hekk mhux biss


Settembru 2021 24 ta' Ottubru 2021 ‑ Ġurnata Missjunarja

tkun qed tgħin lill‑anzjani, imma wkoll tipprovdi xogħol lill‑parruċċani stess. Il‑proġett jinkludi wkoll restawr ta’ latrini pubbliċi. Ħafna mill‑anzjani lanqas għandhom tojlit fi djarhom u għalhekk jinqdew f ’dawn il‑latrini. Bis‑saħħa ta’ dan ir‑restawr ta’ latrini, l‑iġjene qed tingħata importanza wkoll. Parti oħra mill‑proġett tikkonsisti f ’għajnuna lill‑anzjani sabiex ikunu soċjevoli u jerġgħu jintegraw fis‑soċjetà, filwaqt li d‑dinjità tagħhom tiġi protetta u preservata. Ta’ min isemmi li fil‑qrib hemm xmara li tintuża mill‑komunità ta’ Chinunkha biex minnha jieħdu l‑ilma għax‑xorb, ħasil, tisqija, eċċ..., iżda dan l‑ilma mhuwiex nadif. Il‑parruċċani huma foqra u l‑maġġoranza huma illitterati, u b’hekk jiddependu għal kollox mill‑agrikoltura. Ftit huma dawk involuti fil‑biedja kummerċjali. Ta’ spiss dawn jesperjenzaw perijodi ta’ ġuħ, speċjalmnt fix‑xhur bejn Jannar u Marzu, minħabba li l‑ħxejjex li jkabbru mhumiex biżżejjed biex iservuhom fit‑tul. Il‑pandemija kompliet għakkset lil dawn in‑nies, speċjalment fejn jidħlu attivitajiet ekonomiċi.

Kif int tista’ tgħin lis‑seminaristi fl‑Asja, fl‑Afrika jew fl‑Indja:

Ftakar fihom fit‑talb tiegħek, għaliex huma jiftakru fina fit‑talb tagħhom. Intenzjoni għal Quddiesa ‑ €5 Ikla nutrittiva lil seminarista għal ġimgħa ‑ €36 Paga ta’ għalliem fis‑Seminarju għall‑formazzjoni tas‑seminaristi ‑ €48 Għotja ta’ rota lil katekist biex imur jgħallem ‑ €60 Ħlas għal trasport biex seminaristi jagħmlu xogħol pastorali f’postijiet imbiegħda ‑ €115 Eluf ta’ żgħażagħ qed jiġu msejħa biex jaqdu lil Alla bħala qassisin, imma ħafna minnhom jiġu minn familji u parroċċi li huma fqar wisq biex iħallsulhom is‑snin twal ta’ formazzjoni u ordinazzjoni. Inti tista’ tgħinhom jilħqu komunitajiet li għadhom ma jafux b’Ġesù billi tħallas borża ta’ studju jew parti minnha. L‑għajnuna tiegħek, flimkien ma’ dik ta’ ħafna persuni ġenerużi bħalek tagħmel differenza kbira. • Borża ta’ Studju għall‑edukazzjoni ta’ seminarista fl‑aħħar 4 snin: €480 (parti mill‑ispejjeż) ‑ €600 (kwart tal‑ispejjeż) €2400 (l‑ispejjeż kollha) Ibgħat id‑donazzjoni tiegħek lil Missio: Nru. 7, Triq il‑Merkanti, Valletta VLT 1171 Jew fuq: www.missio.org.mt Għal aktar dettalji ċemplu fuq 21236962 fil‑ħinijiet tal‑uffiċċju.

GRAZZI MILL‑QALB 13


SAN PIETRU APPOSTLU

Settembru 2021

Dear Msgr Valent, 22nd June 2021

Trust you are well. Firstly, I would like to thank you and our benefactors for the mass stipends. We offer them and their dear ones our daily prayers. On the other hand, we have already started mobilizing materials for the restoration of another two houses for the elderly widows Grace Nyondo and Beatrice Kabanjo. The works on one of the houses has started and soon we will start the work on the other house. The works consist of an extension to the small houses, plastering, flooring, doors and windows, and painting. After the houses are finished, these will be taken care of by the Catholic Youth Scouts within the parish. We also have started and finished drilling the borehole. The parishioners now have safe clean water. Attached please find thank you letter on behalf of the community of Chinunkha. We are grateful and you are always in our prayers.

Dear Msgr. Valent Borg. RE: WE HAVE SAFE WATER, THANK YOU FOR YOUR HELP I write on behalf of the community of Chinunkha in St. Martin de Porres Parish to express our sincere gratitude to Missio Malta and all benefactors for their financial support to enable the community of Chinunkha to drill a borehole so that they have access to potable water. We do not take this support for granted. The people of Chinunkha used to travel long distances (about 1 kilometre) to fetch water in Kaseye river. This water from this river is not safe. The water is contaminated because wild animals and livestock drink from the same river. Because the water is contaminated the community has been suffering from waterborne diseases such as cholera and typhoid. Culturally, in Malawi, fetching water for domestic chores is the responsibility of women and children (from the age of about 8). This put the women and children of Chinunkha community at great risk of sexual abuse because they have to travel long distances. Since the path to the river has bushes, some women and girls have been raped as they travel to or from the Kaseye river to fetch water. The drilling of a borehole in Chinunkha village has not only helped the community to access potable water which will prevent them from contacting waterborne diseases, but it will also reduce greatly issues of rape for women and girls. It is for this reason that we feel greatly indebted with gratitude to the People of Malta through Missio Malta. As the adage goes: Water is life, through your help you have given ‘life’ to the community of Chinunkha. Through your assistance we have felt the love of Christ and the universality of Church in concrete terms. The community has promised prayers for the Benefactors and Missio Malta.

God bless you. Grazzi Malta! Grazzi tal‑għajnuna tiegħek! Jalla Alla jberikkom!

Fr Joseph Sikwese St Martin De Porres Parish Priest Diocese of Karonga, Malawi  14

Rev. Fr. Joseph Moloka Sikwese, Parish Priest 


Settembru 2021 24 ta' Ottubru 2021 ‑ Ġurnata Missjunarja

Adopt a

Grandparent

Combat Loneliness POWERED BY

MALTA

Tweġġa’ meta tħossok waħdek... iżda Missio, flimkien ma’ Newsbook.com.mt ħarġu b’inizjattiva li tagħtik il‑possibilità li ssib qalb ta’ ħbiberija permezz tal‑proġett Adopt a Grandparent. Jekk inti interessat tipparteċipa, ċempel fuq 2122 2001.

www.adoptgrandparent.org POWERED BY

Jien. Int. Aħna. Flimkien.

15


SANTA INFANZJA

Settembru 2021

Aktar Operazzjonijiet tal‑Għajnejn Dear Monsignor Valent, Greetings of peace from Nairobi. I wish to inform you that I am fine and in good health. However, the COVID‑19 situation in Kenya remains turgid. Our hospitals still record high numbers of in‑patients that is overwhelming our health institutions. Our problem is that the disease is in the community and most cannot afford to get treated or do the testing, because the cost is higher than what they can afford. Hence, the numbers being tested are low but the sufferings are many. Worship

in church is still pegged at one third of the total space and curfew time reassigned to 10:00pm and 4:00am. The positivity rate has now reached 5% and we are informed by the statisticians and scientific models that in every three months we may have spikes due to the negligence of the people. This pandemic situation had made us restrain our plan with the children to reduce exposure. When we resumed we asked the two scheduled children for the eye operations to travel to Nairobi from Eldoret, but unfortunately they were involved in a road accident and we lost the two children. Burial took place

16

the following Monday and Wednesday respectively. We are condolencing with the families of these children. Kindly remember Ivy and John in your prayers. As regards the eye operations, we are back to recruitment and so far we have three cases which I have sent to the doctors to evaluate and give us their report, then we take up the task of paying for their treatment as they are needy. The doctor will guide us on the nature of treatment. The first picture attached is of a 5 year old child called Joseph Maasai. From the medical report, he needs urgent attention. We have organised that he visits the


Settembru 2021 24 ta' Ottubru 2021 ‑ Ġurnata Missjunarja

paediatric ophthalmologist soon for directions. After this consultation with our doctor in Nairobi, he will advise on the kind of treatment the child needs. So we look forward to hearing from the doctor. The second picture is an x‑ray picture of a girl from Marsabit called Gumato Guyo. She had a problem with her eyes three years ago and because of insufficient funds in the family, they never sought further treatment. Sister Agatha, who works in the region, bumped into this case and it was brought to my attention. We sought advice from the doctor who found out that due to the delay in treatment, she is now blind. It is unfortunate. I wish to bring her to Nairobi to be seen by our doctor for advice. Hoping something can be done. Once again, thank you for your kindness and concern for our needy children. God bless you and assure our donors of prayers from these children and their families. Thank you and best regards in the Lord. Yours faithfully, Fr. Bonaventure Luchidio 

Joan’s Craft for Charity In Aid of Missio

W

ith the COVID‑19 situation, 2020 wasn’t a good year for none of us. It surely affected my mission too, since schools obviously stopped Parents’ Day activities, which used to be a very good source of income. However, as they say: “God closes a door and opens another”, because with the sudden closing down of schools, parents panicked and made many purchases.

So, with more effort than ever, determination and promotion, I managed to make enough profit to sponsor the following projects: 1. STEKA Children’s Home in Malawi ‑ total maintenance, sanitarian and refurbishment, including bunk beds and replacement of playground. 17


SANTA INFANZJA

Settembru 2021

2. Kapilikabefu Community Lumezi Parish ‑ 160 two‑sitter desks for pupils and refurbishment of school. 3. Funds to help poor countries with COVID‑19 situation. 4. The Missionary Sisters of Faith Boarding Schools, in Myanmar Asia ‑ covering food, school supplies, tuition fees and medicines for 58 children. It also includes the house maintenance.

at the Catholic School in the Diocese of Gambella, Ethiopia, together with a new fence all around the area.

My new project is: The renovation of classes and purchasing of 25 benches

Looking forward to seeing this project completed! Every purchase you make helps

towards this great Project, and others to come! Visit my Facebook Page: JOAN’S CRAFT FOR CHARITY and feel free to ask for any information and prices. Thank you all very much! Joan Libreri 

Modi kif tista’ tgħin  Ċekk indirizzat lil Missio Malta (7, Triq il‑Merkanti, il‑Belt Valletta VLT 1171.)  Bank Transfer Missio Malta IBAN: MT94APSB77013000000041474120039 Swift Code: APSBMTMT

(Min jagħmel donazzjoni f'dan il‑kont jibagħtilna nota dwar l‑ammont u meta sar id‑depożitu sabiex tintbagħat irċevuta.)

 Donazzjoni b’SMS • 50617374 ‑ €2.33 • 50618820 ‑ €6.99 (Numri miftuħin is‑sena kollha.)  Donazzjoni bit‑telefon tad‑dar • 51602062 ‑ €10 • 51702063 ‑ €15 (Numri miftuħin is‑sena kollha.)  Iżżur il‑websajt www.missio.org.mt

u kklikkja fil‑parti Donations.

 Jew għal donazzjonijiet ‘direct debit’ ċempel: 2123 6962.

18

• 51802064 ‑ €25


Settembru 2021 24 ta' Ottubru 2021 ‑ Ġurnata Missjunarja

Kif tista’ tgħin lit‑tfal fil‑missjoni:

€ 30 Uniformi u materjal

€ 96 Sostenn għal 15‑il

€ 500 Tħaffir u bini ta’ bir

€ 3,000 Xiri ta’ erba’

tal‑iskola għal 6 itfal

€ 160 Ħobż kuljum għal

xahar sħiħ għal 100 tifel u tifla abbandunati jew orfni

fejn m’hemmx ilma nadif għal raħal sħiħ

armla fl‑ifqar partijiet tad‑dinja

tomniet raba’ li jinħadem

Ibgħat id‑donazzjoni tiegħek lil ‘Missio’ Nru. 7, Triq il‑Merkanti, Valletta VLT 1171 Jew fuq www.missio.org.mt Għal aktar dettalji ċemplu fuq 21236962 jew 20330015 fil‑ħinijiet tal‑uffiċċju.

GRAZZI!

CHILD SPONSORSHIP €150 – edukazzjoni għal sena sħiħa lil tifel jew tifla fil‑bżonn. Bis‑saħħa tal‑programm ‘Missio Child Sponsorship’, int tkun raġġ ta’ dawl fil‑ħajja ta’ dawn it‑tfal foqra. Kull min jisponsorja tifel jew tifla jingħata ritratt u tagħrif dwarhom. Ibgħat id‑donazzjoni tiegħek lil Missio Nru. 7, Triq il‑Merkanti, Valletta VLT 1171 Jew fuq www.missio.org.mt Għal aktar dettalji ċemplu fuq 21236962 fil‑ħinijiet tal‑uffiċċju.

GRAZZI MILL‑QALB 19


Settembru 2021

Jien. Int. Aħna. Flimkien. VO/1178

“Ma tistax trabbi lil uliedek bil‑mod kif rabbewk il‑ġenituri tiegħek, għaliex id‑dinja li trabbejt fiha int m’għadhiex teżisti!” Anon

20


Settembru 2021 24 ta' Ottubru 2021 ‑ Ġurnata Missjunarja

Uliedna qed jikbru f’dinja wisq differenti minn dik li trabbejna fiha aħna. Madanakollu, xi veritajiet ekonomiċi u ċiviċi fundamentali, ma jinbidlux. It‑tfal tagħna għandhom jitrabbew biex jifhmu dawn il‑veritajiet sabiex jipproteġu l‑libertà u l‑libertà għall‑ġenerazzjonijiet li ġejjin. Tliet ġenerazzjonijiet ta’ familja estiża Afrikana quddiem l‑għarix tagħhom magħmul miz‑zkuk f’raħal fil‑Botswana. 21


Settembru 2021

IL‑QADDIS TAX‑XAHAR – NANCY CAMILLERI

Beatu Dott. Josè Gregorio Hernàndez Cisneros It‑Tabib Tal‑Fqar

D

an it‑tabib twieled fl‑1864 f ’Caracas fil‑Venezwela u miet fl‑1919 wara li ttajjar minn karozza. Kien magħruf ħafna għal xogħlu mal‑foqra, l‑iktar fi żmien l‑Influwenza Spanjola li laqtet lid‑dinja seklu ilu. Fil‑fatt dan ġie ddikjarat Beatu waqt il‑pandemija COVID‑19 mill‑Kardinal Baltazar Porras. Josè Gregorio Hernàndez iggradwa bħala tabib fl‑1888 u mar Pariġi jistudja ħafna oqsma fil‑mediċina. Bejn l‑1891 u l‑1916, huwa ddedika ruħu jgħallem il‑mediċina u l‑prattika religjuża. Daħal is‑seminarju darbtejn, imma minħabba li kienu żminijiet dittatorjali u minħabba problemi ta’ saħħa, qatt ma kompla f ’din it‑triq. Minflok sar Franġiskan Sekulari, li bl‑spiritu ta’ San Franġisk mexa mal‑fqar, kien jikkurahom mingħajr ħlas u ħafna drabi jixtrilhom il‑mediċini minn flusu. Papa Franġisku ddeskrivieh bħala eżempju ta’ dixxiplu ta’ Kristu li għamel 22

l‑Evanġelu l‑qofol ta’ ħajtu u kien mudell tal‑modestà u l‑umiltà. Il‑Papa jkompli jgħid li Hernàndez kien mudell ta’ qdusija impenjat jiddefendi l‑ħajja għall‑isfidi fl‑istorja u għas‑servizz lejn l‑oħrajn mingħajr ma

ħadd jiġi eskluż. Il‑Papa jiddiskrivih bħala ‘Raġel ta’ servizz universali’. Wieħed mill‑aspetti affaxxinanti fil‑personalità tiegħu huwa li imita lil Ġesù fl‑Aħħar Ċena meta ħasel saqajn l‑appostli billi kien iħobb lil kulħadd. Il‑Beatifikazzjoni ta’ Dott. Josè Gregorio saret fi żmien partikolari u diffiċli għan‑nies tal‑Venezwela.

Il‑Papa enfasizza li l‑pandemija żiedet mhux ftit it‑tbatija, speċjalment għal dawk li switilhom ħajjithom jgħinu lill‑oħrajn. Kienet ċelebrazzjoni li saret fit‑30 t’April 2020 f ’Caracas, waqt ir‑restrizzjonijiet. Il‑Papa jispiċċa l‑messaġġ tiegħu billi jgħid li l‑beatifikazzjoni ta’ Hernàndez hija barka speċjali għall‑Venezwela. Hija tistedinna għall‑konverżjoni, għal aktar solidarjetà bejnietna biex ilkoll naħdmu għall‑ġid komuni li hu tant meħtieġ għall‑pajjiżi biex jirkupraw u biex jiġġeddu wara l‑pandemija bi spirtu ta’ rikonċiljazzjoni. Dan il‑qaddis jibqa’ magħruf bħala t‑tabib tal‑fqar. “L‑iktar pedament profond tal‑mediċina huwa l‑imħabba. Jekk l‑imħabba tagħna hija kbira, il‑frott li l‑mediċina tikseb minnha jkun kbir, imma jekk titnaqqas, il‑frott tagħna jitnaqqas ukoll.” Beatu Dott. Josè Gregorio Hernàndez Cisneros 


Settembru 2021 24 ta' Ottubru 2021 ‑ Ġurnata Missjunarja

Jien. Int. Aħna. Flimkien. VO/1178

Qiegħed nibgħat il‑ħlas ta’ € .................................. permezz ta’ ċekk pagabbli lil Missio Malta biex isiru Quddies fil‑missjoni għar‑ruħ/għall‑erwieħ ta’:

Isem u kunjom: Indirizz:

Belt/ Raħal:

Kodiċi Postali:

Tel: N.B. Napprezzaw il‑kontribuzzjoni ta’ mill‑inqas €5 għal kull quddiesa. Il‑quddies kollu jitqaddes fil‑pajjiżi tal‑missjoni. 23


Settembru 2021

90 SENA TA’ STORJA – MRO MANOEL PIROTTA

MALTA MISSJUNARJA – Is‑6 PARTI Inkomplu naqraw mill‑imgħoddi

M

alta Missjunarja (1942‑1946): Fl‑artiklu tiegħu ‘Letteratura Missjunarja Maltija’ (Sena XIII, April 1945, nru 4, p.50), DAX [psewdonimu: Sciant] jgħid li ħafna huma x‑xogħlijiet sbieħ li nsibu ta’ letteratura missjunarja: għanjiet, poeżiji, innijiet, artikli, taħditiet u novelli. Iżda l‑aktar li nsibu huma dawk poetiċi kif naraw fl‑antoloġiji ta’ Dun Karm u Karmenu Vassallo. Skontu: “Il‑poeżija missjunarju hija forsi l‑aqwa mafkar missjunarju letterarju, flimkien m’oħrajn li jsebbħu ‘Il‑Għana’ ta’ Dun Karm.” Isemmi wkoll in‑‘Nirien’ ta’ Vassallo li fih insibu “tliet poeżiji tassew sbieħ fuq il‑missjoni”. Hemm imbagħad ukoll l‑‘Annali tal‑Propagazzjoni tal‑Fidi’ maħruġin mill‑pinna u l‑but tas‑Sur Fons. Galea (1861‑1940) li jiddeskrivih bħala ‘missjunarju f ’artu’. Mill‑banda l‑oħra, ir‑rumanzi missjunarji ‘tgħoddhom fuq is‑swaba’ tal‑id il‑waħda’; tneħħi ‘Demm tal‑Martri’ (1941) tiegħu stess, DAX isemmi biss tnejn tas‑Sur Fons.: ‘L‑Għarusa Ġappuniża’ u ‘Il‑Martri ta’ Nagażaki’. 24

DAX jagħlaq l‑artiklu tiegħu billi jgħid li: “Il‑letteratura tgħin, tqajjem u żżomm fil‑qalb u r‑ruħ tal‑qarrejja l‑ispirtu tal‑qari. Meta allura l‑qari jkun fuq il‑missjoni, l‑arti tal‑kitba ssir waħda missjunarja, biex min jintafa’ jaqra letteratura missjunarja, tkun fl‑istess ħin waħda fil‑veru sens tal‑kelma, u iktar ma tkun qawwija l‑arti tal‑kitba, iktar qawwi jkun l‑ispirtu li jinsilet minnha.” Fuq tema differenti, fl‑istess rivista, p.58, insibu artiklu ieħor ta’ ‘Sciant’: “In‑Nazzjonaliżmu u l‑Missjoni”. Minn Ottubru tal‑1941 beda jidher f ’kapitli fil‑MM l‑ewwel rumanz missjunarju ‘Demm il‑Martri’ (1940) tiegħu taħt l‑istess psewdonimu. Għalih din kienet l‑ewwel biċċa xogħol ftit twila li qatt kiteb. Dwar dan ir‑rumanz, fid‑Djarju tal‑Gwerra, is‑Seba’ Ktieb, il‑Ġimgħa 11 ta’ Frar 1944, p.9, l‑awtur niżżel li kien għadu kif temm il‑ktieb tiegħu billi kabbru fuq li kiteb u tebagħ fil‑MM u li

issa ġie b’69 tebqa ta’ pitazz, u bi 17‑il kap barra l‑għeluq. Dun Ġwann Xiberras (1907‑83), bħala t‑tieni editur tar‑rivista u wieħed mill‑grupp ta’ seminaristi li fl‑1932 kienu ħadu ħsieb biex jibdew joħorġu MM, kien wiegħdu li se jistampah għalih, kif fil‑fatt ġara (Djarju tal‑Gwerra, il‑11‑il Sena, 29 ta’ Jannar, 1947, p.4). Li ġejja hija lista sħiħa (u li tkompli fil‑ħarġa li jmiss) ta’ kitbiet ta’ ‘Sciant’ li dehru bejn l‑1942‑6 fil‑MM: żewġ poeżiji – ‘Fil‑Għodu’ (p.15), b’ħames strofi senarji u rima abċb, u ‘Tifkira tal‑Imgħoddi’ (p.16), bi strofa waħdanija ta’ sitt versi u rima abċbdd, kif ukoll ‘Injuranza Hienja’ jew ‘Bla Ħjieni’ (p.18), storja tradotta mill‑ktieb ‘The White Sisters’ li turi dehra kurjuża tat‑twemmin tal‑Afrikani konvertiti, u n‑novella ‘Qalb Nobbli’ (p.21) [Sena X, Frar 1942, nru 2]. Din in‑novella kienet reġgħet dehret sena wara (Sena XI, Lul.‑Aww., nri 7‑8, f ’pp.28‑9); ‘Maħfra’,

Firma ta’ Dun Anton Sciberras.


Settembru 2021 24 ta' Ottubru 2021 ‑ Ġurnata Missjunarja

Demm tal‑Martri ‑ Rumanz Missjunarju ta’ ‘Sciant’ (DAX) Sena1 1941

1942

IX

Xahar

Għadd

Paġna

Kap

Isem

Ott‑Nov

10‑11

191‑2

I

Ġod‑Dar ta’ Mongul

Diċ

12

215

II

Ħidmiet l‑Insara

Jan

1

11‑2

III

Flimkien ma’ Libsa Sewda

IV

Fuq iż‑Żewġ Naħiet

Frar

2

19‑20

V

Rwan u Ibnu Kay

Mar

3

35

VI

Ġewwa l‑Masġar

Apr

4

47‑8

VII

Fil‑Għalqa tat‑Taqtigħa

VIII

Keran l‑Ilsir

X Mej

5

57‑8

IX

Il‑Bandu ta’ Mongul

Ġun‑Lul

6‑7

67‑8

X

Ġol‑Masġar mal‑Briganti

Aww‑Sett

8‑9

82‑4

XI

Libsa Sewda

XII

Il‑Martirju ta’ Kay

XIII

L‑Aħħar Ward

Ott

10

89‑91

Għeluq: Tmiem ir‑Rumanz Missjunarju

rakkont (Sena X, Mejju 1942, nru 5, pp.52 u 60); ‘L‑Ewwel Kelma’ (Sena 10, Aww.‑Sett. 1942, nri 8‑9, p.76), poeżija b’ħames strofi kwinarji u rima abċb; ‘Fil‑Għaxija’ (p.100), poeżija bi tliet strofi senarji u rima abċb, u ‘Rebħa’ (p.102), rakkont, datat 27.2.42 [Sena X, Nov.‑Diċ. 1942, nri 11‑12]. Fl‑1943 insibu n‑novella tiegħu ‘Bukkett Ward’ (Sena XI, Sett.‑Ott., nri 9‑10, p.35); ‘Milied Imdemmem!’ (Sena XI, Nov.‑Diċ. 1943,

Toninu Sciberras.

nri 11‑12, p.45) [Fid‑Djarju tal‑Gwerra2 (Ktieb nru 6, p.56, fid‑data tal‑11 ta’ Diċ.)

DAX kiteb: “L‑Uffiċċju Missjunarju tfajt in‑novella ‘Milied Imdemmem’ li ktibt ilbieraħ”. Fl‑istess ġurnata nsibu mniżżel: “Qrajt lit‑tfal3 ‘Barka ta’ Missier’, dramm ċkejken tiegħi, sunett ta’ S. Luċija4 u novella ‘Il‑Miġnun ta’ S. Marija’.]; ‘Lill‑Papa Piju XII’ (Sena XI, Nov.‑Diċ. 1943, nri 11‑12, p.47), sunett Petrarkan b’tifkira tal‑ħames sena fil‑gwerra (Piju XII, maħtur Papa f ’Marzu tal‑1939, xtaq is‑sliem fid‑dinja; f ’Settembru tal‑istess sena qamet il‑gwerra.)

Il‑perjodiku mensili ‘Malta Missjujarja’ beda joħroġ f ’Settembru 1932. Dwar id‑Djarju tal‑Gwerra ara ktieb ta’ Paul Catania. 3 Ix‑Xirka tal‑Malti għat‑Tfal (Fergħa Naxxar), li kienet l‑ewwel waħda wara dik tal‑Gżira, twaqqfet fl‑24 ta’ Settembru 1943, b’Dun Anton Xiberras bħala l‑fundatur. Sena wara li ġie ordnat qassis fl‑1948 DAX intbagħat San Ġiljan biex iwettaq il‑ħidma saċerdotali tiegħu u kellha tieqaf. 4 Il‑festa f ’ġieħ din il‑qaddisa għadha tiġi ċċelebrata sal‑ġurnata tal‑lum fil‑kappella ddedikata lilha li tinsab fi triq li ġġib isimha. 1 2

25


Settembru 2021

Websajt Missio • Informazzjoni dwar il‑missjoni u l‑missjunarji • Proġetti li twettqu u qed jitwettqu • Animazzjoni missjunarja • Attivitajiet • Rivisti tal‑passat • MissioTfal ‑ stejjer, attivitajiet, kompetizzjonijiet, rivisti tal‑passat

Jien. Int. Aħna. Flimkien. Jien. Int. Aħna. Flimkien.

(VO/1178) POWERED BY

www.adoptgrandparent.org

www.missio.org.mt

Tweġġa’ meta tħossok waħdek... iżda Missio, flimkien ma’ Newsbook.com.mt ħarġu b’inizjattiva li tagħtik il‑possibilità li ssib qalb ta’ ħbiberija permezz tal‑proġett Adopt a Grandparent. Jekk inti interessat tipparteċipa, ċempel fuq 2122 2001. MALTA

Jannar 2022

POWERED BY

Combat Loneliness

KALENDARJU

2022

alb ħafna t‑t Neħtieġu ħalli dak li isin, tal‑qadd niksbu bil‑ħila ux tgħ nis bit‑talb ma għatalna tagħna, jin om. San Bernard. tagħh

Grandparent Adopt a

NEWSPAPER POST

ifferenza

Rigali b’d

ri a tista' toff s €7 - Tiġieġ sor fil-bżonn lil familja ta' dħul.

t sio.org.m www.mis IT-TNEJN

IL-ĦADD

2022

Bosco

Jum is‑Santa lta Infanzja f’Ma x u Għawde L-Epifanija

S. Ġwann L‑isem qaddis

tal-Mulej

S. Anġela

ta’ Ġesù

S. Girgor ta’

a tal‑Mulej

Nyssa

It‑tieni Ħadd

ta’ matul

is‑sena

24

23

Jinsab għall‑bejgħ mill‑ħanut Faith, Hope & Charity tal‑Belt Valletta għall‑prezz ta’ €2. Inħeġġukom tmexxu l‑kelma. Ordnijiet ta’ 20 kopja jew aktar jitwasslu b’xejn. 26

It‑tielet Ħadd

S. Anton Abbati

15

S. Feliċ ta’

S. Marju u

a ta’ Talb Bidu ta’ Ġimgħ jjes Insara tal‑Kne għall‑G ħaqda

25

Nola

20

ta’

S. Franġis

k de Sales

Missierna

u S. Timotju Pawltax‑il S. It‑tmin Ħadd ta’ matul is‑sena

S. Titu Isqfijie

t

follow us

3

4

a

. Flimkien. Jien. Int. Aħna (VO/1178)

missiomalt

a

29

t’Aquino

L-ERBGĦ Sulpizj Au ta’ Bourges

10

5

17 Is‑sittax‑il

24

tal‑Potugall

11

6

S. Anton Marija

12

Zaccaria

Ħadd ta’ matul

is‑sena

S. Kamillu

25

S. Benedittu

13

S. Louis u S. Zelie Martri (Ġenituri ta’ S. Tereżina)

19

S. Marija Goretti

S. Enriku Impera

20

1

ot

S. Oliver Plunke

tt

Beatu Emanw

S. Kamillu

el Riuz u sħabu

21

S. Girgor Grassi

15

de Lellis Saċerd

ot

u sħabu

S. Wistin Zhao

16

Rong u sħabu

S. Bonave

22

ntura Isqof

Il‑Madonna

23

tal‑Karmnu

S. Maria Mackill

op

26

27

S. Apollinarus

S. Lawren

z ta’ Brindis

i Saċerdot

28

S. Marija Madda

29

Ħadd ta’ matul is‑sena Jum in‑Nan niet S. Ġakbu Appost

lu

IS-SIBT

9

de Lellis Saċerd

Is‑sbatax‑il

Jien. Int. Aħna . Flimkien. (VO/11

2

8

14 tur

IL-ĠIMGĦA

B. Nazju Falzon

7

Il‑ħmistax‑il Ħadd ta’ matul is‑sena

18

IL-ĦAMIS

S.

iu Meriċi S. Anġela riminazzjon jsofru disk li fiha jgħixu, kollha li tà, iex dawk fis‑soċje dinjità li Nitolbu sab ni reliġjuża jsibu tagħhom u tad‑ rji a. persekuzzjo drittijiet prop nu lkoll aħw n tad‑ l‑għarfie titnissel meta nku

L‑erbatax‑il Ħadd ta’ matul is‑sena S. Eliżabetta

Rigali b’d

€2,000 - ifferenza Per spiera kom mezz ta' jista' jkol unità sħiħa lha aċċess ilma nad għal if sab tixrob u għaiex issajjar, t-tisqija tal-prodot ti s-sena kollha.

S. Publiju S. Anjeże

jan

sħabu

LIETA

ta’ Il‑Konverżjoni

Kompass jon ħafna; taq i: kelma li tfisser sam l‑istes l‑istess tba s passjoni Nilqa’ f’q tija, l‑istess agun , ija. alb f’qalbek, i l‑miżerja li hem m insir ħuk u inti ħija. Jean Vani er.

22

S. Tumas

matul is‑sena

Lulju 2022

S. Luċjan

rt

21

www.mis sio.org.m t 28 IL-ĦADD 27 IT-TNEJN IT-T 31 26 S. Sebast

(VO/1178)

nd ta’ Penjafo

14

Poiters Isqof

S. Ilarju ta’

Pucci

19

18

17

S. Raymo

e

13

)

S. Pawl Eremit

S. Anton Maria S. Iġino Papa

16

S.Andrè Bessitt

Neumann

12

11

10

9

ta’ Foligno

(Jum il‑Paċi

8

7

6

5

4

3

Il‑Magħmudij

Jien. Int. Aħna. Flimkien.

Omm Alla

S. Ġwann

matul is‑sena

2

KALENDARJU

1

31

30 ta’ Ir‑raba’ Ħadd

IS-SIBT

IL-ĠIMGĦA

IL-ĦAMIS

L-ERBGĦA

IT-TLIETA

S. Anna u

S. Ġwakkin

follow us

Beatu Antonjo

Lucci

Beatu Stanley

lena

S. Briġida

30

tal‑Iżvezja

Reliġjuża

Rother S. Marta

78)

Nitolbu għa ll‑anzjan l‑memor i li jirrappre ja żentaw l‑għ l‑għerf tagħ ta’ poplu, sabiex eruq u l‑esperj hom iħarsu lejn jgħinu lil dawk ikta enza tagħhom u il‑futur b’ta r żgħaża għ sab ma u resp onsabbiltà. iex S. Pietru Krisolo

gu Isqof

missiomalt

a


Settembru 2021

Theuma House, 302, St. Paul Street, Valletta VLT 1213 Tel: 21234075 / 21236605 Fax: 21244201 Email: info@etheuma.com www.etheuma.com

F.L. Hardware For all your home requirements FL Hardware Point St. Catherine Street Attard Tel: 21412773

MARIANNA STATIONERY 147, Triq il‑ParroĊĊa, Mellieħa ‑ MLĦ1060 Tel: 2152 2267  Email:mariannastationery@gmail.com

PRINTING  BINDING  LAMINATION  TOYS  HABERDASHERY  HOUSEHOLD GOODS Opening Hours: Monday ‑ Saturday: 6.00am to 12.30pm ‑ 4.00pm to 7.30pm Sundays and Public Holidays: 6.00am to 12.30pm 27


Settembru 2021

DEHRIET TAL‑MADONNA – EMMANUEL CUTAJAR

Il‑Ħidma Evanġelika ta’ Marija Santissima Bħala Missjunarja Ir‑Raba’ Parti

kbar ta’ fidili, anke mill‑Prussja Protestanti ġirien kienu jmorru fil‑knisja biex jiċċelebraw il‑festa indulġenti tat‑Twelid tal‑Madonna. Fis‑Seklu 16 Pastor Luteran ilmenta li membri tal‑kongregazzjoni tiegħu qegħdin jivvjaġġaw lejn Siluva biex jieħdu sehem fil‑festa Kattolika bl‑indulġenzi tat‑Twelid ta’ Marija. Fil‑fatt, ir‑riforma Protestanta pproklamata minn Martin Luther fl‑1517, laqtet lil Litwanja malajr u bil‑qawwa, u bdiet bin‑nobbli. Sal‑1532, il‑popolazzjoni fil‑viċinanza ta’ Siluva saret predominantement Kalvinista.

Il‑Madonna ta’ Siluva Id‑devozzjoni Marjana f’Siluva fil‑Litwanja tmur lura sas‑Seklu 14. Il‑Gran Duka Jogaila kien tgħammed bħala Kattoliku fl‑1387 meta żżewweġ lir‑Reġina tal‑Polonja. Huwa u s‑suċċessuri tiegħu ħadmu biex ixerrdu l‑Fidi Nisranija 28

fit‑territorju pagan tagħhom. Stabbilixxew il‑Ġerarkija Ekkleżjastika, bnew knejjes u saħansitra, personalment, kienu jgħallmu l‑katekiżmu lis‑sudditi tagħhom. Fis‑sena 1457 b’inizjattiva tan‑Nobbli Petras Gedgaudas inbniet knisja ad unur tat‑Twelid tal‑Verġni Marija. Folol

Fid‑deċennji ta’ wara, ħafna knejjes Kattoliċi ġew ikkonfiskati u magħluqa. Matul dan iż‑żmien l‑uniku kappillan li kien baqa’ f’Siluva, Dun John Holubka, fl‑1569 difen f’għalqa kaxxa tal‑ħadid b’dokumenti dwar il‑pedament tal‑knisja u oġġetti sagri qabel ma l‑knisja tal‑Madonna ġiet maħruqa u meqruda għalkollox. Madanakollu,


Settembru 2021 24 ta' Ottubru 2021 ‑ Ġurnata Missjunarja

ħafna bdiewa sempliċi żammew it‑twemmin Kattoliku tagħhom, iżda ma setgħux jipprattikaw ir‑reliġjon tagħhom. Ir‑riforma Protestanta bdiet titlef is‑saħħa tagħħa fil‑Litwanja madwar il‑bidu tas‑Seklu 17; min‑naħa waħda l‑Kalvinisti lokali kienu daru lejn l‑Arjaniżmu, li jiċħad id‑Divinità ta’ Kristu, estremiżmu inaċċettabbli għat‑twemmin Nisrani u għal ħafna nobbli, min‑naħa l‑oħra l‑Ġiżwiti bdew jaslu fir‑reġjun biex jevanġellizzaw. Snin wara l‑Kattoliċi bdew proċeduri legali kontra l‑Kalvinisti biex jerġgħu jiksbu l‑art u l‑propjetà tal‑knisja kkonfiskata. Il‑każ kien ikkumplikat minħabba li d‑dokumenti tal‑propjetà Kattolika kienu ntilfu. Il‑kwistjoni ġiet solvuta fis‑sajf tas‑sena 1608 meta erbat itfal li kienu qegħdin jirgħu l‑merħla fit‑territorju tal‑knisja l‑qadima, raw fuq quċċata ta’ ġebel kbir mara żagħżugħa sabiħa tibki u żżomm tarbija f’ħoġorha. Wieħed mit‑tfal ġera biex jgħid lill‑katekista Kalvinista ta’ Siluva dak li kienu raw. Il‑katekista flimkien mar‑Rettur tas‑Seminarju Kalvinista, marru fil‑post, raw liż‑żagħżugħa u staqsewha għaliex kienet qiegħda tibki. It‑tfajla

wieġbet: “Qiegħda nibki għax in‑nies kienu jaduraw lil ibni f ’ dan il‑post, imma issa qegħdin jaħartu u jiżirgħu fuq din l‑art.” Imbagħad għebet. Meta xterdet il‑kelma, raġel anzjan u għama li kien għen lill‑qassis jidfen it‑teżori tal‑knisja oriġinali, ftakar fil‑post. Meta ħaduh fl‑għalqa fejn

dehret iż‑żagħżugħa huwa mirakulużament beda jara mill‑ġdid u kien kapaċi jindika l‑post fejn kienet midfuna l‑kaxxa li fiha kien hemm id‑dokumenti. Bis‑saħħa ta’ dawn id‑dokumenti l‑Knisja Kattolika, fl‑1622 rebħet proċess legali biex tirkupra l‑art tal‑knisja. Wara nbniet knisja żgħira tal‑injam iddedikata lit‑Twelid

tal‑Verġni Marija fuq is‑sit tal‑knisja oriġinali. Iżda il‑knisja kienet żgħira wisq għal ħafna pellegrini li bdew iżuruha. Għalhekk, fl‑1641 inbniet knisja wisq akbar. Papa Piju VI kkonferma l‑awtentiċità tad‑dehra tal‑Madonna ta’ Siluva b’digriet Papali ppromulgat fis‑17 ta’ Awwissu 1775. Huwa approva d‑devozzjonijiet lejn il‑Madonna ta’ Siluva u ta indulġenzi għalihom. B’devozzjoni kbira lejn il‑Madonna, Papa Piju XI sejjaħ lil‑Litwanja ‘Terra Mariana’ (Art ta’ Marija). Fl‑1993, Papa San Ġwanni Pawlu II mar jitlob fil‑Bażilka ta’ Siluva. Żmien wara, Papa Benedittu XVI fl‑2006 bierek kuruni ġodda tad‑deheb bix‑xbieha mirakuluża ta’ Marija u Ġesù f’Siluva. Fl‑2008 huwa bagħat Legat Papali biex jieħu sehem fil‑festa f’Siluva biex timmarka r‑Raba’ Ċentinarju tad‑Dehriet Marjani hemmhekk. Dawn id‑dehriet kienu biżżejjed biex idawru l‑belt kollha ta’ Siluva għall‑Fidi Kattolika u jwarrbu darba għal dejjem il‑ħakma Kalvinista f’Siluva. Il‑festa tal‑Twelid tal‑Verġni Marija hemmhekk, imsejħa ‘Silines’, u fil‑Knisja Kattolika kollha tkun iċċelebrata kull sena fit‑8 ta’ Settembru. 29


Settembru 2021

Il‑Madonna ta’ Laus F’Mejju 1664, Benoite Rencurel, tfajla ta’ 17‑il sena, waqt li kienet qiegħda tirgħa l‑merħla tagħha rat dehra ta’ San Maurice, martri tas‑Seklu 13 li kien meqjum ħafna f’Laus, Franza. Huwa wissieha li jekk tibqa’ f’dik iż‑żona l‑gwardji lokali jeħdulha l‑merħla jekk isibuha hemm. Qalilha biex tmur fil‑Wied tal‑Kilns, ’il fuq minn Saint‑Etienne fi Franza, u hemm se tara lil Marija, Omm Alla. Benoite qaltlu li l‑Madonna qiegħda l‑Ġenna. “Tabilħaqq, hija qiegħda l‑Ġenna, imma hija tista’ tkun ukoll fid‑dinja meta trid,” qalilha. (Kliem tabilħaqq b’tifsira profonda, meta 30

DEHRIET TAL‑MADONNA – EMMANUEL CUTAJAR

nqisu lill‑Madonna bħala tabilħaqq missjunarja għal matul iż‑żminijiet kollha.) Fis‑16 ta’ Mejju, Benoite għamlet kif qalilha San Maurice. Meta ġiet fil‑post, Benoite rat lill‑Madonna żżomm lil binha Ġesù f’idejha. Il‑Madonna tat struzzjonijiet lil Benoite biex tmur Laus, ir‑raħal tagħha fil‑qrib u tfittixha hemm. Hemmhekk sabet kappella antika f’kundizzjoni ħażina. Mill‑ġdid rat lill‑Madonna

li qaltilha li hija x‑xewqa tagħha li hemm tinbena kappella ġdida f’ġieh l‑iben maħbub tagħha u jsiru Adorazzjonijiet Ewkaristiċi biex Ġesù jikkonverti lill‑midinbin, u tinbena wkoll dar għas‑saċerdoti sabiex ikunu jistgħu

jamministraw is‑Sagramenti tal‑Qrar u tat‑Tqarbin lill‑midinbin. Fil‑qalba tal‑messaġġ mogħti lil Benoite hemm il‑konverżjoni tal‑erwieħ bil‑għan li jkun hemm rikonċiljazzjoni sħiħa magħhom infushom, mal‑bnedmin l‑oħra u ma’ Alla. Maż‑żmien, ħafna pellegrini bdew imorru Laus kull sena. Il‑Madonna qalet ukoll lil Benoite li ż‑żejt mil‑lampa tal‑knisja tal‑Madonna kien se jagħmel mirakli mal‑morda jekk jirċievu d‑dlik b’fidi b’interċessjoni tagħha. Jingħad li l‑Madonna dehret għal 54 darba f ’Laus, bejn is‑sena 1664 u s‑sena 1718. Fl‑4 ta’ Mejju 2008, Mons. Jean‑Michel di Falco, l‑Isqof ta’ Gap, ħabbar ir‑rikonoxximent mis‑Santa Sede tad‑dehriet kollha tal‑Madonna tal‑Laus, Rifuġju tal‑midinbin, magħrufa wkoll bħala l‑Madonna tal‑Laqgħa Ferrieħa, jiġifieri l‑Lunzjata. Il‑festa tal‑Madonna ta’ Laus hija ċċelebrata kull sena fis‑27 ta’ Settembru. 


Settembru 2021 24 ta' Ottubru 2021 ‑ Ġurnata Missjunarja

ED

VA

INAT C C

D

N AT E

D

O

“Jiena ħadt il‑vaċċin b’xejn u għalhekk qed nagħti donazzjoni ta’ €10 għall‑‘emergency fund’ ta’ Missio. Dan sabiex ngħin lil nies fil‑missjoni li għaddejjin mill‑pandemija. Din l‑€10 ser tissarraf f’mediċini, ‘safety kits’ kif ukoll f'ikel u xorb għan‑nies fil‑bżonn.” Angie Laus – Preżentatriċi

Metodu kif tista' tagħti d‑donazzjoni: Tel: 5160 2062 – €10

Mill‑websajt: www.missio.org.mt/V&D

Jien. Int. Aħna. Flimkien. VO/1178

31


MILL‑PASSAT TAL‑YTC

Settembru 2021

F’għeluq il‑25 Sena (1968‑1993)

D

in is‑sena jmissna niċċelebraw, għax għalaqna 25 sena minn mindu twaqqfet il‑YTC. Kien fl‑1968 meta nibtet l‑idea li fil‑Catholic Tourist Council titwaqqaf fergħa għaż‑żgħażagħ bil‑ħsieb li torganizza attivitajiet għal żgħażagħ barranin li jiġu Malta għall‑vaganzi. Din il‑fergħa ġiet imsejħa Youth Travel Circle, u tħalliet f ’idejn Dun Maurice Mifsud u grupp ta’ kollaboraturi. Aktar tard żviluppat f ’għaqda għaż‑żgħażagħ Maltin u bdiet toffrilhom opportunitajiet ta’ safar fi programmi internazzjonali li kienu jsiru l‑Ġermanja. F’Malta wkoll kibret u żiedet fil‑membri. Il‑YTC, kif hija msejħa minn kulħadd, bdiet torganizza ħafna attivitajiet li ġibdu eluf ta’ żgħażagħ u tathom iċ‑ċans li jiltaqgħu flimkien, isiru jafu ħafna ħbieb, u għal numru mhux ħażin serviet biex iltaqgħu koppji u 32

żżewġu. Il‑YTC organizzat ħafna attivitajiet ta’ kultura kif ukoll ħafna laqgħat edukattivi. Għalkemm ma kienet qatt organizzazzjoni ta’ ħafna daqq ta’ trombi u ftaħir, il‑kumitati tagħha u l‑membri għamlu ħafna u ħafna xogħol fost iż‑żgħażagħ, u għenu fl‑edukazzjoni li ma taqta’ qatt fil‑ħajja lil żgħażagħ li kienu telqu t‑tagħlim u l‑iskola. Fil‑YTC sabu post fejn jitkellmu u jiddiskutu, jifirħu u jistrieħu mill‑għeja tax‑xogħol, jisimgħu taħditiet interessanti u edukattivi, igawdu l‑kumpanija ta’ xulxin, isiefru u jiltaqgħu ma’ żgħażagħ barranin, u jiżviluppaw fil‑ħajja Nisranija. F’dawn il‑25 sena l‑YTC kienet dejjem forza ħajja ta’ ġid li minnha gawdew eluf ta’ żgħażagħ Maltin. Is‑safar, li l‑organizzatur ewlieni tiegħu huwa Dun Maurice, megħjun minn Miss Pauline Azzopardi, jiġi organizzat f ’kull staġun tas‑sena. Fix‑xitwa l‑YTC jorganizza diversi ġiti wħud f ’xi bliet barranin, bħal Munich, lnnsbruck u Salzburg, imma f ’dan l‑istaġun il‑biċċa l‑kbira tas‑safar huwa vaganzi

ta’ skiing. Il‑YTC huwa msemmi għal dan is‑safar ta’ skiing, għax l‑ewwel nett joffri postijiet u lukandi b’panorama u b’veduti mill‑isbah tal‑muntanji; it‑tieni għax ikollok il‑gwida u b’hekk titgħallem u tipprattika sport ġdid għalina l‑Maltin, u wkoll għax dan is‑safar ikun organizzat bi prezz moderat biex b’hekk ma jittaqqab il‑but ta’ ħadd. Fis‑sajf, il‑YTC jorganizza għadd ta’ ġiti minn ġimgħa sa ħmistax‑il ġurnata. L‑exchanges, li l‑biċċa l‑kbira tagħhom ikunu għall‑Ġermanja, huma mmirati għaż‑żgħażagħ ta’ bejn it‑tmintax u t‑tletin sena. Il‑prezz ta’ dan it‑tip ta’ safar ikun irħis ħafna għax iż‑żgħażagħ ma jmorrux joqogħdu f ’xi lukanda, iżda f ’Youth Hostels jew f ’xi Youth Centre, bħal f ’Germershausen qrib Gottingen. L‑għan ta’ dawn l‑exchanges huwa li nkabbru l‑kuntatti tagħna ma’ żgħażagħ Maltin mhux membri, imma li jsiefru magħna u li nsiru nafu aktar fuq pajjiżi u żgħażagħ barranin. Ħafna minn dawn iż‑żgħażagħ li norganizzaw l‑exchanges magħhom, ikunu


Settembru 2021

diġà ġew iżuruna f ’Malta u jkunu qagħdu għall‑vaganza tagħhom fil‑bangalow tal‑YTC fil‑Buskett. Il‑YTC jagħmel minn kollox biex jorganizzalhom programm mill‑isbaħ u jara li ma jkun jonqoshom xejn. Min‑naħa tagħhom, huma wkoll jilqgħuna mill‑aħjar meta mmorru nżuru pajjiżhom. Il‑programm ta’ dawn l‑exchanges ikun mimli attivitajiet kulturali, edukattivi u naturalment rikreattivi. Fl‑exchange li sar din is‑sena fil‑Ġermanja (Gottingen, Frankfurt u Rudesheim) żorna l‑birrerija f ’Gottingen u darba oħra morna Wirtgassen naraw l‑Atomic Power Station. Żorna wkoll ħafna bliet, bħal Darmstadt u Heidelherg Kassel, u morna ġurnata fuq ix‑xmara Rhine. Minbarra l‑exchanges, il‑YTC jorganizzza Work Camps. Għal dawn l‑aħħar ħames snin ġew organizzati Work Camps ma’ għaqda Ġermaniża jisimha Kolping. Dawn iż‑żgħażagħ joqogħdu Malta għal madwar tliet ġimgħat. Ex‑membru tagħna, Philip Camilleri jipprepara pjan ta’ xogħol għall‑bangalow fil‑Buskett li jsir minn dawn iż‑żgħażagħ Ġermaniżi. Dan ix‑xogħol jinkludi: tibjid, żebgħa, żebgħa ta’

sodod, ħjata, bini ta’ ħitan tas‑sejjiegħ u tiswijiet oħra meħtieġa. Għaldaqstant, dawn iż‑żgħażagħ, tul il‑btala tagħhom f ’MaIta ma jħallsux flus. Iż‑żgħażagħ Ġermaniżi dejjem ħarġu kuntenti u l‑għaqda li torganizzahom kitbitilna biex tgħidilna li dan huwa wieħed mill‑Work Camps tagħha li l‑aktar li jirnexxi. Fis‑sajf norganizzaw diversi mawriet għal bliet barranin, fosthom Vjenna, Lourdes, Pariġi u postijiet oħra. Dan it‑tip

ta’ safar huwa organizzat għal kulħadd. Dawn il‑ġiti jkunu mmexxija minn diversi gwidi ta’ esperjenza li jagħmlu l‑almu tagħhom biex imexxu programm interessanti u mimli daqs bajda. Din is‑sena wieħed mill‑aktar programmi li marru tajjeb kien proprju għal Pariġi u Euro Disney. Xejn ma ngħidilkom, titilfux l‑opportunità li ssiefru mal‑YTC għax tieħdu pjaċir żgur. Silta meħuda minn ktejjeb li ħareġ apposta għall‑okkażjoni.  33


Settembru 2021

Jum Dinji Missjunarju – 24 ta’ Ottubru 2021

Ghax ahna

MA NISTGHUX MA

NITKELLMUX FUQ DAK LI

RAJNA U SMAJNA ATTI 4:20

5061 9294 għal donazzjoni ta’

5070 2063 għal donazzjoni ta’

SMS:

TEL:

€11.65

€15

Għin liċ‑Ċentru Arrupe jagħti l‑kuraġġ lin‑nies b’diżabilità fil‑Kambodja. Agħti donazzjoni llum. Grazzi. Jien. Int. Aħna. Flimkien. (V0/1178)

MISSIO (UFFIĊĊJU MISSJUNARJU) Tel: 2123 6962 www.missio.org.mt 34

90

sena ħidma għall‑missjoni


ĠURNATA MISSJUNARJA 2021

Settembru 2021 24 ta' Ottubru 2021 ‑ Ġurnata Missjunarja

Għax aħna ma nistgħux ma nitkellmux fuq dak li rajna u smajna.

I

ċ‑ċelebrazzjoni tal‑Ġurnata Missjunarja Dinjija hija okkażjoni biex mill‑ġdid nisħqu fuq it‑talb, ir‑riflessjoni u l‑għajnuna materjali tagħna sabiex ikunu opportunità ħalli nieħdu sehem attiv fil‑missjoni ta’ Ġesù fil‑Knisja tiegħu. L‑għan tal‑ġbir li jsir waqt iċ‑ċelebrazzjonijiet liturġiċi tat‑Tielet Ħadd t’Ottubru, u li permezz tiegħu nuru l‑imħabba tagħna, huwa li jsostni l‑ħidma missjunarja li ssir f’isem il‑Papa mill‑Opri Missjunarji Pontifiċji (Missio) sabiex tingħata l‑għajnuna spiritwali u materjali lill‑popli u

lill‑knejjes fid‑dinja kollha, għas‑salvazzjoni ta’ kulhadd. Papa Franġisku għoġbu jagħżel it‑tema: “Għax aħna ma nistgħux ma nitkellmux fuq dak li rajna u smajna.” Atti 4:20 Dan huwa l‑appell annwali tal‑Knisja Kattolika madwar id‑dinja kollha, li fil‑gżejjer Maltin hija rappreżentata minn Missio Malta, għall‑Ġurnata

Missjunarja 2021, li din is‑sena ser taħbat nhar il‑Ħadd 24 t’Ottubru. 

‑

Rivista missjunarja b’40 paġna, kollha bil‑kulur, maħruġa minn Missio (Uffiċċju Missjunarju) għal aktar minn 80 sena Aġġorna ruħek fuq id‑Dinja Missjunarja. Abbona fir‑Rivista Malta Missjunarja fejn issib:

Aħbarijiet mid‑dinja missjunarja | Intenzjoni tax‑xahar Esperjenzi missjunarji Maltin u Għawdxin | Ċajt u kompetizzjonijiet Dan kollu għall‑prezz ta’ €10.00 fis‑sena

Tista’ tabbona online fuq: www.missio.org.mt

35


RIĊETTA TRADIZZJONALI

Settembru 2021

FRITTATA MOĦMIJA MILL‑PERSJA

Metodu: • Ġo skutella kbira ħabbat sew il‑bajd flimkien mal‑ġobon maħkuk u l‑bżar. • Għaffeġ l‑irkotta, żidha mat‑taħlita u ħawwad sew. • Ġo taġen jew fil‑‘microwave’, saħħan għal ftit minuti l‑perżut u l‑faqqiegħ. X’għandek bżonn: • 250 gramma rkotta

• Qatta’ l‑ispinaċi u żidha mat‑taħlita flimkien mal‑perżut u l‑faqqiegħ.

• Ftit spinaċi friska jew tal‑friża

• Żid it‑tadam mat‑taħlita.

• Ftit faqqiegħ

• Idlek sew biż‑żejt dixx tal‑forn u ferra’ t‑taħlita fih.

• Perżut tal‑koxxa • Tadam żgħir • 4 bajdiet

• Aħmi l‑frittata ġo forn sħun fuq sħana moderata għal madwar nofs siegħa; sakemm tkun saret minn kullimkien.

• Ftit ġobon maħkuk • Bżar

‫ناج شون‬ (L‑ikla t‑tajba)

Jiena: ______________________________________________________________________________________________ Indirizz: __________________________________________________________________________________________ ________________________________________________

Kodiċi Postali: _________________________________

Tel/Mob: ___________________________________ E‑mail: __________________________________________ Nixtieq: Inġedded l‑abbonament tiegħi Nibda nirċievi r‑rivista d‑dar bil‑posta Nagħti abbonament rigal lil:

Imla l‑formola u ibgħatha flimkien ma’ ċekk pagabbli lil Missio fuq: Abbonament Malta Missjunarja Missio, 7, Triq il‑Merkanti, Valletta, VLT 1171

Isem: _________________________________________________________________________________________________________ Indirizz: _____________________________________________________________________________________________________ ________________________________________________

Kodiċi Postali: _________________________________

Tel/Mob: ___________________________________ E‑mail: __________________________________________ 36

Jien. Int. Aħna. Flimkien. (VO/1178)


FAITH H

ARITY H

E &C P O

G IF

T SHOP

Settembru 2021

Il‑ħanut qed ikun miftuħ mit‑Tnejn sal‑Ġimgħa bejn id‑9:00am u l‑5:00pm. Is‑Sibt bejn id‑9:00am u s‑1:00pm. Tista’ wkoll tixtri onlajn mill‑ħanut Faith Hope & Charity billi żżur https://zaype.com/FHCshop 7, Triq il‑Merkanti, il‑Belt Valletta Tel: 21234328

Sibna wkoll fuq Facebook: Faith Hope & Charity Qed nagħmlu ‘Home Deliveries’

37


KOMPETIZZJONI ‑ SETTEMBRU 2021

Settembru 2021

LOGĦBA TAL‑LOĠIKA

Wara li taqra l‑ħjiliet t’hawn taħt, ipprova aqta’ x’kulur għandha kull vettura fil‑garaxx ta’ Robert. Uża l‑kaxxi tat‑tabella biex jgħinuk. Ikteb it‑tweġibiet tiegħek fil‑vojt u ibgħathom flimkien ma’ ismek, kunjomok u l‑indirizz hekk: Malta Missjunarja – Kompetizzjonijiet, Nru.150, Missio, Triq Lorenzo Gafà, il‑Mosta MST 4128. L‑ewwel tweġiba tajba li tittella’ bil‑polza tirbaħ kupun ta’ €15 li jissarraf mill‑ħanut ta’ Missio, ‘Faith, Hope & Charity’ fil‑Belt Valletta. ISWED

ABJAD

GRIŻ

1. It‑trakk la hu abjad u lanqas iswed.

AĦMAR

TRAKK

2. Robert raħħas il‑karozza l‑ħamra aktar mill‑vetturi l‑oħra.

KAROZZA MUTUR

3. Il‑mutur huwa lewn il‑borra.

VANN

It‑trakk huwa ta’ kulur ______________________. Il‑karozza hija ta’ kulur ____________________. Il‑mutur huwa ta’ kulur _____________________. Il‑vann huwa ta’ kulur _____________________. Isem u Kunjom: __________________________________________________________________________________ Indirizz:_________________________________________________________________________________________ _____________________________________________________ Kodiċi Postali: ________________________________

Soluzzjoni tal‑Kompetizzjoni ta’ Lulju 2021: Ir‑rebbieħ tal‑kompetizzjoni huwa Nicolai Vella mis‑Siġġiewi. Grazzi lil kull min bagħtilna t‑tweġibiet.

BEN JANA FRANS

Prosit lir‑rebbieħ. Huwa jirċievi ittra bil‑posta mingħandna biex ikun jista’ jsarraf il‑kupun.

Ġ

SONJA

BASEBALL

VOLLEYBALL

FOOTBALL

✔ ✖ ✖ ✖

✖ ✖ ✔ ✖

✖ ✖ ✖ ✔

✖ ✔ ✖ ✖

Nitbissmu ftit:

amri beda jaħdem ta’ pustier, iqassam l‑ittri f’żona ta’ vilel kbar. Ħdejn xatba ta’ villa partikolari, Ġamri ra tifel u kelb kbir. Ġamri lit‑tifel: Il‑kelb tiegħek jigdem?

Tifel: Le, ma jigdimx. Iżda, kif Ġamri daħħal idu minn bejn il‑vireg tax‑xatba biex jimposta l‑ittra, il‑kelb ħataflu idu u tgħidx kemm werżaq bl‑uġigħ! 38

BASKETBALL

Ġamri rrabjat: Int m’għedtlix li l‑kelb tiegħek ma jigdimx? Tifel: Dan mhuwiex il‑kelb tiegħi!

K

arl wasal id‑dar b’żewġ kotba identiċi. Martu staqsietu: “Issa dawn x’tambihom, it‑tnejn eżatt l‑istess?” Karl ipponta lejn it‑titlu tal‑kotba li kien jgħid: ‘Kif issolvi nofs il‑problemi tal‑ħajja’, u weġibha: “Xtrajt tnejn ħalli nsolvi l‑problemi kollha ta’ ħajti!


Settembru 2021 24 ta' Ottubru 2021 ‑ Ġurnata Missjunarja

Eżempji sbieħ

Mulej ilqa’ f’Saltnatek lill‑benefatturi tagħna, familjari u ħbieb. • Marzu 2021 Angela Mifsud miż-Żejtun. • 16 ta’ April 2021 Victor Desira miż-Żejtun. • 22 ta’ Ġunju 2021 Ċettina Abela

• Knisja Parrokkjali Santa Katerina, iż‑Żurrieq • John Farrugia u Catherine Grech miż‑Żurrieq • M’Grace Falzon mill‑Gudja

• 24 ta’ Ġunju 2021 Josephine Grech

• Roslyn Spiteri minn Pembroke

• 20 ta’ Lulju 2021 Catherine Desira miż-Żejtun.

Taw bolol użati li jinbiegħu lill‑kollezzjonisti, kif ukoll irċevuti fiskali u muniti antiki.

• 30 ta’ Lulju 2021 Joe Galea mis-Swieqi • 2 ta’ Awwissu 2021 Carmela Debono (GOLDA) mill-Marsa Agħtihom O Mulej il‑mistrieħ ta’ dejjem.

Grazzi mill‑qalb tal‑kontribut tagħkom lejn il‑missjoni. Il‑qligħ imur għall‑proġetti b’risq il‑missjoni.

Nota: It‑tfal kollha huma mħeġġa jidħlu fil‑paġna ta' Facebook Missio Malta Events Page/ Tfal Missjunarji fejn jistgħu jsibu diversi logħbiet u attivitajiet ta' interess.

Missio Malta • Missio Tfal 39


Settembru 2021

Siefer magħna f’Settembru Berchtesgaden Half Board -

Salzburg Bratislava Vienna

895 - kull persuna f’kamra doppja

Il-Polonja Half Board għal min jibbukkja sal-15 t’ Awwissu

945 - kull persuna f’kamra doppja

Il-Maċedonja tan-Nord Half Board -

795 - kull persuna f’kamra doppja

Lourdes Full Board -

615 - kull persuna f’kamra doppja

Tel: 2122 2040 • SMS: 7979 2040 40

Imejl: info@ytc.com.mt • Facebook: ytctraveltours • Websajt: www.ytc.com.mt


Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Malta Missjunarja Settembru 2021 by Missio Malta - Issuu