UNJONI MISSJUNARJA ‑ DUN CHARLES BUTTIGIEG
Settembru 2021
Intenzjoni Missjunarja: Settembru 2021 Intenzjoni Universali – Ħajja Ambjentalment Sostenibbli
“Nitolbu sabiex ilkoll kemm aħna nagħmlu għażliet kuraġġużi għall‑ħajja sempliċi u ambjentalment sostenibbli, u nifirħu għaż‑żgħażagħ tagħna li huma determinati li jagħmlu dan.” 6
L
‑Enċiklika ta’ Papa Franġisku ‘Laudato sì mì Signore’, tistedinna biex inħarsu lejn l‑opra tal‑ħolqien bħala oħtna u lejn Alla l‑Ħallieq bħala Missierna lkoll. Fil‑bidu l‑enċiklika fin‑numru 10 tpoġġi lil San Franġisk bħala l‑qaddis mudell ta’ dan it‑tagħlim tagħha; il‑qaddis t’Assisi li kien jgħin lill‑foqra u jħobb in‑natura. Għalhekk, l‑enċiklika mhix nieqsa mill‑messaġġ ta’ tama: “Aħna l‑bnedmin għad għandna fina dik il‑ħila li nikkollaboraw biex nibnu d‑dar komuni tagħna”, kif
naqraw fin‑numru 13. U għalhekk il‑Knisja qed tistieden lill‑bnedmin kollha sabiex iħarsu u jibżgħu għall‑ambjent ta’ madwarhom, kif turina fin‑numru 8 sabiex nagħrfu d‑dnubiet kontra l‑ħolqien. Din hija l‑preokkupazzjoni tal‑Papa kif naraw fin‑numru 19: “Qed tinħass sensibbiltà li qed tiżdied dwar l‑ambjent u l‑kura tan‑natura, u qed timmatura preokkupazzjoni sinċiera u doloruża għal dak li qed jiġri lill‑pjaneta tagħna”. Hekk sostna l‑Patrijarka ta’ Kostantinopli tal‑Knisja Ortodossa