Malta Missjunarja Settembru 2021

Page 4

Settembru 2021

MESSAĠĠ MID‑DIRETTUR – MONS. VALENT BORG

Il‑Fidi Missjunarja

bix‑xandir tal‑kelma u kemm bix‑xhieda ta’ ħajjithom. Il‑fidi tal‑appostli kienet fidi missjunarja, fis‑sens li għenithom joħorġu minnhom infushom, u jmorru fil‑pjazez u fl‑ibliet li qatt ma ħolmu li jmorru.

Ġ

It-Tlugħ ta' Kristu fis-Sema' (1304-1306) ta' Giotto.

esù, qabel tela’ s‑sema, amar lill‑appostli: “Morru fid‑dinja kollha xandru l‑bxara t‑tajba lill‑ħolqien kollu.” (Mk. 16:15) Ġesù, bil‑misteru tal‑Għid, wettaq il‑pjan tas‑salvazzjoni mħejji mill‑Missier qabel kull żmien. Dan il‑pjan ma kienx biss għall‑poplu magħzul, iżda għall‑bnedmin kollha ta’ kull post, żmien, kultura u lsien. Ġesù, li miet, irxoxta u tela’ fuq in‑naħa tal‑lemin tal‑Missier, sar is‑Salvatur waħdieni tal‑bnedmin kollha. San Pietru b’kuraġġ kbir stqarr dan quddiem is‑saċerdoti kbar, ix‑xjuħ u l‑kapijiet tal‑poplu: “F’ħadd 4

ħliefu m’ hemm salvazzjoni għax imkien taħt is‑sema m’ hemm isem ieħor mogħti lill‑bnedmnin li bih aħna għandna nkunu salvi.” (Atti 4:12) L‑appostli mill‑ewwel fehmu li d‑don tal‑fidi li l‑Mulej tahom, ma kienx għalihom infushom biss, biex jieħdu gost waħedhom u daqshekk. Il‑Mulej tahom dan id‑don biex jaqsmuh u jxerrduh ma’ kulħadd. L‑istess ktieb tal‑Atti tal‑Appostli jgħidilna li: “Il‑kelma t’Alla kienet tinxtered dejjem aktar; l‑għadd tad‑dixxipli kien jiżdied ħafna.” (6:7) L‑appostli kienu jagħmlu dan kemm

Illum, nistgħu nxebbhu l‑fidi tagħna ma’ dik tal‑appostli, jiġifieri, hija fidi missjunarja? Dan ma jfissirx li wieħed irid iħalli lil artu u jmur f ’pajjiż imbiegħed biex ixandar lil Kristu. Fidi missjunarja tfisser li wieħed irid jitgħallem kuljum imut għalih innifsu biex joħrog mill‑fosdqa tiegħu ħalli jkun ta’ servizz lejn l‑oħrajn. L‑Ispirtu s‑Santu jaf jinqeda b’din ix‑xhieda biex jiġbed aktar bnedmin lejn il‑Mulej Ġesù. Aħjar wieħed ma jgħidx li hu Nisrani milli jistqarr u jiftaħar li hu Nisrani bla ma jkun. Wieħed ikun strument tajjeb f ’idejn il‑Mulej daqskemm il‑kelma tiegħu


Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.
Malta Missjunarja Settembru 2021 by Missio Malta - Issuu