ĠURNATA MISSJUNARJA 2021
Settembru 2021 24 ta' Ottubru 2021 ‑ Ġurnata Missjunarja
Għax aħna ma nistgħux ma nitkellmux fuq dak li rajna u smajna.
I
ċ‑ċelebrazzjoni tal‑Ġurnata Missjunarja Dinjija hija okkażjoni biex mill‑ġdid nisħqu fuq it‑talb, ir‑riflessjoni u l‑għajnuna materjali tagħna sabiex ikunu opportunità ħalli nieħdu sehem attiv fil‑missjoni ta’ Ġesù fil‑Knisja tiegħu. L‑għan tal‑ġbir li jsir waqt iċ‑ċelebrazzjonijiet liturġiċi tat‑Tielet Ħadd t’Ottubru, u li permezz tiegħu nuru l‑imħabba tagħna, huwa li jsostni l‑ħidma missjunarja li ssir f’isem il‑Papa mill‑Opri Missjunarji Pontifiċji (Missio) sabiex tingħata l‑għajnuna spiritwali u materjali lill‑popli u
lill‑knejjes fid‑dinja kollha, għas‑salvazzjoni ta’ kulhadd. Papa Franġisku għoġbu jagħżel it‑tema: “Għax aħna ma nistgħux ma nitkellmux fuq dak li rajna u smajna.” Atti 4:20 Dan huwa l‑appell annwali tal‑Knisja Kattolika madwar id‑dinja kollha, li fil‑gżejjer Maltin hija rappreżentata minn Missio Malta, għall‑Ġurnata
Missjunarja 2021, li din is‑sena ser taħbat nhar il‑Ħadd 24 t’Ottubru.
‑
Rivista missjunarja b’40 paġna, kollha bil‑kulur, maħruġa minn Missio (Uffiċċju Missjunarju) għal aktar minn 80 sena Aġġorna ruħek fuq id‑Dinja Missjunarja. Abbona fir‑Rivista Malta Missjunarja fejn issib:
Aħbarijiet mid‑dinja missjunarja | Intenzjoni tax‑xahar Esperjenzi missjunarji Maltin u Għawdxin | Ċajt u kompetizzjonijiet Dan kollu għall‑prezz ta’ €10.00 fis‑sena
Tista’ tabbona online fuq: www.missio.org.mt
35