Malta Missjunarja Settembru 2021

Page 32

MILL‑PASSAT TAL‑YTC

Settembru 2021

F’għeluq il‑25 Sena (1968‑1993)

D

in is‑sena jmissna niċċelebraw, għax għalaqna 25 sena minn mindu twaqqfet il‑YTC. Kien fl‑1968 meta nibtet l‑idea li fil‑Catholic Tourist Council titwaqqaf fergħa għaż‑żgħażagħ bil‑ħsieb li torganizza attivitajiet għal żgħażagħ barranin li jiġu Malta għall‑vaganzi. Din il‑fergħa ġiet imsejħa Youth Travel Circle, u tħalliet f ’idejn Dun Maurice Mifsud u grupp ta’ kollaboraturi. Aktar tard żviluppat f ’għaqda għaż‑żgħażagħ Maltin u bdiet toffrilhom opportunitajiet ta’ safar fi programmi internazzjonali li kienu jsiru l‑Ġermanja. F’Malta wkoll kibret u żiedet fil‑membri. Il‑YTC, kif hija msejħa minn kulħadd, bdiet torganizza ħafna attivitajiet li ġibdu eluf ta’ żgħażagħ u tathom iċ‑ċans li jiltaqgħu flimkien, isiru jafu ħafna ħbieb, u għal numru mhux ħażin serviet biex iltaqgħu koppji u 32

żżewġu. Il‑YTC organizzat ħafna attivitajiet ta’ kultura kif ukoll ħafna laqgħat edukattivi. Għalkemm ma kienet qatt organizzazzjoni ta’ ħafna daqq ta’ trombi u ftaħir, il‑kumitati tagħha u l‑membri għamlu ħafna u ħafna xogħol fost iż‑żgħażagħ, u għenu fl‑edukazzjoni li ma taqta’ qatt fil‑ħajja lil żgħażagħ li kienu telqu t‑tagħlim u l‑iskola. Fil‑YTC sabu post fejn jitkellmu u jiddiskutu, jifirħu u jistrieħu mill‑għeja tax‑xogħol, jisimgħu taħditiet interessanti u edukattivi, igawdu l‑kumpanija ta’ xulxin, isiefru u jiltaqgħu ma’ żgħażagħ barranin, u jiżviluppaw fil‑ħajja Nisranija. F’dawn il‑25 sena l‑YTC kienet dejjem forza ħajja ta’ ġid li minnha gawdew eluf ta’ żgħażagħ Maltin. Is‑safar, li l‑organizzatur ewlieni tiegħu huwa Dun Maurice, megħjun minn Miss Pauline Azzopardi, jiġi organizzat f ’kull staġun tas‑sena. Fix‑xitwa l‑YTC jorganizza diversi ġiti wħud f ’xi bliet barranin, bħal Munich, lnnsbruck u Salzburg, imma f ’dan l‑istaġun il‑biċċa l‑kbira tas‑safar huwa vaganzi

ta’ skiing. Il‑YTC huwa msemmi għal dan is‑safar ta’ skiing, għax l‑ewwel nett joffri postijiet u lukandi b’panorama u b’veduti mill‑isbah tal‑muntanji; it‑tieni għax ikollok il‑gwida u b’hekk titgħallem u tipprattika sport ġdid għalina l‑Maltin, u wkoll għax dan is‑safar ikun organizzat bi prezz moderat biex b’hekk ma jittaqqab il‑but ta’ ħadd. Fis‑sajf, il‑YTC jorganizza għadd ta’ ġiti minn ġimgħa sa ħmistax‑il ġurnata. L‑exchanges, li l‑biċċa l‑kbira tagħhom ikunu għall‑Ġermanja, huma mmirati għaż‑żgħażagħ ta’ bejn it‑tmintax u t‑tletin sena. Il‑prezz ta’ dan it‑tip ta’ safar ikun irħis ħafna għax iż‑żgħażagħ ma jmorrux joqogħdu f ’xi lukanda, iżda f ’Youth Hostels jew f ’xi Youth Centre, bħal f ’Germershausen qrib Gottingen. L‑għan ta’ dawn l‑exchanges huwa li nkabbru l‑kuntatti tagħna ma’ żgħażagħ Maltin mhux membri, imma li jsiefru magħna u li nsiru nafu aktar fuq pajjiżi u żgħażagħ barranin. Ħafna minn dawn iż‑żgħażagħ li norganizzaw l‑exchanges magħhom, ikunu


Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.
Malta Missjunarja Settembru 2021 by Missio Malta - Issuu