EDITORJAL – CLAUDIA CINI
Settembru 2021
Jien. Int. Aħna. Flimkien.
Il‑Madonna tad‑Dmugħ
VO/1178
Missio ‑ [Uffiċċju Missjunarju], 7, Triq il‑Merkanti, il‑Belt Valletta VLT 1171. Ħinijiet: mit‑Tnejn sal‑Ġimgħa: 9.00am ‑ 1.00pm Donazzjonijiet jistgħu jitħallew fil‑ħanut Faith Hope & Charity mit‑Tnejn sal‑Ġimgħa: 1.00pm ‑ 7.00pm / Is‑Sibt: 9.00am ‑ 1.00pm Missio: Nru. 150, Triq Lorenzo Gafà, il‑Mosta MST 4128. Ħinijiet: mit‑Tnejn sal‑Ġimgħa: 8.00am ‑ 4.00pm Tel: 2123 6962 • Fax: 21231272 Imejl: info@missio.org.mt • Websajt: www.missio.org.mt Uffiċċju Missjunarju, 7, Triq l‑Imgħallem, ir‑Rabat, Għawdex VCT 9066. Tel: 2155 0267 • Imejl: gozo@missio.org.mt Ħinijiet: mit‑Tnejn sal‑Ġimgħa: 8.30am ‑ 12.00pm BORD EDITORJALI Editur: Claudia Cini (claudia@missio.org.mt) Membri:Mons. Valent Borg Dun Victor Agius, Mario Scicluna, Dun Karm Portelli, Kav. Emmanuel Cutajar KCHS, Robert Farrugia Websajt u Facebook:
missiomalta
Qari tal‑Provi: John Caruana Grafika: James Trapani (gakbu@gakbu.com) Malta Missjunarja hija Rivista Missjunarja ta’ kull xahar. L‑ewwel ħarġa: Settembru 1932 bl‑isem ta’ Malta Missjunarja. Jannar 1978: bidla fl‑isem għal Knisja Missjunarja. Frar 2003: mill‑ġdid Malta Missjunarja. Abbonament għal sena €10.00
F’din il‑ħarġa: 2 Editorjal 4 Messaġġ mid‑Direttur 6 Unjoni Missjunarja 8 Propagazzjoni tal‑Fidi 12 San Pietru Appostlu 16 Santa Infanzja 22 Qaddis tax‑Xahar 24 90 Sena ta’ Storja 28 Dehriet tal‑Madonna 32 Mill‑Passat tal‑YTC 35 Ġurnata Missjunarja 2021 36 Riċetta Tradizzjonali 38 Kompetizzjoni u Ċajt 39 Nitolbu għall‑Mejtin Tagħna Ritratt tal‑faċċata: Ix-Xbieha Mirakoluża tal-Madonna tad-Dmugħ. 2
X
Il-koppja bix-xbieha tal-Madonna.
bieha tal‑Madonna ngħatat bħala rigal tat‑tieġ lill‑koppja minn Sirakuża li żżewġet fil‑21 ta’ Marzu 1953. Il‑koppja, Angelo u Antonina Iannuso, għalkemm ammettew li ma kinux nies reliġjużi, dendlu x‑xbieha fuq is‑sodda tagħhom. Antonina ma damitx ma ħarġet tqila, iżda t‑tqala tagħha kienet diffiċli għaliex Antonina bdiet tbati minn konvulżjonijiet kawżati minn kundizzjoni jgħidulha ‘texomia’ u kienet ukoll kultant titlef id‑dawl t’għajnejha. Fid‑29 t’Awwissu 1953, 68 sena ilu, meta Antonina kienet taħt wieħed minn dawn l‑attakki, stenbħet u bdiet tara sewwa. “Jiena ftaħt għajnejja,” tgħid Antonina, “u ħarist lejn dik ix‑xbieha tal‑Madonna u rajtha tibki. Jiena stagħġibt ħafna u sejjaħt malajr lil oħt ir‑raġel, Grace u liz‑zija Antonina Sgarlata, u għedtilhom x’rajt. Għall‑ewwel ħasbu li kienu xi alluċinazzjonijiet ikkawżati mill‑marda tiegħi, imma mbagħad huma resqu aktar viċin tax‑xbieha u raw li tassew id‑dmugħ kien ħiereġ minn għajnejn