Marzu 2022
ESPERJENZI REALI – DUN VICTOR AGIUS
“Grazzi Missio, Għamiltuni Nies!”
X
taqna naqsmu magħkom din l‑ittra sabiħa li rċevejna mingħand Dun Susai għax turi kif l‑għajnuna, li b’tant imħabba aħna lkoll qed nagħtu lil xi saċerdoti, qed isservi mhux biss biex timla l‑istonku ta’ min hu bil‑ġuħ, imma aktar minn hekk qed isservi sabiex tibni bnedmin ġodda li jibdew jaħsbu fl‑oħrajn. Lill‑benefatturi kollha tagħna ngħidulkom: GRAZZI.
dawn l‑aħħar mewġiet tal‑pandemija u t‑tbatijiet marbuta magħhom. Nibqgħu nitolbu għalikom u għal kulħadd fid‑dinja. Nirringrazzjaw ’l Alla għall‑għajnuna tagħkom lill‑Ilanthalir. Fiż‑żmien tal‑Milied, fejn fraħna bil‑ħbiberija tagħna magħkom u qsamna l‑ferħ ma’ xulxin, nixtiequ nsellmulkom billi ngħidulkom grazzi u naġġornawkom fuq ħajjitna u dak li qed nagħmlu.
Għeżież Ħbieb,
Ilanthalir beda fl‑1997 minn raħal ċkejken fin‑Nofsinhar tal‑Indja biex jgħin lit‑tfal fl‑irħula għal edukazzjoni aħjar. Sa minn dak iż‑żmien il‑ħajja ta’ ħafna marret għall‑aħjar; hemm min laħaq għalliem/a, ners, inġinier jew intraprenditur. Xi wħud saru qassisin jew sorijiet. Issa dan il‑proġett għalaq 25 sena ta’ servizz għat‑tfal u għall‑foqra. It‑tfal li qed jiġu sponsorjati, ħafna minnhom ġejjin minn erba’ distretti fl‑istat ta’ Tamil Nadu. Dan l‑istat għandu popolazzjoni ta’ 78.8 miljun
L‑isbaħ xewqat minni Dun Susai u minna lkoll f ’Ilanthalir. Nixtiequ u nitolbu li intom ilkoll tinsabu tajbin u b’saħħitkom wara 8
ruħ. Dawn l‑erba’ distretti, bħal ħafna oħrajn, għandhom ftit xita u allura hemm nixfa kbira. Il‑maġġoranza tan‑nies fiż‑żona huma bdiewa bla esperjenza jew ħaddiema migranti minn bliet fil‑viċin. Peress li l‑ġenituri jemigraw ta’ spiss, Ilanthalir fetħet dar għat‑tfal tagħhom biex hekk ma jħarbtux l‑edukazzjoni tagħhom. It‑tfal l‑oħra jew jibqgħu d‑dar u jistudjaw, jew isibu akkomodazzjoni fil‑ħostel affiljat mal‑iskejjel jew kulleġġi rispettivi