NEWSPAPER POST Marzu 2022 SENA 90
Maratona fuq it-TV
b’risq il-Missjoni
IS‑SIBT 12 TA’ MARZU 2022 mill-11am sal-11pm
Xandira LIVE fuq it‑televiżjoni mill‑WE Studios
IL‑LINJI HUMA MIFTUĦIN
5170 2063 ‑ €15 5180 2064 ‑ €25 5190 2061 ‑ €50 SMS 5061 8820 ‑ €6.99
A RJ
MA L
Grazzi tad‑donazzjoni tagħkom MISSJUNA TA
2022
Jien. Int. Aħna. Flimkien.
SEN A
MI
SS
TAʼ SE
JO N
I
1932 R V IZ Z G Ħ A L L-
VO/1178
02 Niċċelebraw 200 Sena Missjoni 08 Grazzi Missio, Għamiltuni Nies! 22 L‑Ewwel Qaddis Mill‑Pakistan 32 Il‑Madonna tad‑Duluri f’Castelpetroso għal donazzjoni www.missio.org.mt
|
2123 6962
|
7 Triq il‑Merkanti, Valletta
|
7 Triq l‑Imgħallem, Ir‑Rabat Għawdex
EDITORJAL – CLAUDIA CINI
Marzu 2022
Jien. Int. Aħna. Flimkien.
Niċċelebraw 200 Sena Missjoni
VO/1178
Missio ‑ [Uffiċċju Missjunarju], 7, Triq il‑Merkanti, il‑Belt Valletta VLT 1171. Ħinijiet: mit‑Tnejn sal‑Ġimgħa: 9.00am ‑ 1.00pm Donazzjonijiet jistgħu jitħallew fil‑ħanut Faith Hope & Charity mit‑Tnejn sal‑Ġimgħa: 1.00pm ‑ 7.00pm / Is‑Sibt: 9.00am ‑ 1.00pm Missio: Nru. 150, Triq Lorenzo Gafà, il‑Mosta MST 4128. Ħinijiet: mit‑Tnejn sal‑Ġimgħa: 8.00am ‑ 4.00pm Tel: 2123 6962 • Fax: 21231272 Imejl: info@missio.org.mt • Websajt: www.missio.org.mt Uffiċċju Missjunarju, 7, Triq l‑Imgħallem, ir‑Rabat, Għawdex VCT 9066. Tel: 2155 0267 • Imejl: gozo@missio.org.mt Ħinijiet: mit‑Tnejn sal‑Ġimgħa: 8.30am ‑ 12.00pm BORD EDITORJALI Editur: Claudia Cini (claudia@missio.org.mt) Membri:Mons. Valent Borg Dun Victor Agius, Mario Scicluna, Dun Karm Portelli, Kav. Emmanuel Cutajar KCHS, Robert Farrugia Websajt u Facebook:
missiomalta
Qari tal‑Provi: John Caruana Grafika: James Trapani (gakbu@gakbu.com) Malta Missjunarja hija Rivista Missjunarja ta’ kull xahar. L‑ewwel ħarġa: Settembru 1932 bl‑isem ta’ Malta Missjunarja. Jannar 1978: bidla fl‑isem għal Knisja Missjunarja. Frar 2003: mill‑ġdid Malta Missjunarja. Abbonament għal sena €10.00
F’din il‑ħarġa: 2 Editorjal 4 Messaġġ mid‑Direttur 6 Intenzjoni Missjunarja 8 Esperjenzi Reali 12 Ir-Randan Imqaddes 14 Ittra Mill-Missjoni 16 Il‑Ħajja Fil‑Missjoni 22 Il‑Qaddis tax‑Xahar 24 90 Sena ta’ Storja 28 Nikkumbattu l‑Malnutrizzjoni fl‑Etjopja Permezz ta’ Ġonna fil‑Komunità 33 Dehriet tal‑Madonna 36 Riċetta Tradizzjonali 38 Kompetizzjoni u Ċajt 39 Nitolbu għall‑Mejtin Tagħna Ritratt tal‑faċċata: Powster uffiċjali tal-Maratona Hope MissioFest 2022. 2
M
issio bdiet bil‑viżjoni ta’ mara waħda. 200 sena ilu żagħżugħa Franċiża, Pauline Marie Jaricot (1799‑1862), kellha l‑viżjoni ta’ netwerk internazzjonali ta’ talb u appoġġ għall‑ħidma missjunarja. Mill‑impenn ta’ din il‑mara waħda, il‑missjoni globali tal‑Knisja sabet sostenn u appoġġ. Bħala lajka impenjata sabiex tappoġġa l‑attivitajiet missjunarja tal‑Knisja, Pauline tfakkarna li l‑qdusija mhix ristretta biss għall‑ordnijiet reliġjużi jew membri ta’ kongregazzjonijiet reliġjużi. L‑2022 hija sena speċjali għalina peress li timmarka anniversarji sinifikanti fl‑istorja tagħna, fosthom il‑200 anniversarju mit‑twaqqif tas‑Soċjetà tal‑Propagazzjoni tal‑Fidi (1822), li hawn Malta hija magħrufa bħala Missio Malta. F’Mejju 2022 se ssir il‑beatifikazzjoni ta’ Pauline Jaricot, tragward ewlieni fil‑mixja biex tiġi rikonoxxuta bħala qaddisa. Papa Franġisku appunta lill‑Kardinal Luis Antonio Gokim Tagle,
Marzu 2022
# tal‑Knisja qed jaħdmu flimkien mal‑komunitajiet l‑aktar fil‑bżonn, kawża ta’ persekuzzjoni, status ta’ minoranza jew nuqqas ta’ riżorsi materjali. Nistednuk tingħaqad magħna fi vjaġġ missjunarju billi żżur il‑websajt tagħna www. missio.org.mt u tkompli ssegwi l‑artikli fir‑rivista tagħna Malta Missjunarja.
MISSIO FEST Is‑Sibt 12 ta’ Marzu, 2022
l‑fidi tagħhom u jaqsmu dak li kellhom ma’ dawk fil‑bżonn. Il‑Kardinal Tagle rrifletta fuq l‑aspetti Pauline Jaricot tikteb fuq l‑idea tas‑Soċjetà ta’ kariżma għall‑Propagazzjoni tal‑Fidi. li kellha prefett tal‑Kongregazzjoni Pauline u ddikjaraha li minn għall‑Evanġelizzazzjoni żerriegħa nibtet siġra kbira! tal‑Popli, sabiex jippresjedi ċ‑ċerimonja Permezz tal‑viżjoni u tal‑beatifikazzjoni l‑enerġija ta’ Pauline, tal‑Venerabbli Pauline Jaricot illum netwerk dinji ta’ f ’Lyon fi Franza nhar it‑22 missjunarji lajċi u mexxejja ta’ Mejju 2022.
Ritratt: Vatican News
Pauline Jaricot kienet żagħżugħa rivoluzzjonarja li rat il‑bżonn u kienet imġiegħla tagħmel xi ħaġa dwaru. Imwielda fi żmien meta n‑nisa la kienu intraprendituri u lanqas dawk li jieħdu d‑deċiżjonijiet jew influwenzaturi, Pauline Jaricot sawret mod ġdid u prattiku biex in‑nies jingħaqdu flimkien, jespandu
“Jien ġejt maħluqa biex inħobb u naġixxi. Il‑klawsura tiegħi hija d‑dinja.” Pauline Jaricot.
Il‑Papa Franġisku jinċensa xbieha ta’ Pauline Jaricot.
3
Marzu 2022
B
Marija Addolorata
la dubju ta’ xejn, waħda mill‑festi l‑aktar għeżież għall‑poplu ta’ dawn il‑gżejjer, hija l‑Festa ta’ Marija Addolorata jew kif inhi l‑aktar magħrufa, il‑Festa tad‑Duluri Mqaddsa. Il‑festa liturġika tad‑Duluri hija l‑15 ta’ Settembru, imma huma ftit li jafu dan. Il‑poplu tagħna jiċċelebra din il‑festa l‑Ġimgħa ta’ qabel il‑Ġimgħa l‑Kbira. Kważi kull parroċċa torganizza purċissjoni bl‑istatwa tad‑Duluri u ħafna huma d‑devoti li
4
MESSAĠĠ MID‑DIRETTUR – MONS. VALENT BORG
jimxu warajha jitolbu t‑Talba tar‑Rużarju. Hija drawwa sabiħa li dakinhar ħafna jersqu għas‑sagrament tal‑qrar, jieħdu sehem fiċ‑ċelebrazzjoni tal‑quddiesa u wkoll isumu jew jagħmlu xi sagrifiċċji. Sa ftit snin ilu, kien hawn id‑drawwa li jintalbu seba’ bukkuni ħobż mingħand il‑ġirien jew ta’ binha (Ġw 19:25), il‑ħbieb u jikluhom b’sinjal tixrob flimkien miegħu ta’ penitenza. l‑kalċi tal‑imrar. Aħna lil Marija nsejħulha ‘Sultana Għaliex Marija Addolorata tal‑Martri’ għaliex minkejja tiġbed daqshekk nies li ma sofritx il‑martirju, warajha? Żgur li waħda it‑tbatija li ġarrbet tmur wisq mir‑raġunijiet li Marija ’il hemm mit‑tbatija li ġarrbu Addolorata għandha l‑martri. Bħalma kull omm l‑ammirazzjoni ta’ ħafna, twelled lil uliedha fit‑tbatija, hija għaliex minkejja hekk ukoll Marija laqgħatna t‑tiġrib u l‑uġigħ ta’ qalb b’uliedha waqt li kienet li kienet qiegħda ssofri, qiegħda tbati taħt is‑salib ma għotritx, iżda baqgħet ta’ binha. “Hawn hu ibnek,” wieqfa sal‑aħħar taħt is‑salib qal Gesu lil ommu; filwaqt li lil Ġwanni qallu: “Hawn hi ommok.” (Ġw 19: 26) Marija mhux biss tifhimna, iżda trid takkumpanjana fil‑mixja tagħna lejn Dar Missierna tas‑Sema. Kellu raġun San Bernard jgħid lil Marija: “Qatt ma nstema’ li xi ħadd ġie għandek jitolbok l‑għajnuna u int ma smajtux.” Marija, mis‑sema, ma tieqaf
Marzu 2022
B’SMS B’SMS ta’ €2.33 qed titma’ ta’ tkun 2.33 tkun qed 7 t’itfal7t għal ġurnata. titma’ itfal għal ġurnata.
Marija Addolorata tgħallimna kif għandna nġibu rwieħna fil‑mumenti tad‑dlam li jistgħu jiġu fuqna ħabta u sabta billi ngħixuhom b’tama Nisranija.
B’SMS ta’ €6.99 tkuntkun qed qed B’SMS ta’ 6.99 tixtri tixtri l‑kotba għal tifel jewtifel tifla jew l‑kotba għal għal tiflasena għalskolastika. sena skolastika.
jgħidilha: “Għalfejn qiegħda tibki? Ma tafx li kelli nbati u mmut biex stajt nifdi lil Adam? Ma tafx li kien hemm bżonn li jiena ninżel fil‑qabar biex intella’ lil dawk li kienu fl‑oqbra? Kuraġġ, għażiża ommi, neħħi dan id‑dwejjaq tiegħek. Il‑marda tal‑mewt li laħqet lil Adam u lil Eva teħtieġ tabib mis‑sema biex ifejjaqha. Għalhekk, tibkix aktar, minflok għajjat u għid: “Uri ħniena m’Adam. Kun kollok tjieba m’Eva.” Ġesù jkompli jgħidilha: “Jekk bħal kull bniedem, x’ħin tilmaħ is‑sinjali tal‑mewt, tħoss qalbek tingħafas bid‑dulur u bil‑biża’, għajjatli b’leħen għoli: “Ħu ħsiebi, inti li int ibni u Iben Alla tiegħi.”
sms fuq 50617374 – 2.33 | sms fuq 50618820 – 6.99
qatt tinterċedi għalina u taqlgħalna l‑grazzji li neħtieġu biex aħna lkoll naslu fejn waslet hi qabilna. Wieħed mill‑għorrief tal‑Knisja Biżantina li kien jgħix fis‑Seklu 6, Ruman il‑Melodi, kiteb innu sabiħ li fih djalogu bejn Ġesù u Marija waqt li kienet taħt is‑salib tiegħu. Dan l‑għaref jgħid li Marija ma setgħetx tifhem din it‑traġedja li kienet għaddejja minnha, meta ftit jiem biss qabel, il‑poplu ta merħba kbira lil Ġesù huwa u dieħel Ġerusalemm. Marija tiftaħ qalbha ma’ binha filwaqt li tgħidlu: “Ibni, qatt ma bsart li ser narak f ’daqshekk miżerja! Qatt ma ħlomt li nies bla qalb ser jerfgħu jdejhom fuqek! Fit‑toroq għad hemm il‑friegħi tal‑palm u ż‑żebbuġ, u issa tinsab bla sura! Jiena rrid inkun naf għaliex; għaliex dak li hu ibni u Iben Alla ġie msallab fuq salib.” U Ġesù biex ifarraġha
DONAZZJONIJIET B’RISQ IL‑MISSJONI
#
MISSIO FEST Is‑Sibt 12 ta’ Marzu, 2022
Jien. Int. Aħna. Flimkien. (VO/1178)
Int tista’ tagħti daqqa t’id. Missio għandu bżonn il‑voluntiera. Jekk int interessat, ċempel
21236962 5
Marzu 2022
INTENZJONI MISSJUNARJA ‑ DUN CHARLES BUTTIGIEG
Marzu 2021 Għal risposta Nisranija quddiem l‑isfidi tal‑bijoetika.
“Nitolbu sabiex, aħna bħala Nsara, quddiem l‑isfidi ġodda tal‑bijoetika, nippromwovu dejjem il‑ħarsien tal‑ħajja, bit‑talb u bl‑azzjoni soċjali.”
L
‑Insara għandhom il‑missjoni li jkunu ħabbara siewja tal‑fidi fil‑ħwejjeġ li għandna nittamaw biex mal‑istqarrija tal‑fidi, jgħaqqdu dejjem bis‑sħiħ ħajja ispirata 6
mill‑fidi. Bħala Nsara għandna naħdmu bla heda sabiex jibqgħu mħarsa l‑kmandamenti t’Alla f ’dinja li trid twarrab lil Alla għal kollox u fuq kollox it‑tagħlim tiegħu. In‑Nisrani għandu jkun minn ta’ quddiem sabiex jippromwovi dejjem il‑ħarsien tal‑ħajja tal‑bniedem mill‑bidu tagħha sal‑aħħar mumenti tagħha kif jgħallimna l‑ħames kmandament ‘la toqtolx’. It‑‘taparsi drittijiet’ tal‑bniedem tal‑progress ma jistgħux jeqirdu d‑dritt fundamentali tal‑ħajja tal‑bniedem; tal‑bnedmin mill‑iktar innoċenti li mhuma ta’ ebda theddida għal ħadd, bħalma hija t‑tarbija fil‑ġuf tal‑omm. Aħna naħdmu
sabiex neqirdu l‑gwerer, il‑bombi atomiċi u kimiċi, u mhux l‑embrijun uman.
Proprju f ’dan ix‑xahar ta’ Marzu niċċelebraw il‑Festa tat‑Tħabbira tal‑Madonna mill‑Anġlu Gabrijel, fejn Marija ssir omm bil‑ħidma tal‑Ispirtu s‑Santu. Għalhekk din hija festa marbuta mal‑ħajja tal‑bniedem li f ’dan ix‑xahar il‑Papa tant jixtieqna nitolbu għaliha. Il‑ħajja umana hija rigal t’Alla u allura hija qaddisa. Kull bniedem huwa maħluq xbieha t’Alla. (Ġen 1:26‑27/
Marzu 2022
# Ġer 1:5/Is 49:1) Il‑bidu tal‑ħajja umana huwa misteru kbir u allura tesiġi rispett u dinjità sa mill‑bidu tagħha. Dan huwa sa minn dejjem it‑tagħlim tal‑Knisja li tħossha dejjem fid‑dmir li taħdem f ’kollaborazzjoni ma’ kull bniedem ta’ rieda tajba għall‑bini ta’ dinja aħjar. Papa San Ġwanni Pawlu II kien għamel diversi riferenzi fid‑diskorsi tiegħu għall‑ħtieġa li t‑teknoloġija medika tiġi ggwidata minn ċerti valuri fundamentali biex b’hekk jiġu evitati abbużi serji, liema abbużi jistgħu jseħħu fl‑esperimentazzjonijiet. Fil‑fatt, fi Frar tal‑1987, il‑Kongregazzjoni għat‑Tagħlim tal‑Fidi ppubblikat l‑Istruzzjoni Dwar ir‑Rispett għall‑Ħajja
tal‑Bniedem fil‑Bidu Tagħha u d‑Dinjità tal‑Prokreazzjoni: Tweġibiet għal ċerti mistoqsijiet ta’ żmienna, magħruf aħjar bħala ‘Donum Vitae’; dokument li jittratta l‑moralità ta’ dawn il‑kwistjonijiet u temi bijoetiċi. Kellna wkoll l‑Istruzzjoni tal‑Kongregazzjoni tad‑Duttrina tal‑Fidi, ‘Dignitas Personae’, dwar kwistjonijiet bijoetiċi tal‑2008. Ma ninsewx ukoll it‑tagħlim tal‑Knisja dwar dak li nsibu fil‑‘Veritatis Splendor’ tal‑1993 u fl‑‘Evangelium Vitae’ tal‑1995 ta’ Papa San Ġwanni Pawlu II: “L‑istess xjenzati, min‑naħa tagħhom, ma jistgħu qatt jaħsbu li f’idejhom għandhom biss biċċa materja bla ħajja li
MISSIO FEST Is‑Sibt 12 ta’ Marzu, 2022
tista’ tagħmel biha li trid. Fil‑fatt, sa mill‑bidu nett tagħha, il‑ħajja tal‑bniedem hija kkaratterizzata mill‑fatt li hija ħajja umana u għaldaqstant iġġorr magħha dejjem, kullimkien u minkejja kollox, id‑dinjità tagħha. Inkella nkunu dejjem fil‑periklu li nużawha bħala strument tax‑xjenza.” (EV Nru 74)
Ejjew għalhekk naħdmu għal dan il‑għan, għax Alla huwa Sid il‑Ħajja u Ġesù rebaħ il‑mewt fil‑Qawmien Tiegħu.
BAŻAR
92, TRIQ ĦAL QORMI, ĦAMRUN Ikun miftuħ mit‑Tnejn sas‑Sibt mid‑9am sas‑1pm 7
Marzu 2022
ESPERJENZI REALI – DUN VICTOR AGIUS
“Grazzi Missio, Għamiltuni Nies!”
X
taqna naqsmu magħkom din l‑ittra sabiħa li rċevejna mingħand Dun Susai għax turi kif l‑għajnuna, li b’tant imħabba aħna lkoll qed nagħtu lil xi saċerdoti, qed isservi mhux biss biex timla l‑istonku ta’ min hu bil‑ġuħ, imma aktar minn hekk qed isservi sabiex tibni bnedmin ġodda li jibdew jaħsbu fl‑oħrajn. Lill‑benefatturi kollha tagħna ngħidulkom: GRAZZI.
dawn l‑aħħar mewġiet tal‑pandemija u t‑tbatijiet marbuta magħhom. Nibqgħu nitolbu għalikom u għal kulħadd fid‑dinja. Nirringrazzjaw ’l Alla għall‑għajnuna tagħkom lill‑Ilanthalir. Fiż‑żmien tal‑Milied, fejn fraħna bil‑ħbiberija tagħna magħkom u qsamna l‑ferħ ma’ xulxin, nixtiequ nsellmulkom billi ngħidulkom grazzi u naġġornawkom fuq ħajjitna u dak li qed nagħmlu.
Għeżież Ħbieb,
Ilanthalir beda fl‑1997 minn raħal ċkejken fin‑Nofsinhar tal‑Indja biex jgħin lit‑tfal fl‑irħula għal edukazzjoni aħjar. Sa minn dak iż‑żmien il‑ħajja ta’ ħafna marret għall‑aħjar; hemm min laħaq għalliem/a, ners, inġinier jew intraprenditur. Xi wħud saru qassisin jew sorijiet. Issa dan il‑proġett għalaq 25 sena ta’ servizz għat‑tfal u għall‑foqra. It‑tfal li qed jiġu sponsorjati, ħafna minnhom ġejjin minn erba’ distretti fl‑istat ta’ Tamil Nadu. Dan l‑istat għandu popolazzjoni ta’ 78.8 miljun
L‑isbaħ xewqat minni Dun Susai u minna lkoll f ’Ilanthalir. Nixtiequ u nitolbu li intom ilkoll tinsabu tajbin u b’saħħitkom wara 8
ruħ. Dawn l‑erba’ distretti, bħal ħafna oħrajn, għandhom ftit xita u allura hemm nixfa kbira. Il‑maġġoranza tan‑nies fiż‑żona huma bdiewa bla esperjenza jew ħaddiema migranti minn bliet fil‑viċin. Peress li l‑ġenituri jemigraw ta’ spiss, Ilanthalir fetħet dar għat‑tfal tagħhom biex hekk ma jħarbtux l‑edukazzjoni tagħhom. It‑tfal l‑oħra jew jibqgħu d‑dar u jistudjaw, jew isibu akkomodazzjoni fil‑ħostel affiljat mal‑iskejjel jew kulleġġi rispettivi
Marzu 2022
# biex juru t‑talenti tagħhom. Wieħed mill‑istudenti wera l‑innovazzjoni tiegħu fuq ftit vidjows li ġab fuq dan il‑kanal.
MISSIO FEST Is‑Sibt 12 ta’ Marzu, 2022
tagħhom. L‑iskejjel u l‑kulleġġi fl‑aħħar sena akkademika kienu magħluqa għal ħafna xhur. It‑tfal kienu qed jattendu l‑klassi onlajn. Wara li naqsu l‑każijiet fit‑tieni mewġa, il‑kulleġġi reġgħu fetħu u l‑istudenti reġgħu bdew jattendu l‑klassijiet b’mod regolari. L‑istudenti tas‑sekondarja u dawk tal‑elementarja reġgħu bdew ukoll il‑klassijiet regolari. Matul il‑perijodu tal‑lockdown, konna ninvolvu lit‑tfal b’mod pożittiv f ’diversi attivitajiet. Nixtiequ nsemmu hawn taħt xi wħud mill‑attivitajiet ta’ Ilanthalir, li jinvolvu lit‑tfal. It‑tfal ġew motivati biex jilħqu lill‑familji li
huma l‑aktar fil‑bżonn u jqassmulhom ikel mixtri mid‑donazzjonijiet tagħhom stess u mill‑kontribuzzjoni li huma stess jirċievu mingħand Ilanthalir. Ta’ kuljum kellhom jagħmlu xi ħaġa biex jesprimu l‑kreattività tagħhom u jħajru studenti oħra jagħmlu l‑istess fi grupp ta’ WhatsApp maħluq għalihom. Hekk inħarġet il‑ħila tagħhom f ’dik li hija tpinġija, pittura, kant, żfin, drama, oratorju, kitba ta’ esejs, poeżija, fotografija u xogħlijiet oħra kreattivi. Inħoloq kanal fuq YouTube bl‑isem ‘Ilanthalir Flame’ sabiex ikompli jsaħħaħ it‑talenti tagħhom. Dan ipprovda pjattaforma lit‑tfal
Xi studenti pparteċipaw f ’kompetizzjonijiet fuq livell reġjonali u rebħu premjijiet. Xi żgħażagħ ġew involuti b’suċċess fil‑produzzjoni ta’ films qosra u fl‑editjar tal‑vidjows u kkontribwew għall‑Ilanthalir Flame. Bl‑istess mod, Ilanthalir organizza kompetizzjoni taż‑żfin klassiku, western u folkloristiku għall‑istudenti taħt il‑kategoriji ta’ junior, senior u super senior. Dan għen lit‑tfal joħorġu t‑talenti inerenti tagħhom. Dan iż‑żfin huwa issa disponibbli fuq il‑kanal Ilanthalir Flame fuq YouTube. Involvejna lit‑tfal u lill‑ġenituri tagħhom f ’kompetizzjoni ta’ kwizz. L‑iskop kien li ngħinu lill‑ġenituri u lit‑tfal iqattgħu l‑ħin flimkien b’mod produttiv. Matul il‑lockdown totali, in‑nies foqra kienu jissieltu ħafna biex isibu l‑ikel. Permezz ta’ xi voluntiera stajna nidentifikaw lill‑foqra fl‑inħawi tal‑madwar u tajniehom pakketti tal‑ikel. 9
Marzu 2022
Nixtiequ naqsmu magħkom l‑istejjer ta’ żewġ studenti tagħna, Monica u James li din is‑sena temmew l‑istudji tagħhom.
Jiena Monica Jelastina. Inħossni kuntenta u grata li jiena parti minn Ilanthalir. Ilni għal dawn l‑aħħar ħdax‑il sena, minn mindu kelli ħdax‑il sena, nistudja bl‑għajnuna ta’ Ilanthalir. Aħna ħamest ibniet fil‑familja tagħna. Il‑ġenituri tiegħi jitħallsu bil‑ġurnata u minħabba f ’hekk Ilanthalir offriet li tisponsorjani għall‑istudji tiegħi sabiex nista’ nġorr il‑piż tal‑familja tagħna. Spiċċajt l‑iskola u l‑kulleġġ tiegħi, u issa ser nispiċċa l‑istudji tiegħi tas‑CMA u nipprepara ruħi biex naħdem fil‑qasam tal‑awditjar. Għall‑esperjenza tax‑xogħol tiegħi, bħalissa jiena voluntiera ma’ Ilanthalir. Matul dan iż‑zmien ma’ Ilanthalir, bħala studenta u issa bħala voluntiera, ksibt għarfien u valuri soċjali u spiritwali. Jiena 10
ESPERJENZI REALI – DUN VICTOR AGIUS
ninpenja ruħi biex ngħix dak li ksibt minn Ilanthalir. Nirringrazzja lil Ilanthalir u lill‑isponsor tiegħi, Hebeisen Christophe, li bnewli ħajti.
Jiena James, wieħed mill‑istudenti ta’ Ilanthalir. Din is‑sena spiċċajt l‑istudji tiegħi u naħdem f ’kumpanija taż‑żebgħa fis‑sezzjoni tal‑kontijiet, u qed nieħu salarju tajjeb. Meta kelli 12‑il sena ngħaqadt ma’ Ilanthalir permezz ta’ wieħed mill‑għalliema tiegħi. Il‑familja tiegħi kienet f ’sitwazzjoni fqira ħafna u kelli żewġ aħwa bniet ikbar minni. Il‑ġenituri tiegħi kienu ħaddiema bla ebda esperjenza u ftit li xejn kienu jaqilgħu flus biex setgħu jibagħtuna l‑iskola nistudjaw. Nirringrazzja lil Ilanthalir li sab l‑isponsor tiegħi ‑ Renzi Pietro. Huwa u l‑familja tiegħu tawni l‑għajnuna kollha li kelli bżonn għall‑edukazzjoni u għall‑iżvilupp tiegħi. Kieku ma kellix din l‑opportunità kont inkun ħaddiem bla esperjenza bħall‑ġenituri
tiegħi. Nesprimi l‑grazzi sinċieri lill‑isponsor tieghi Renzi Pietro u lil Ilanthalir.
It‑tfal kollha appoġġjati minn Missio Malta sejrin tajjeb. Huma kuntenti li marru lura l‑iskola u reġgħu bdew igawdu l‑metodu tradizzjonali ta’ tagħlim. Huma jittamaw li dak li tgħallmu mill‑klassijiet onlajn jiswa biex ikunu jistgħu jimxu ’l quddiem fis‑suġġetti tagħhom. It‑tfal ta’ Ilanthalir jiftakru bi gratitudni fl‑isponsors kollha tagħhom u f ’Missio Malta għall‑appoġġ li jirċievu u għall‑bidla li ġabulhom f ’ħajjithom. Nirringrazzjawkom immens għall‑appoġġ kbir li tatu lil Ilanthalir. It‑tfal u l‑ġenituri tagħhom iwasslu bi gratitudni l‑awguri u t‑talb tagħhom. J’Alla l‑Bambin iberikkom b’saħħa tajba, ferħ u prosperità. Aħna nawgurawlkom ilkoll: SENA ĠDIDA MIMLIJA SIGUREZZA! B’imħabbti kollha, Dun Susai Alangaram
Marzu 2022
#
MISSIO FEST Is‑Sibt 12 ta’ Marzu, 2022
CHILD Jien. Int.SPONSORSHIP Aħna. Flimkien. €150 – edukazzjoni għal sena sħiħa lil tifel jew tifla fil‑bżonn.
Bis‑saħħa tal‑programm ‘Missio Child Sponsorship’, int tkun raġġ ta’ dawl fil‑ħajja ta’ dawn it‑tfal foqra. Kull min jisponsorja tifel jew tifla jingħata ritratt u tagħrif dwarhom. Ibgħat id‑donazzjoni tiegħek lil Missio Nru. 7, Triq il‑Merkanti, Valletta VLT 1171 Jew fuq www.missio.org.mt Għal aktar dettalji ċemplu fuq 21236962 fil‑ħinijiet tal‑uffiċċju.
GRAZZI MILL‑QALB
11
IR‑RANDAN IR-RANDAN IMQADDES – MONS. VALENT BORG
Marzu 2022
Riflessjoni
Q
egħdin noqorbu għall‑ġimgħa msejħa ‘Mqaddsa’. Din il‑ġimgħa tissejjaħ hekk għaliex matulha niċċelebraw b’solennità l‑misteru tal‑passjoni, il‑mewt u l‑qawmien ta’ Ġesù. F’dan il‑misteru jispikka ħafna l‑kuntrast bejn l‑imħabba infinita t’Alla lejna l‑bnedmin li wasslitu biex jagħtina lil Ibnu l‑waħdieni għas‑salvazzjoni tagħna l‑bnedmin, u mill‑banda l‑oħra l‑kefrija tagħna l‑bnedmin effett tad‑dnub. Ġesù kien iddikjarat innoċenti mill‑Gvernatur Ponzju Pilatu, imma b’danakollu xorta waħda tah il‑mewt tas‑salib. Min ittradixxa lil Ġesù? It‑tweġiba hija faċli: Ġuda, għax hu mar għand il‑kbarat tal‑Lhud jinnegozja biex jagħtihom lil Ġesù 12
f ’idejhom. U huma tawh borża mimlija bi tletin biċċa tal‑fidda. Imma jekk irridu nkunu sinċiera magħna nfusna, ilkoll irridu nammettu li f ’dik il‑borża hemm il‑kontribut ta’ kull wieħed u waħda minna. Ilkoll tajna ftit jew tajna ħafna ċenteżmi biex inwarrbu lil Ġesù min‑nofs.
Aħna lkoll ħatja. San Ġwann jgħidilna li kull min jgħid li huwa mingħajr dnub, huwa giddieb! Li nagħrfu li aħna tassew midinbin huwa l‑bidu tal‑fejqan mid‑dnub tagħna u fl‑istess waqt bidu ta’ qdusija kbira. Ħadd minna ma jista’ jaqla’ l‑fejqan mill‑marda tiegħu jekk ma jagħrafx li hu marid u ma
Mela kif kienu miġbura, Pilatu qalilhom: “Lil min triduni nitilqilkom, lil Barabba jew lil Ġesù li jgħidulu l‑Messija?” ‑ MATTEW 27:17
Marzu 2022
# joffrilna l‑maħfra tal‑Missier.
MISSIO FEST Is‑Sibt 12 ta’ Marzu, 2022
jagħrafx isejjaħ b’isimha l‑marda tiegħu. X’inhu d‑dnub tiegħi? Kemm qiegħed inħoss il‑bżonn ta’ Ġesù fil‑ħajja tiegħi? Għandi kemm għandi rieda tajba ma nista’ qatt ninħeles u nfiq mid‑dnub tiegħi waħdi. Ġesù stess qalilna li mingħajru ma nistgħu nagħmlu xejn. Ġesù, bil‑mewt tiegħu fuq is‑salib, qiegħed jistedinna lkoll: “Ejjew għandi, intom
ilkoll li tinsabu mtaqqlin, u jiena nserraħkom.” M’hemm l‑ebda dnub li ma jistax jinħafer u ninħeles minnu, għaliex Ġesù diġà ħallas għad‑dnubiet kollha tagħna. Li jonqos huwa li b’qalb niedma u sogħbiena nħares lejh u nitolbu maħfra u ħniena, għaliex Ġesù ma ntbagħatx biex jikkundannana, iżda biex
Aħna u nirriflettu fuq il‑kobor ta’ din it‑tjieba t’Alla, Alla issa qiegħed jgħidilna li kif hu jimxi magħna, hekk aħna rridu nimxu ma’ xulxin. Jekk trid li Alla jħenn għalik, ħenn inti wkoll. Jekk trid taqla’ maħfra tad‑dnub, aħfer inti wkoll. Dan huwa s‑sinifikat tal‑Għid, li jiena mmut għad‑dnub tiegħi biex inqum ma’ Ġesù ħalli ngħix ħajja tixbah lil tiegħu. Jekk nagħmlu dan, żgur li d‑dinja tkun wisq isbaħ milli hi!
AVVIŻ IMPORTANTI Il‑Bank Ċentrali ta' Malta ħareġ id‑Direttiva Nru 19 u fost l‑oħrajn avża li, mill‑1 ta' Jannar 2022, il‑banek lokali kollha mhux ser isarrfu aktar ċekkijiet li jammontaw għal €20 jew anqas. Għalhekk niġbdulkom l‑attenzjoni u nitolbukom sabiex l‑abbonament tar‑rivista Malta Missjunarja, isir billi tagħżel waħda minn dawn l‑għażliet: 1. 'Cash' ‑ billi tmur personalment f'wieħed mill‑uffiċini tagħna fil‑Belt jew il‑Mosta, 2. Permezz ta' 'bank transfer' (ara dettalji f'paġna 18), 3. Tabbona għal sentejn b’ċekk ta’ €21 pagabbli lil Missio Malta (ara dettalji hawn taħt u formola fil‑paġna ta' wara). Missio jirriserva d‑dritt li, f'ċirkostanzi li m'għandux kontroll fuqhom, jieħu deċiżjonijiet għall‑benefiċċju tal‑qarrejja u tal‑missjonijiet li nsostnu. Għal aktar tagħrif ikkuntattjana fuq 2123 6962.
Grazzi mill‑qalb ‑ Missio Malta 13
ITTRA MILL‑MISSJONI
Marzu 2022
Grazzi tas‑Sapport Lejn it‑Tfal fil‑Missjoni
Dear Msgr. Valentino Borg, Greetings from the Diocese of Chipata in Zambia. I hope you are keeping well. I am doing fine. On behalf of Fr. Grevazio Zulu, and indeed on
my own behalf, I would like to thank you for the educational support to the children in 2021. This was a great possibility to provide education to the children in need. Your sacrifice and generous support have demonstrated that education
RIEDA LI TAGĦTI
is an important safety net for children. Many children have challenges to manage school requirements. Your intervention is a practical help for children to build resilience, and supports the children’s development. The quality of primary school
AGĦMEL IT‑TMIEM TAL‑FAQAR PARTI MILL‑ISTORJA TAʼ ĦAJTEK.
Wirt dejjiemi li jibdel il‑ħajjiet
Billi tiftakar f'Missio Malta fil‑wirt tiegħek, inti tista' tagħmel differenza għal dejjem fid‑dinja li l‑ġenerazzjoni li jmiss qed tikber fiha. Rigal mingħandek jista', ħafna snin oħra, jidher fit‑tbissim tat‑tfal f'pajjiżi tat‑Tielet Dinja li ser jibbenefikaw mill‑ħniena u l‑kompassjoni tiegħek. Il‑legati tiegħek li tħalli warajk dejjem ser iħallu tbissima ħajja fil‑qlub ta' nies oħra. 14
Jien. Int. Aħna. Flimkien. VO/1178
Nru. 7, Triq il‑Merkanti, il‑Belt Valletta VLT 1171. Tel: (+356) 2123 6962 | E‑Mail: info@missio.org.mt www.missio.org.mt
Marzu 2022
# education is the foundation of the child’s journey. Every stage that follows relies on its success. Your encouragement, support and concern helped us to provide the school requisites. This takes care of the core issues that affect the vulnerable children. You have helped us to take the children to school. We are convinced that children who have access to education grow as independent individuals, who can break through the cycle of poverty to take their future into their hands and play an active part in shaping their future. Your generous support increases school access, attendance and progression. We are able to take care of the costs which children and their families cannot afford. It is a practical help to the children as demonstrated in the reports we have submitted through Fr. Grevazio Zulu. We kindly request you to continue walking with us. I wish you God’s continued blessings, good health and success in the New Year. May God bless you abundantly. Yours sincerely,
MISSIO FEST Is‑Sibt 12 ta’ Marzu, 2022
Kif int tista’ tgħin lis‑seminaristi fl‑Asja, fl‑Afrika jew fl‑Indja:
Ftakar fihom fit‑talb tiegħek, għaliex huma jiftakru fina fit‑talb tagħhom. Intenzjoni għal Quddiesa ‑ €5 Ikla nutrittiva lil seminarista għal ġimgħa ‑ €36 Paga ta’ għalliem fis‑Seminarju għall‑formazzjoni tas‑seminaristi ‑ €48 Għotja ta’ rota lil katekist biex imur jgħallem ‑ €60 Ħlas għal trasport biex seminaristi jagħmlu xogħol pastorali f’postijiet imbiegħda ‑ €115 Eluf ta’ żgħażagħ qed jiġu msejħa biex jaqdu lil Alla bħala qassisin, imma ħafna minnhom jiġu minn familji u parroċċi li huma fqar wisq biex iħallsulhom is‑snin twal ta’ formazzjoni u ordinazzjoni. Inti tista’ tgħinhom jilħqu komunitajiet li għadhom ma jafux b’Ġesù billi tħallas borża ta’ studju jew parti minnha. L‑għajnuna tiegħek, flimkien ma’ dik ta’ ħafna persuni ġenerużi bħalek tagħmel differenza kbira. • Borża ta’ Studju għall‑edukazzjoni ta’ seminarista fl‑aħħar 4 snin: €480 (parti mill‑ispejjeż) ‑ €600 (kwart tal‑ispejjeż) €2400 (l‑ispejjeż kollha) Ibgħat id‑donazzjoni tiegħek lil Missio: Nru. 7, Triq il‑Merkanti, Valletta VLT 1171 Jew fuq: www.missio.org.mt Għal aktar dettalji ċemplu fuq 21236962 fil‑ħinijiet tal‑uffiċċju.
GRAZZI MILL‑QALB
Fr. Bernard Makadani Zulu 15
IL‑ĦAJJA FIL‑MISSJONI
Marzu 2022
Mhux Sakemm Taħsel Idejk!
Ritratti: www.charitywater.org
“Nista’ ngħidilkom storja?” staqsa bi tbissima s‑Surmast lill‑istudenti li kellu quddiemu. Is‑Surmast kien qed jitkellem dwar l‑ilma nadif, li l‑iskola fir‑raħal ta’ Sargane fin‑Niġer, irċeviet tliet snin ilu, u kien għadu kemm staqsa jekk l‑istudenti, li kienu jitgħallmu dwar l‑importanza tas‑sanità fl‑iskola, jgħallmux lil ħaddieħor fil‑komunità. B’daħka ħerqana qalilhom l‑istorja kollha dwar tifla ta’ tnax‑il sena jisimha Hadjara Zakari. Bħall‑istudenti l‑oħra f ’Sargane, Hadjara tgħallmet 16
dwar l‑importanza tal‑ħasil tal‑idejn meta l‑iskola rċeviet ilma nadif għall‑ewwel darba. Li jfisser li hija bdiet tifhem; forsi qabel ma fiehmu ħafna oħrajn fil‑komunità; li għalkemm l‑ilma nadif kien qed jagħmel
lill‑familja tagħha aktar b’saħħitha, idejn nodfa u ambjent sanitarju kienu daqstant importanti. Dakinhar filgħaxija, hekk kif kienet qed taħsel idejha bi kburija bi tħejjija għall‑ikla, qalet lil missierha, li kien
Marzu 2022
# x’għandi nagħmel! Inti binti.” Imnikkta, it‑tifla poġġiet bilqiegħda fis‑skiet, imma kienet taf li kellha raġun. Bi protesta, Hadjara rrifjutat li tiekol il‑pranzu dak il‑lejl. U mbagħad baqgħet ma tikolx għal ħames iljieli ta’ wara. Frustrat, missierha mar l‑iskola, sab lis‑surmast u qallu: “Dan huwa dak li qed tgħallem lil uliedi?!”
MISSIO FEST Is‑Sibt 12 ta’ Marzu, 2022
beda jiekol mingħajr ma ħasel idejh l‑ewwel: “M’għandekx tiekol miegħi sakemm ma taħsilx idejk.”
Kif tista’ tgħin lit‑tfal fil‑missjoni:
Dan il‑kliem irrabjah ħafna lil missierha u ċanfarha bil‑kbir, filwaqt li qalilha: “Mhux biċċa tiegħek li tgħidli
Bil‑kalma kollha, is‑surmast spjegalu dak li kien għallem lit‑tfal dwar il‑ħasil tal‑idejn u l‑importanza tiegħu
€ 19 Medikazzjoni għal
€ 50 Ikel, ħwejjeġ u saqaf
€ 200 Xiri ta’ ħames
€ 5,000 Bini ta’ dar għal
ġimagħtejn fi kliniċi li jikkuraw mard serju
€ 104 Lavanja tal‑‘braille’ għal 40 tifel u tifla neqsin mid‑dawl
nagħġiet għal razzett
fuq ras tifel jew tifla foqra
familja ta’ sitt persuni
Ibgħat id‑donazzjoni tiegħek lil ‘Missio’ Nru. 7, Triq il‑Merkanti, Valletta VLT 1171 Jew fuq www.missio.org.mt Għal aktar dettalji ċemplu fuq 21236962 jew 20330015 fil‑ħinijiet tal‑uffiċċju.
GRAZZI! 17
IL‑ĦAJJA FIL‑MISSJONI
Marzu 2022
għall‑komunità kollha. Huwa fiehmu li l‑intenzjonijiet ta’ Hadjara kienu tajbin, u li aktar minn kollox, bintu verament riedet li l‑familja tagħha tgħix ħajja itwal u aktar b’saħħitha.
F’dak is‑sitt lejl, meta ġie d‑dar, missier Hadjara sejħilha ħdejh u talabha maħfra. U l‑għada reġa’ mar l‑iskola u qal lis‑surmast kemm kienet importanti l‑iskola għal Hadjara. Talbu wkoll biex iserraħlu rasu li bintu kienet qed tattendi l‑iskola regolarment sabiex titgħallem hi u tgħallem lill‑membri l‑oħra tal‑familja tagħha! “Intom it‑tfal tirrappreżentaw it‑tama ta’ għada; intom it‑tama tan‑nazzjon,” temm jgħid
is‑Surmast tal‑iskola. Tajjeb li tkun taf li globalment, 60% tal‑imwiet mill‑mard tad‑dijarea huma stmati li huma dovuti għal ilma, sanità u iġjene inadegwati. Iżda l‑ħasil tal‑idejn waħdu jista’ jnaqqas il‑każijiet ta’ dijarea b’madwar 30%. Filwaqt li l‑missjoni tagħna hija li nġibu ilma tax‑xorb nadif lil kull persuna fuq il‑pjaneta, l‑ebda proġett tal‑ilma mhuwa lest sakemm nedukaw ukoll lill‑komunità lokali dwar l‑importanza tas‑sanità u l‑iġjene.
Modi kif tista’ tgħin Ċekk indirizzat lil Missio Malta (7, Triq il‑Merkanti, il‑Belt Valletta VLT 1171.) Infakkrukom li ma jistgħux jintbagħtu ċekkijiet t’inqas minn €21. Bank Transfer
Klijenti ta’ banek oħra jistgħu jagħmlu ‘Bank Transfer’ għal dawn il‑kontijiet bankarji. Min jagħmel donazzjoni f’dan il‑kont jibgħatilna nota dwar l‑ammont u meta sar id‑depożitu sabiex tintbagħat irċevuta.
Account holder name: Missio Malta
Account holder name: Missio Malta
Bank’s name: APS BANK
Bank’s name: Bank of Valletta
Account No: 41474120039
Account No: 50011468005
IBAN: MT94APSB77013000000041474120039
IBAN: MT31VALL22013000000050011468005
Swift Code: APSBMTMT
Swift Code: VALLMTMT
Donazzjoni b’SMS • 50617374 ‑ €2.33 • 50618820 ‑ €6.99 (Numri miftuħin is‑sena kollha.) Donazzjoni bit‑telefon tad‑dar • 51602062 ‑ €10 • 51702063 ‑ €15 • 51802064 ‑ €25 (Numri miftuħin is‑sena kollha.) 18
Iżżur il‑websajt www.missio.org.mt kklikkja fil‑parti Donations. Jew għal donazzjonijiet ‘direct debit’ ċempel: 2123 6962.
Donazzjoni bil‑BOV Mobile 77236962
u
Marzu 2022
#
MISSIO FEST Is‑Sibt 12 ta’ Marzu, 2022
POWERED BY
Jien. Int. Aħna. Flimkien. (VO/1178)
'Dinja Mutur' huwa proġett eċċitanti li Missio beda fuqu b'kollaborazzjoni ma' Stephen Formosa, li ser ikun qed isuq il‑mutur tiegħu madwar l‑Afrika, l‑Asja u l‑Amerika t'Isfel f'avventura ta' vjaġġ waħdu. Matul il‑vjaġġ, Stephen ser ikun qed jgħaddi minn irħula bi proġetti appoġġati u ffinanzjati minn Missio sabiex jiddokumenta l‑esperjenza tiegħu. Minn għajnejn Stephen, wieħed ser ikun jista’ jara stampa ċara u reali ta’ kif Missio jgħin komunitajiet li jgħixu f’irħula remoti u kif Missio jinvesti fit‑tul fl‑edukazzjoni ta’ dawn l‑individwi. Il‑kontribuzzjoni ġeneruża tiegħek tgħinna nsostnu lil Stephen matul il‑vjaġġ tiegħu waħdu madwar il‑kontinenti u jgħin lil Missio jittrasmetti l‑esperjenza tiegħu sabiex inkunu nistgħu ngħixu dan il‑vjaġġ eċċitanti u l‑proġetti li jibdlu l‑ħajja, imwettqa grazzi għall‑ġenerożità ta’ ħafna.
Nirringrazzjawk tal‑appoġġ tiegħek. https://missio.org.mt/donate/projects/education‑training/ dinja‑mutur/ 19
Marzu 2022
Jien. Int. Aħna. Flimkien. VO/1178
PAULINE PAULINE 1799 ‑ 1862
“Persuna fqira li għandha lil Alla biss bħala ħabib, lil Alla biss għall‑appoġġ, imma lil Alla biss.... huwa biżżejjed”.
Pauline M. Jaricot waqqfet dik li kellha ssir l‑akbar organizzazzjoni ta' appoġġ għall‑missjonijiet fid‑dinja kollha, b’120 uffiċċju f’pajjiżi differenti. Il‑200 Sena Anniversarju tal‑Assoċjazzjoni tal‑Propagazzjoni tal‑Fidi.
http://paulinejaricot.opm‑france.org/?lang=mt 20
Marzu 2022
#
MISSIO FEST Is‑Sibt 12 ta’ Marzu, 2022
21
IL‑QADDIS TAX‑XAHAR – NANCY CAMILLERI
Marzu 2022
Akash Bashir
L‑Ewwel Qaddis Mill‑Pakistan il‑qaddis twieled fit‑22 ta’ Ġunju 1994 f’Risalpur.
Ritratti: Vatican News
N
har il‑31 ta’ Jannar 2022, l‑Isqof Sebastian Shaw minn Lahore, ħabbar li l‑Vatikan aċċetta l‑kawża taż‑żagħżugħ
Pakistani Akash Bashir, u beda l‑proċess bħala martri. Huwa ngħata t‑titlu ta’ ‘Venerabbli’ proprju f’jum San Ġwann Bosco. Dan
Fil‑15 ta’ Marzu 2015, żewġ terroristi splodew lilhom infushom ħdejn il‑Knisja ta’ San Ġwann biswit il‑lokal Kristjan ta’ Youhanabad f’Lahore fejn l‑Insara kienu jinġabru għall‑quddies tal‑Ħadd u għall‑adorazzjoni li ssir fir‑Randan. Akash, li kien student fl‑Istitut Teknoloġiku ta’ Don Bosco, kien iservi b’mod volontarju bħala gwardjan tas‑sigurtà għal din il‑knisja sa minn Novembru 2014. Huwa waqqaf lit‑terrorista milli jidħol fil‑knisja u qallu: “Jien se mmut, imma mhux ser
Il‑familja tal‑Qaddej ta’ Alla Akash Bashir, flimkien ma’ qassis. 22
Marzu 2022
# peress li miet martri u għalhekk m’hemmx bżonn ta’ miraklu, imma hemm bżonn ta’ miraklu biex jiġi ddikjarat qaddis. Missier Akash, Emmanuel Bashir, qal li ma kienx jaf li beda l‑proċess biex ibnu jiġi ddikjarat ‘venerabbli’. Sar jaf meta ibnu l‑ieħor qallu li ser tiġi ċċelebrata quddiesa speċjali. Il‑missier jitlob biex jgħaddi l‑proċess kollu biex Akash isir qaddis għax huwa simbolu tal‑qawwa tal‑fidi fil‑pajjiż, filwaqt li jinsab kuntent li Akash huwa mudell għaż‑żgħażagħ, u ta’ ispirazzjoni u kuraġġ għalihom.
MISSIO FEST Is‑Sibt 12 ta’ Marzu, 2022
inħallik tidħol.” Dawn kienu l‑aħħar kelmiet tiegħu qabel ma ġie ikkonfrontat minn dan it‑terrorista miksi bombi li sploda lilu nnifsu u miegħu qatel lil Akash u tnejn oħra li nzertaw kienu barra l‑knisja. Dakinhar il‑knisja kienet ippakkjata bin‑nies li kienu qed jagħmlu adorazzjoni. Ahash offra ħajtu b’sagrifiċċju biex isalva elf ruħ li kienu qed jitolbu fil‑knisja. Ahash kellu biss għoxrin sena. F’dan l‑attakk, li involva terrorista ieħor, inqatlu sbatax‑il persuna u weġġgħu mas‑70 ruħ. In‑numru kien ikun ħafna iżjed li kieku Akash ma waqqafx lit‑terrorista.
Papa Franġisku, waqt l‑Anġelus, ftit sigħat wara l‑attakk, qal li jinsab verament imnikket b’dak li seħħ f’Lahore, il‑Pakistan. Dawn huma knejjes Insara fejn l‑Insara qed ikunu ippersegwitati. Ħutna qed iċarċru demmhom proprju għax huma Nsara. Il‑Papa wiegħed li ser jitlob għall‑familji tal‑vittmi, u biex ikun hemm il‑paċi u d‑djologu f’dan il‑pajjiż, u sabiex titwaqqaf il‑persekuzzjoni tal‑Insara li d‑dinja tipprova taħbi. Il‑proċess għall‑beatifikazzjoni ta’ Akash beda mill‑ewwel
Qiegħed nibgħat il‑ħlas ta’ € .................................. permezz ta’ ċekk pagabbli lil Missio Malta biex isiru Quddies fil‑missjoni għar‑ruħ/għall‑erwieħ ta’:
Isem u kunjom: Indirizz:
Belt/ Raħal:
Kodiċi Postali:
Tel: N.B. Napprezzaw il‑kontribuzzjoni ta’ mill‑inqas €5 għal kull quddiesa. Il‑quddies kollu jitqaddes fil‑pajjiżi tal‑missjoni. 23
Marzu 2022
90 SENA TA’ STORJA – MRO MANOEL PIROTTA
MALTA MISSJUNARJA – IT‑12‑IL PARTI qegħdin tgħinu lill‑Missjoni.”
Il‑’ħabib’ tar‑rivista u l‑abbonati tagħha
Inkomplu naqraw mill‑imgħoddi
F
’MM ta’ Novembru 1950 (Sena XVIII, nru 11, p.171) deher avviż fejn il‑‘ħabib’, wara li jirringrazzja lill‑abbonati kollha, jgħid hekk: “Issa waslet is‑Sena l‑Ġdida! Imma ma rridkomx tinsew li l‑ħbieb tagħkom, il‑qraba, xi filjozz ukoll (u l‑filjozzi tinsewhomx), ikunu jistennew l‑Istrina.” Iżid jgħid: “Tridu tolqtu żewġ għasafar b’ġebla waħda? Ibagħtu l‑isem u l‑indirizz tal‑ħabib, qarib jew filjozz tagħkom, flimkien ma’ 2s.6d, anki bolli ġodda, u inti tassiguralu sena sħiħa tat‑12‑il kopja tal‑‘MALTA MISSJUNARJA’ kollha tagħrif, rakkonti, stampi u varjetà. B’hekk ukoll tkunu
24
Bejn l‑1952‑56, DAX kompla jagħtina aktar xogħlijiet letterarji, fosthom novelli missjunarji ta’ xeħta orjentali: Dak id‑Dawl fil‑Qalba tal‑Lejl [taħt il‑psewdonimu ‘Sciant’] (Sena XX, Marzu 1952, nru 3, pp.39‑40); Ħniena (Sena XX, Marzu 1952, nru 3, pp.39‑40) [minn issa ’l quddiem, l‑awtur jagħżel li xogħlijietu jibda jniżżilhom taħt ismu proprju: D.A. Xiberras]; Qalb ir‑Ramel tad‑Deżert (Sena XX, Ottubru 1952, nru 10, pp.155‑6); Milied fuq il‑Fruntiera Ħamra (Sena XX, Diċembru 1952, nru 12, pp.186‑7) [Dwar din in‑novella m’hemm xejn x’juri li hi tiegħu għax ma ġġibx ismu bħas‑soltu; biss DAX għandu djalogu Milied Mingħajr Alla li jixbahha wisq f ’dik li hi storja]; Għada Kif Titla’ x‑Xemx (Sena XXI, Diċembru 1953, nru 12, pp.187‑8). Fl‑1952 DAX ippreżentalna wkoll żewġ radjudrammi: Sehem Ċkejken (Sena XX, Lulju 1952, nru 7, pp.105‑8/112). [Qabel ma deher fir‑rivista, dan kien ġa nħadem fuq ir‑Rediffusion waqt is‑Siegħa tal‑Morda, nhar il‑Ħadd, 25 ta’ Mejju
Dun Anton Xiberras – missjunarju anki permezz tal‑kitba letterarja.
tal‑istess sena, fl‑okkażjoni ta’ Jum il‑Morda għall‑Missjoni. Jinkludi ħames xeni, u minbarra n‑narratur, fih jieħdu sehem missier, tabib, Giovanna, Patri Salv u Ġanninu. L‑ewwel xena tiftaħ bin‑narratur jirrakkonta: Maġenb is‑sodda ta’ bintu marida, wieħed missier qiegħed jgħaddi sigħat ta’ niket. Min jaf x’se jkun ir‑riżultat tat‑tfittxija tat‑tobba? Huwa kien kellem kemm‑il wieħed. Quddiem is‑sodda ta’ bintu kulħadd kien iċaqlaq rasu bla ma jagħti tweġiba.]; It‑Triq tat‑Tama (Sena XX, Awwissu 1952, nru 8, pp.119‑122) [Dan ukoll kien ittella’ fuq ir‑Rediffusion, il‑Ħadd, 14 t’Ottubru 1951, bi tħejjija għall‑Ġurnata Missjunarja. Tajjeb ngħidu hawnhekk, li f ’p.116 tal‑istess rivista kien deher riklam fejn jgħid li l‑Opri Missjunarji Pontifiċji
Marzu 2022
# Sunett Shakespearjan ta’ Anth. V. Said Pullicino, Seminarista; Sejjaħlu! (Sena XXIV, Diċembru 1956, nru 12, p.189), poeżija ta’ Victor Cilia, b’ħames strofi endekasillabi bi tliet vrus‑il waħda. F’dan il‑perijodu nsibu wkoll ħafna poeżiji tal‑awtur prolifiku u poeta Senglean Dun Angelo Copperstone (1888‑1960) u ta’ Gaspare Pace, qabbiel magħruf sew mas‑Siġġiwin.
MISSIO FEST Is‑Sibt 12 ta’ Marzu, 2022
kienu qed jippreżentaw lill‑pubbliku t‑tliet buzzetti fi ktieb wieħed – Sehem Ċkejken, It‑Triq tat‑Tama, u Il‑Messaġġ tal‑Lum. L‑istess riklam ikompli jgħarrafna li dan il‑ktieb: ‘għandu jinteressa lil kulħadd, li jbikki, li għall‑inqas għal ħin ta’ nofs siegħa waqt li qed taqrah iġagħlek tħoss hena kbir ġo qalbek.’ Skont l‑istess riklam: ‘L‑awtur huwa mill‑ġdid: Dun Anton Xiberras.’ Il‑karattri li jieħdu sehem fih, minbarra s‑soltu narratur, huma l‑missier, il‑kappillan u l‑qaddej, kif ukoll Marija u Rajmondu.] Aktar xogħlijiet letterarji t’awturi diversi jinkludu: “Nistenniek” (Sena XX, Marzu 1952, nru 3, p.41), poeżija b’10 strofi endekasillabi, datata 17 ta’ Jannar 1952, tas‑Sem. Karmenu Cutajar, iddedikata lil “Ġużi Briffa, sieħbi fis‑Seminarju, li mar għall‑Missjoni fl‑Indja fis‑6 ta’ Frar 1952”; Awl il‑Lejl tat‑Tluq Tiegħi (Sena XX, Awwissu 1952, nru 8, pp.117‑8), poeżija ta’ Mitte Me [psewdonimu], iddedikata lil A.G.; Tislima lill‑Missjunarju (Sena XXIII, Lulju 1955, nru 7, 132), versi ta’ Francis Mifsud. Tista’ titkanta 1
Id‑disinn huwa ta’ Emvin Cremona. Baqa’ jidher sal‑ħarġa ta’ Frar 1954
fuq Buongiorno Tristezza, kanzunetta semi‑operistika mgħanna mit‑tenur wisq popolari Taljan Claudio Villa (1926‑1987). Ritornell: Minn qalbi nsellimlek / Għaliex narak tant mimli bi qdusija / Lill‑art tiegħek tiċħad / Sabiex int tmur f ’art oħra barranija / Minn qalbi nsellimlek / Għaliex narak tant mimli bi qlubija / U moħħok biss jaħseb / Kemm sejjer teħles nies minn tant tbatija / Hemm narak; Versi (Sena XXIV, Mejju 1956, nru 5, p.74), poeżija ta’ Manwel Cassar, miktuba t‑Tnejn, 27‑XI‑1950 waqt is‑smigħ ta’ recording tal‑funzjoni tat‑tluq ta’ żewġ Ġiżwiti għall‑Missjoni. Fiha erba’ strofi endekasillabi u rima abċb; Malta Missjunarja (Sena XXIV, Lulju 1956, nru 7, p.106),
Angelo Copperstone: San Pietru Appostlu Prinċep tal‑Missjunarji (Sena XX, Awwissu 1952, nru 8, p.124), b’seba’ strofi senarji u rima aabb; 1565 (Sena XX, Settembru 1952, nru 9, 138), b’seba’ strofi settenarji ta’ sitt ivrus‑il waħda u rima ababċċ; Is‑Sultana tal‑Missjoni fit‑Tlugħ Glorjuż (Sena XXI, Awwissu 1953, nru 8, p.114), bi 11‑il strofa settenarja u rima aabb; Marija! Marija! (Sena XXII, Diċembru 1954, nru 12, p.180), b’erba’ strofi settenarji b’sitt ivrus‑il waħda u rima ababċċ. Il‑poeżija l‑oħra Agħmilni Den (Sena XXII, Marzu 1954, nru 3, p.34), bl‑inizjali C.A., b’ħames strofi ottonarji u rima abċb, tista’ tkun tiegħu wkoll. Gaspare Pace1: Saċerdot (Sena
Skont Joseph Schembri: ‘Għalkemm Gaspare ma kienx ta’ skola kbira, kien bniedem li minn ġuf ommu twieled poeta, u rnexxielu, b’ħafna qari ta’ kotba, jagħmel minnu nnifsu poeta tajjeb u t’għożża.’ (Siġġiewi Album: San Nicolò Magno – Poeżija ta’ Gaspare Pace miktuba u mxandra fl‑1949). 25
Marzu 2022
XX, Settembru 1952, nru 9, 138), b’10 strofi dekasillabi u rima abċċ; Ġesù Kristu Bniedem u Alla (Sena XXI, Jannar 1953, nru 1, p.8), datata 8 ta’ Diċembru 1952, bi 12‑il strofa dekasillabi u rima abċb; Sbuħija fil‑Hena w in‑Niket (Sena XXII, Marzu 1954, nru 3, p.38), datata 20 ta’ Settembru 1953, b’14‑il strofa endekasillaba u rima abċb; Esseri ta’ Kbir Għaġeb (Sena XXIII, Jannar 1955, nru 1, p.2), bid‑data tal‑ewwel t’Ottubru ’54, b’10 strofi endekasillabi u rima abċb; Minn Luċifru Sar Xitan Ikeskes (Sena XXIII, Lulju 1955, nru 7, p.102), datata 30.5.55, b’għaxar strofi endekasillabi b’sitt ivrus‑il waħda u rima abċbdb; Ftit mill‑Bosta: F’dil‑art la tifraħx biex fl‑oħra ma tagħlix (Sena XXIV, April 1956, nru 4, p.58), datata 15.11.55, bi 12‑il strofa endekasillaba u rima abċb. Mill‑banda l‑oħra, f ’Uffiċċju Ċkejken Qalb Kbira! (Sena XXI, April 1953, nru 4, pp.49‑50) Mons. Anton Cilia (1910‑79) jgħarrafna bil‑laqgħa tal‑5 ta’ Lulju 1934 li kellu mal‑Profs. Mons. Carmelo Zammit (1882‑1934), li dak iż‑żmien kien direttur djoċesan tal‑Opri Missjunarji Pontifiċji f ’Malta, fejn ħareġ bl‑idea li hu u sħabu s‑seminaristi 26
90 SENA TA’ STORJA – MRO MANOEL PIROTTA
xtaqu jaraw il‑ħidma missjunarja tiġi organizzata sewwa f ’Malta, li tintalab l‑kmajra li kien hemm fit‑taraġ fejn qabel kien jitmexxa l‑ġurnal Kattoliku, biex minflok tibda sservi t’Uffiċċju Missjunarju tant bżonnjuż għal pajjiżna. Iżda sfortunatament, Mons. Zammit miet l‑għada stess. Kien biss xahrejn wara li dan l‑uffiċċju nfetaħ u beda jaħdem regolarment taħt id‑Direttur Djoċesan il‑ġdid, Mons. Lwiġi Catania
Mons. Anton Cilia (1910‑1979) – Direttur Nazzjonali tal‑OMP f’Malta
(1898‑1943). Grazzi għall‑ftuħ tiegħu, l‑OMP tal‑Propagazzjoni tal‑Fidi, tas‑Santa Infanzja u tal‑Kleru Indiġenu, ħadu spinta kbira ’l quddiem. L‑istess seta’ jingħad għall‑Ġurnata Missjunarja u l‑ħafna ħidmiet
oħrajn tal‑OMP ta’ matul is‑sena peress li dawn beda jkollhom organizzazzjoni wisq aktar soda, grazzi għall‑istess uffiċċju. Maż‑żmien kulħadd sar jaf u dara l‑Uffiċċju Missjunarju. Min beda jmur biex jikkunsinnja l‑offerti li jinġabru mill‑parroċċa tiegħu għall‑Opri, min biex jgħid bl‑inizjattivi sbieħ tiegħu, u min bil‑kontra, biex jgħarraf bit‑tfixkil li xi drabi kien jiltaqa’ miegħu f ’ħidmietu għall‑Opri jew għall‑MM. Dan kollu minbarra l‑gzuz t’ittri li ta’ kuljum bdew jaslu mingħand iż‑żgħar u l‑kbar, ilkoll mixgħulin b’ħeġġa sabiħa għall‑Missjoni. L‑uffiċċju kien jieħu gost jilqa’ wkoll l‑adottanti tas‑Seminaristi Indiġeni u benefatturi oħrajn, antiki u ġodda, tal‑Opri. Dawn kienu jiġu minn kull rokna Maltija u wieħed kien jibqa’ mistagħġeb kif kien jirnexxilhom isibuh. Madankollu, l‑uffiċċju kien jgħin u jinkoraġġixxi diversi Movimenti Missjunarji, fosthom dawk tal‑Istudenti, tal‑Għalliema u tal‑Klassi Intellettwali. U għad li kien fuq fomm kulħadd minħabba ċkunitu, kull min żaru dejjem sab tħabbat qalb kbira mimlija bir‑rikonoxxenzi ta’ min kien jaħdem fih, tal‑Papa u saħansitra tal‑Missjunarji kollha.
Marzu 2022
#
MISSIO FEST Is‑Sibt 12 ta’ Marzu, 2022
Ġiti ġodda mal-YTC! Vjaġġ Qalb il-Fjuri fl-Olanda u l-Park Efteling mill-Ħadd 17 sal-Ħadd 24 t’April Dan huwa l-aħjar żmien għat-tulipani. Fl-aħħar ġimagħtejn t’April l-għelieqi ta’ barra minn Amsterdam ikunu mimlijin
Prezz ta’ €1110 kull persuna f’kamra ta’ 2 fuq bażi ta’ Bed & Breakfast
Il-Festa ta’ San Efisju f’Sardinja Mill-1 sal-4 ta’ Mejju 2022
b’atmosfera indimentikabbli! Inżuru Sarroch, Pula, Nora, Barumini, Giara, Marmilla, il-Muntanja Arci u San Sperate Art Village. Prezz ta’ €495 kull persuna f’kamra ta’ 2 fuq bażi ta’ Bed & Breakfast
Il-Festa ta’ San Nikola ta’ Bari Mis-Sibt 7 sal-Erbgħa 11 ta’ Mejju
Ikel tajjeb, folklor, bini mill-isbaħ u bliet mhux bħal tassoltu. Barra l-festa ser inżuru Alberobello, l-Għerien ta’ Castellana, Polignano A Mare, Matera, Sammichele di Bari u Monopoli. Prezz ta’ €495 kull persuna f’kamra ta’ 2 fuq bażi ta’ Bed & Breakfast
Lourdes għal Jum l-Omm Mill-Ħadd 8 sal-Ħamis 12 ta’ Mejju
Kemm hemm minnkom li marru diġà Lourdes, iżda ma’ kull min niltaqa’ jesprimi x-xewqa li jerġà jmur il-Grotta ta’ Massabielle mimli devozzjoni lejn Sidtna Marija li dehret lil Bernardette Soubirous tul is-sena 1858. Inżuru wkoll Saint-Bertrand-de-Comminges u l-belt sabiħa ta’ Pau bejn il-muntanji Pirinej. Prezz ta’ €655 kull persuna f’kamra ta’ 2 fuq bażi ta’ Full Board
li jista’ jinkiseb mingħand Natasha fuq:
2122 2040 info@ytc.com.mt
7979 2040
ytctraveltours
www.ytc.com.mt
27
Marzu 2022
Nikkumbattu l‑Malnutrizzjoni fl‑Etjopja Permezz ta’ Ġonna fil‑Komunità is‑saħħa u l‑kuntentizza tat‑trabi tagħha.
“Fil‑qalba tal‑Etjopja, fuq ix‑xatt tal‑Lag Hawassa, is‑Sorijiet Missjunarji Franġiskani ta’ Marija qed jgħinu sabiex jegħlbu l‑malnutrizzjoni mifruxa fil‑komunitajiet ħalli joħolqu familji b’saħħithom permezz taċ‑Ċentru tas‑Saħħa Bushulo u bis‑saħħa ta’ proġett innovattiv tal‑komunità sostenibbli fil‑biedja,” Robert Farrugia, Kap tal‑Komunikazzjoni u Ġbir ta’ Fondi.
F
tit snin ilu, waqt li qabdet liż‑żewġt itfal żgħar tagħha, Eunesh bdiet vjaġġ ta’ tliet sigħat mill‑għarix tal‑familja tagħha fil‑Muntanji ta’ Hawassa, 28
fin‑Nofsinhar tal‑Etjopja. B’binha u b’bintha jbatu minn malnutrizzjoni akuta u bla flus biex tħallas għal tabib jew klinika medika fil‑qrib, dak li kellu jkun żmien ta’ ferħ, seta’ faċilment jispiċċa fi traġedja. Eunesh kienet determinata li tasal fiċ‑Ċentru tas‑Saħħa ta’ Bushulo fejn kienet taf li wliedha setgħu jirċievu l‑kura li kellhom bżonn. L‑unika xewqa tagħha kienet
L‑istorja ta’ Eunesh, seba’ snin ilu kienet waħda ta’ wġigħ il‑qalb u disprament kbir. Illum, grazzi għal Sor Anna Kim u l‑Missjunarji Franġiskani ta’ Marija, hija storja ta’ ħajja, saħħa u tama. Is‑sorijiet imexxu ċ‑Ċentru tas‑Saħħa Bushulo, istituzzjoni mingħajr skop ta’ qligħ ibbażata fuq il‑fidi li tipprovdi kura li ssalva l‑ħajjiet tal‑familji fir‑Reġjun ta’ Hawassa. Il‑programm ta’ nutrizzjoni innovattiv tagħhom ilu għal aktar minn għaxar snin jgħin biex itaffi l‑effetti frekwenti tal‑ġuħ u l‑iskarsezza tal‑ikel, prinċipalment permezz ta’ dispożizzjoni ta’ screening tal‑malnutrizzjoni
Marzu 2022
# Malta. Bil‑ġuħ kontinwu u l‑iskarsezza tal‑ikel; tħassib kostanti għan‑nies ta’ Hawassa, l‑appoġġ li jipprovdi dan il‑programm huwa essenzjali biex tiġi żgurata s‑saħħa fit‑tul tan‑nies fil‑komunità, speċjalment dik tat‑tfal.
MISSIO FEST Is‑Sibt 12 ta’ Marzu, 2022
u ikel supplimentari. Dan is‑servizz kritiku salva l‑ħajja tat‑tfal ta’ Eunesh, imma s‑sorijiet jafu wisq sewwa li l‑isfida hija dejjem preżenti. Sabiex jingħata kont tan‑numru dejjem jikber ta’ familji fir‑reġjun li jesperjenzaw malnutrizzjoni severa, is‑sorijiet fittxew li jidentifikaw is‑sors tal‑problema. Dan wassal għat‑twaqqif tal‑Proġett tal‑Ġnien tal‑Komunità f ’Bushulo, li jappoġġa b’mod speċjali lin‑nisa u t‑tfal, li huma l‑aktar f ’riskju. Il‑parteċipanti fil‑proġett jitgħallmu jikkultivaw il‑ġonna tad‑djar tagħhom stess biex jipprovdu ikliet bilanċjati u nutrittivi għall‑familji tagħhom.
Il‑programm mhux biss jimmira li jsolvi l‑livelli għoljin attwali ta’ malnutrizzjoni fil‑komunità, iżda jgħallem ħiliet kritiċi fis‑saħħa u n‑nutrizzjoni, sabiex ikunu jistgħu jiġu evitati kriżijiet potenzjali. Sor Anna u t‑tim tagħha jimmiraw li jnaqqsu l‑ġuħ fil‑komunità, filwaqt li jindirizzaw il‑kwistjonijiet ta’ xogħol li jikkontribwixxu għall‑malnutrizzjoni, filwaqt li jiżguraw li l‑familji jkunu jistgħu jgħixu ħajja sana u ferħana. Dan il‑programm innovattiv biddel il‑ħajja ta’ Eunesh u żewġha Marcos, li t‑tnejn kienu parteċipanti. Bħala riżultat, uliedhom issa qed jgħixu l‑ħajja bis‑sħiħ. Iżda l‑inizjattiva ma tistax tkompli mingħajr l‑appoġġ regolari ta’ Missio
Din is‑sena hemm eluf ta’ żgħażagħ f ’riskju f ’Hawassa, li għadhom jeħtieġu l‑għajnuna tagħkom biex isibu s‑saħħa u l‑ferħ li sabu Eunesh u l‑familja tagħha. Jekk jogħġbok appoġġja l‑appell ta’ Missio Malta llum, u wassal u agħti l‑ħajja lil din il‑komunità u lil oħrajn madwar id‑dinja. Aktar dettalji fuq il‑qoxra tar‑rivista. Grazzi tad‑donazzjoni tagħkom. #ilmissioint#hopemissiofest
TFAL MISSJUNARJI – Programm għat‑tfal bi produzzjoni ta’ MissioTfal u preżentazzjoni ta’ Claudia Cini. Kull nhar ta’ Ġimgħa fit‑3:30pm fuq Radju Marija 102.3FM (Malta) / 107.8FM (Għawdex).
Biex infiq għandi bżonn id‑demm.
Int tista’ tgħinni? Grazzi mill‑qalb! 29
Marzu 2022
DEHRIET TAL‑MADONNA – EMMANUEL CUTAJAR
Calypso MFG Ltd. 5, Cospicua Road, Fgura FGR 1261, Malta. Tel: +356 21 804588 Fax: +356 21 804487 Mob: +356 79065125 Email: louis@calypsomfg.com Website: www.calypsomfg.com
30
Marzu 2022
#
MISSIO FEST Is‑Sibt 12 ta’ Marzu, 2022
St. Mary’s Bakery ...freshly baked daily 72, Sacred Heart Street, B’Kara Mob 9947 5459/ 7723 7702
Triq ir‑Riħan, San Ġwann ‑ Malta. tel: +356 2766 1166 info@thecyclistmalta.com www.thecyclistmalta.com
DMD Auto Parts IMPORTERS AND DISTRIBUTORS OF ORIGINAL MECHANICAL AND BODY PARTS FOR KIA ‑ HYUNDAI ‑ CHEVROLET MODELS
ARTHUR
T H E
G I L D E R
Gilder, 70 Doni Street, Rabat ‑ Malta Tel: 00356 9982 1006 Email: arthurthegilder@gmail.com Gilder Arthur Vassallo
Tel: (+356) 27495752 Fax: (+356) 27495752 Mob: (+356) 99495752 Email: dmdautoparts@onvol.net Website: www.dmdautoparts.com
31
Marzu 2022
Adopt a
Grandparent
Combat Loneliness POWERED BY
MALTA
Tweġġa’ meta tħossok waħdek... iżda Missio, flimkien ma’ Newsbook.com.mt ħarġu b’inizjattiva li tagħtik il‑possibilità li ssib qalb ta’ ħbiberija permezz tal‑proġett Adopt a Grandparent. Jekk inti interessat tipparteċipa, ċempel fuq 2122 2001.
www.adoptgrandparent.org POWERED BY
Jien. Int. Aħna. Flimkien.
Dan il‑proġett huwa ffinanzjat mill‑Malta Social Impact Awards.
Kull nhar ta’ Sibt fit‑3 ta’ waranofsinhar fuq Net TV. Waqt intervista individwali ta' 50 minuta, 'Ara Min Mar!' jintroduċi lit‑telespettaturi ma' persuni li għamlu esperjenza fil‑missjoni. L‑għan tal‑programm huwa li juri u jispjega l‑esperjenza missjunarja kollha; mill‑bidu nett tal‑preparazzjoni għall‑vjaġġ sal‑esperjenza attwali f'pajjiż tal‑missjoni sal‑effett ta' wara l‑esperjenza ladarba l‑individwu jkun lura d‑dar. L‑intervista, li turi l‑effett li tħalla fil‑persuna minn din l‑esperjenza, tgħin lil dak li jkun jirrealizza li kulħadd jista’ jesperjenza l‑missjoni, irrilevanti l‑età, il‑professjoni u l‑isfond tal‑ħajja li ġej minnha. Turi wkoll li persuna tista’ tagħmel esperjenza missjunarja sew għal żmien qasir kif ukoll għal perijodu itwal ta' żmien. Produzzjoni Missio Malta. 32
DEHRIET TAL‑MADONNA – EMMANUEL CUTAJAR
Marzu 2022
#
MISSIO FEST Is‑Sibt 12 ta’ Marzu, 2022
Il‑Ħidma Evanġelika ta’ Marija Santissima Bħala Missjunarja l-Għaxar Parti bid‑demm u l‑ġrieħi fuq ġismu.
Il‑Madonna tad‑Duluri f’Castelpetroso Fit‑22 ta’ Marzu 1888, waqt li Fabiana Cecchino, xebba ta’ 35 sena u Serafina Valentino, mara miżżewġa ta’ 33 sena, mir‑raħal ta’ Pastine fid‑Djoċesi ta’ Bojano, fl‑Italja, kienu qegħdin ifittxu xi nagħaġ li kienu tbiegħdu u ntilfu qalb l‑għoljiet qrib ir‑raħal ta’ Castelpetroso, provinċja ta’ Isernia‑Molise, raw dawl qawwi ħiereġ minn xi xquq fil‑blat ta’ għar. Ħosbiena resqu qrib l‑għar u hemmhekk raw bl‑aktar mod ċar u distint lill‑Verġni Marija għarkopptejha, imnikkta, b’idejha miftuħin u b’għajnejha jħarsu lejn is‑sema, f ’att ta’ talba u offerta lil Alla. F’riġlejha kien hemm mixħut Ġesù mejjet
Meta ftit wara marru lura lejn ir‑raħal tagħhom, in‑nisa eċċitati u mbeżżgħin, irrakkontaw dak kollu li kienu raw. Huma ddeskrivew din id‑dehra billi qalu li raw ix‑Xbieha tal‑Madonna tad‑Duluri liebsa libsa ħamra u b’mantell skur, mara żagħżugħa sabiħa, imma pallida, b’xagħarha mħabbel u b’demm ħiereġ minn ġrieħi f ’qalbha kkawżati minn sebat isjuf. Il‑Madonna ma lissnet l‑ebda kelma. Għall‑bidu ħadd ma ta kas ta’ dawn id‑dikjarazzjonijiet tagħhom, iżda meta aktar tard bdew ġejjin dikjarazzjonijiet simili; l‑ewwel minn tifel, imbagħad saħansitra minn eretiku, allura s‑sitwazzjoni nbidlet u ħafna nies bdew jemmnu f ’dawn id‑dehriet tal‑Madonna Addolorata. L‑aħbar inxterdet ma’ Castelpetroso u mar‑reġjuni kollha. Bdew jinġabru folol
kbar ta’ fidili f ’pellegrinaġġi lejn l‑għar ‘Cesa tra Santi’ (isem il‑post tad‑dehriet). In‑numru tal‑pellegrini beda jiżdied minn jum għall‑ieħor, ġejjin minn dawk ir‑reġjuni, u minn irħula u bliet fl‑Italja. L‑Isqof ta’ Bojano, Mons. Francesco Palmieri, malli waslitu l‑aħbar ta’ dawn id‑dehriet, poġġa s‑sit tad‑dehriet taħt kontroll u ordna l‑ewwel proċessi preliminari ekkleżjastiċi biex jiġu investigati sew id‑dehriet. Huwa għarraf ukoll lill‑awtoritajiet tal‑Knisja fil‑Vatikan. Aktar tard, Papa Ljun XIII, ħatru bħala Delegat Appostoliku u tah l‑inkarigu li jagħmel spezzjonijiet uffiċjali tal‑għar f ’isem is‑Santa Sede.
Fis‑26 ta’ Settembru 1888, l‑Isqof Palmieri mar personalment fl‑għar u huwa wkoll kellu l‑grazzja 33
Marzu 2022
li jara lil Marija Santissima fl‑istess attitudni deskritta mill‑ewwel żewġ nisa viżjonarji. Din hija l‑istqarrija uffiċjali tal‑isqof: “Bi spirtu ta’ ferħ nista’ nafferma li d‑dehriet ta’ Castelpetroso huma sinjali u sejħa tal‑Ħniena Divina, għal dawk li tbiegħdu mill‑ħajja tajba biex jerġgħu lura fit‑triq it‑tajba. Jiena nista’ nixhed li meta mort f ’ dan il‑post qaddis u tlabt ħafna, kelli wkoll id‑dehra tal‑Verġni Marija Addolorata.” Aktar tard, minbarra d‑dehriet seħħ ukoll fenomenu ieħor importanti. F’Mejju 1888, f’riġlejn l‑għolja fejn hemm l‑għar dehret għajn tal‑ilma, li wara rriżulta li kien mirakoluż għaliex bdew jingħadu diversi rapporti ta’ fejqan bis‑saħħa ta’ dak l‑ilma. Ta’ min isemmi l‑miraklu 34
DEHRIET TAL‑MADONNA – EMMANUEL CUTAJAR
li seħħ lil tifel ta’ sitt snin, Angelo Verna, li kien mutu u wara li xorob ftit ilma li tah missieru minn dik l‑għajn, fieq mill‑kundizzjoni tiegħu. Il‑gazzetti lokali bdew jirrappurtaw dawn id‑dehriet u l‑mirakli f’Castelpetroso. ‘Il Servo di Maria’, rivista Marjana ta’ kull xahrejn, ippubblikata f’Bologna mill‑Qaddejja ta’ Marija, ippubblikat ukoll l‑aħbar tad‑dehriet. Inċidentalment, id‑direttur ta’ din ir‑rivista, il‑Konti Carlo Acquaderni, f’Novembru 1888 mar fl‑għar flimkien ma’ ibnu Augusto, li kien marid b’marda terminali, tuberkulożi fl‑għadam, u b’fidi u tama qawwija talab lill‑Madonna għall‑fejqan ta’ ibnu. Fil‑fatt Augusto kien imfejjaq ukoll b’mod mirakoluż.
Fid‑dawl ta’ dawn id‑dehriet u fejqan li bdew iseħħu, ġie deċiż mill‑awtoritajiet tal‑Knisja biex jinbena Santwarju b’qima u devozzjoni kbira lejn il‑Madonna tad‑Duluri. U fl‑1890 tqiegħdet l‑ewwel ġebla tal‑bini tas‑Santwarju. Il‑konsagrazzjoni tiegħu saret madwar tmenin sena wara minħabba x‑xogħol u l‑ispejjeż kbar tal‑bini li kienu jinvolvu, li għalihom kien jikkontribwixxi ħafna l‑Konti Acquaderni u n‑nies tal‑lokal. Is‑Santwarju, li sar post għall‑ għadd ta’ pellegrinaġġi matul is‑sena kollha, huwa eżempju ta’ arkitettura mill‑isbaħ stil Neo‑Gotiku (ritratt) mibni fuq pjanta li tiġbor fiha seba’ kappelli li jirrappreżentaw is‑Sebat Isjuf fil‑Qalb tal‑Madonna tad‑Duluri. Fis‑6 ta’ Diċembru 1973, fuq talba tal‑isqfijiet ta’ Molise, Papa Pawlu VI ipproklama lill‑Verġni Mqaddsa Marija Addolorata meqjuma fis‑Santwarju ta’ Castelpetroso, bħala Patruna ta’ Molise. Fis‑sena 1993, komunità ta’ reliġjużi magħrufa bħala l‑Franġiskani tal‑Immakulata, twaqqfet qrib is‑santwarju. Fis‑19 ta’ Marzu 1995, Papa Ġwanni Pawlu ll żar is‑santwarju bħala pellegrin, u Papa Franġisku żaru fis‑sena 2014, bħala pellegrin ukoll.
Marzu 2022
# tal‑Fidwa ta’ Kristu u hi, billi kkonformat ruħha bis‑sħiħ ma’ din ir‑rieda Divina bit‑tbatija tagħha, aċċettata u offruta minnha, saret korredentriċi għall‑umanità. Is‑Sagrifiċċju u d‑Dulur kollu tal‑Madonna, li laħqu l‑qofol tagħhom fil‑mument tal‑Passjoni u l‑Mewt ta’ Ġesù, bil‑barka ta’ Alla, akkumpanjaw it‑tbatijiet tal‑bnedmin kollha, f ’kull ċirkostanza ta’ ħajjithom, f ’għaqda sħiħa u waħda mat‑tbatijiet ta’ Ġesù, anki, u b’mod speċjali permezz tal‑Ewkaristija, biex isiru l‑Ġisem Wieħed u Qaddis ta’ Kristu l‑Feddej. Il‑messaġġ ta’ Castelpetroso huwa profond ħafna u jistedinna nirriflettu fuq is‑Sovrabbundanza tan‑Natura u l‑firxa tal‑Imħabba ta’ Ġesù u ta’ Ommu Marija lejn kull wieħed u waħda minna.
MISSIO FEST Is‑Sibt 12 ta’ Marzu, 2022
Nota: X’inhu l‑messaġġ li l‑Madonna riedet tagħti lill‑Italja u lid‑dinja kollha permezz tad‑dehriet tagħha f ’Castelpetroso? F’Lourdes hija talbet għat‑talb u l‑penitenza; f ’Fatima talbet ukoll sagrifiċċji għall‑midinbin u rrikkmandat ħafna li jingħad ir‑Rużarju Mqaddes. L‑istess għamlet fid‑diversi dehriet tagħha f ’diversi postijiet oħra fid‑dinja matul is‑sekli. Iżda, f ’Castelpetroso l‑Madonna ma tkellmitx jew
aħjar tkellmet biss permezz tal‑dehra tagħha. Hawnhekk, hija tidher f ’attitudni differenti ħafna minn dik li biha s‑soltu tidher il‑Madonna tad‑Duluri, għalkemm hawn ukoll wiċċha jesprimi dulur kbir, imma tinsab f ’attitudni ta’ Maternità Saċerdotali; nofsha għarkopptejha, dirgħajha miftuħin, għajnejha jħarsu lejn is‑sema, f ’att ta’ talba u offerta, toffri lil binha Ġesù, frott ta’ ġufha, lil Alla l‑Missier, bħala vittma ta’ tpattija għad‑dnubiet tal‑umanità. Din l‑attitudni tikkonferma verità teoloġika profonda ħafna kif ġiet interpretata minn xi teoloġi: Alla għaqqad lill‑Verġni Mbierka mal‑ħidma
Rivista missjunarja b’40 paġna, kollha bil‑kulur, maħruġa minn Missio (Uffiċċju Missjunarju) għal aktar minn 80 sena Aġġorna ruħek fuq id‑Dinja Missjunarja. Abbona fir‑Rivista Malta Missjunarja fejn issib:
Aħbarijiet mid‑dinja missjunarja | Intenzjoni tax‑xahar Esperjenzi missjunarji Maltin u Għawdxin | Ċajt u kompetizzjonijiet Dan kollu għall‑prezz ta’ €21 għal abbonament ta’ sentejn li jinkludi wkoll Kalendarju MIssjunarju b‘xejn.
Tista’ tabbona online fuq: www.missio.org.mt 35
RIĊETTA TRADIZZJONALI
Marzu 2022
KEJK MORBIDU MILL‑ĠAPPUN Metodu: • Ġo skutella ħawwad sew flimkien l‑isfra tal‑bajd, il‑meraq tal‑larinġ, iż‑żejt u l‑melħ. • Żid id‑dqiq u erġa’ ħawwad sew. • Għaddi it‑taħlita minn ġo passatur fin. • Ġo skutella oħra ħawwad fi xkuma l‑abjad tal‑bajd, żid iz‑zokkor u erga’ ħawwad sakemm it‑taħlita tiġi xkuma.
X’għandek bżonn: • 4 isfra tal‑bajd • 90 millilitru meraq tal‑larinġ
• Itfa’ t‑taħlita tal-abjad tal-bajd u zokkor ftit ftit mal‑ewwel taħlita, filwaqt li tikkombinahom flimkien bil‑galbu. • Poġġi t‑taħlita ġo landa tal‑kejkijiet midluka bi ftit żejt jew butir.
• 50 millilitru żejt taż‑żebbuġa
• Poġġi l‑landa bit‑taħlita ġo landa kemm kemm akbar u itfa’ ftit ilma ġol‑landa l‑kbira.
• Nofs kuċċarina melħ
• Aħmi f ’forn bi sħana moderata.
• 70 gramma dqiq tip 00 mgħarbul • 4 abjad tal‑bajd
ボナペティ
• 90 gramma zokkor
(L‑ikla t‑tajba)
Jiena: ______________________________________________________________________________________________ Indirizz: __________________________________________________________________________________________ ________________________________________________
Kodiċi Postali: _________________________________
Tel/Mob: ___________________________________ E‑mail: __________________________________________ Nixtieq:
Inġedded l‑abbonament tiegħi Nibda nirċievi r‑rivista d‑dar bil‑posta Nagħti abbonament rigal lil:
Imla l‑formola u ibgħatha flimkien ma’ ċekk pagabbli lil Missio fuq: Abbonament Malta Missjunarja Missio, 7, Triq il‑Merkanti, Valletta, VLT 1171
Isem: _________________________________________________________________________________________________________ Indirizz: _____________________________________________________________________________________________________ ________________________________________________
Kodiċi Postali: _________________________________
Tel/Mob: ___________________________________ E‑mail: __________________________________________ 36
Jien. Int. Aħna. Flimkien. (VO/1178)
#
PE & C
O
G IF
ARITY H
FAITH H
Marzu 2022 MISSIO FEST Is‑Sibt 12 ta’ Marzu, 2022
T SHOP
Sibna wkoll fuq Facebook: Faith Hope & Charity Qed nagħmlu ‘Home Deliveries’
Il‑ħanut qed ikun miftuħ mit‑Tnejn sal‑Ġimgħa bejn id‑9:00am u s‑6:00pm. Is‑Sibt bejn id‑9:00am u s‑1:00pm. Tista’ wkoll tixtri onlajn mill‑ħanut Faith Hope & Charity billi żżur https://zaype.com/FHCshop 7, Triq il‑Merkanti, il‑Belt Valletta Tel: 21234328 37
KOMPETIZZJONI ‑ MARZU 2022
Marzu 2022
SUDOKU
Imla l‑vojt kollu b’mod li l‑kolonni, il‑linji u kull kaxxa ta’ disgħa jimtlew bin‑numri 1 sa 9. Ibgħat il‑kaxxa kompluta sa mhux aktar tard mill‑15 tax‑xahar flimkien ma’ ismek, kunjomok u l‑indirizz hekk: Malta Missjunarja – Kompetizzjonijiet, Nru.150, Missio, Triq Lorenzo Gafà, il‑Mosta MST 4128.L‑ewwel tweġiba tajba li tittella’ bil‑polza tirbaħ kupun ta’ €15 li jissarraf mill‑ħanut ta’ Missio, ‘Faith, Hope & Charity’ fil‑Belt Valletta.
4 5
6 7
2 2
3
7
Isem u Kunjom: ____________________________________
6
1 6
9
5 4 5
8
1
8 7
Indirizz:___________________________________________
3
__________________________________________________
5 8
9
__________________________________________________
4
3
6 3
1 4
__________________________________________________
6
7
__________________________________________________ Kodiċi Postali: ____________________________________
Soluzzjoni tal‑Kompetizzjoni ta’ Jannar 2022: Ir‑rebbieħa tal‑kompetizzjoni hija Margaret Zammit mill‑Imqabba. Grazzi lil kull min bagħtilna t‑tweġibiet. Prosit lir‑rebbieħa. Hija tirċievi ittra bil‑posta mingħandna biex tkun tista’ ssarraf il‑kupun.
1
3
6
2
5
9
7
4
8
7
2
5
4
1
8
9
3
6
4
8
9
3
6
7
1
5
2
3
6
4
7
8
5
2
1
9
5
1
8
6
9
2
3
7
4
9
7
2
1
3
4
6
8
5
2
4
1
5
7
6
8
9
3
8
5
3
9
2
1
4
6
7
6
9
7
8
4
3
5
2
1
Nitbissmu ftit: L‑Imgħallem: Ċens, temmen li nistgħu nerġgħu nqumu wara li mmutu? Ċensu: Le! Qatt ma ġiet ippruvata din Sinjur. Ma nemminx! L‑Imgħallem: Mela aħjar tibda temmen tafx! Għax ftit wara li tlaqt ilbieraħ, biex tmur għall‑funeral ta’ zijuk; zijuk ġie jfittxek hawn! 38
Salvu: Ġann, taħseb li l‑avviżi fuq il‑gazzetta jaħdmu? Ġanni: Dażgur, mija fil‑mija! Salvu: Għaliex int daqshekk ċert? Ġanni: Għax il‑ġimgħa l‑oħra ġibt avviż li għandi bżonn ‘security guard’ għax kont sejjer jumejn Għawdex u l‑għada serquni!!
Marzu 2022
#
Mulej ilqa’ f’Saltnatek lill‑benefatturi tagħna, familjari u ħbieb. • 08 ta’ Novembru, 2021 Mary Spiteri minn Ħal Għaxaq • 28 ta’ Novembru 2021 Carmelo Mifsud resident f ’San Vinċenz De Paul, Ħal Luqa • 13 ta’ Diċembru 2021 Vincent Grima mill‑Fgura • 26 ta’ Diċembru 2021 Sylvia Said min‑Nadur • 04 ta’ Jannar 2022 Tarċisja Cefai mir‑Rabat, Għawdex • 18 ta’ Jannar 2022 Rose Dimech minn Ħal Kirkop • 27 ta’ Jannar 2022 Angela Camilleri mill‑Mosta • Mario Dingli mill-Imsida
MISSIO FEST Is‑Sibt 12 ta’ Marzu, 2022
Eżempji sbieħ • Knisja Parrokkjali Santa Katerina, iż‑Żurrieq • John Farrugia u Catherine Grech miż‑Żurrieq • Rita Bonello mill‑Ibraġ • Raymond Falzon mill‑Gudja • Mary West minn San Pawl il‑Baħar Taw bolol użati li jinbiegħu lill‑kollezzjonisti, kif ukoll irċevuti fiskali u muniti antiki. Grazzi wkoll lis‑Sinjorina Felicia Camilleri li tagħmel skufji għat‑trabi u għat‑tfal fil‑missjoni, u grazzi lil Tereża u Lela Muscat minn Ħal Għargħur li taw donazzjoni ta’ €300 minn bejgħ ta’ pjanti.
• Rose Cordina minn Tas-Sliema • Dun Ġwann Mizzi mix‑Xewkija li miet nhar is‑6 ta’ Frar 2022. Benefattur ta’ Missio.
Il‑voluntiera tagħna għandhom bżonn aktar kobob tas‑suf sabiex jaħdmu skufji u oġġetti oħra għat‑tfal u għall‑kbar fil‑missjoni. Għal aktar informazzjoni kkuntattja lil Natasha Farrugia fuq 9988 5552.
Missio Malta • Missio Tfal
Agħtihom O Mulej il‑mistrieħ ta’ dejjem.
Websajt Missio • Informazzjoni dwar il‑missjoni u l‑missjunarji • Proġetti li twettqu u qed jitwettqu • Animazzjoni missjunarja • Attivitajiet • Rivisti tal‑passat • MissioTfal ‑ stejjer, attivitajiet, kompetizzjonijiet, rivisti tal‑passat
Jien. Int. Aħna. Flimkien. (VO/1178)
www.missio.org.mt
Nota: It‑tfal kollha huma mħeġġa jidħlu fil‑paġna ta' Facebook Missio Malta Events Page/ Tfal Missjunarji fejn jistgħu jsibu diversi logħbiet u attivitajiet ta' interess. 39
Marzu 2022
Theuma House, 302, St. Paul Street, Valletta VLT 1213 Tel: 21234075 / 21236605 Fax: 21244201 Email: info@etheuma.com www.etheuma.com
FREE DELIVERY
Main Street, St Paul's Bay, Malta Mob: 7722 9904 / 9945 5282 · Tel: 2758 1500
OPENING HOURS Monday: Tuesday: Wednesday: Thursday: Friday: Saturday: Sunday:
40
7:00 - 12:00 / 16:00 - 18:00 7:00 - 12:00 / 16:00 - 19:00 7:00 - 12:00 / 16:00 - 19:00 7:00 - 12:00 / 16:00 - 19:00 7:00 - 12:00 / 16:00 - 19:00 7:00 - 13:00 Closed