
2 minute read
Editorjal
Jien. Int. Aħna. Flimkien.
VO/1178
Missio ‑ [Uffiċċju Missjunarju], 7, Triq il‑Merkanti, il‑Belt Valletta VLT 1171. Ħinijiet: mit‑Tnejn sal‑Ġimgħa: 9.00am ‑ 1.00pm Donazzjonijiet jistgħu jitħallew fil‑ħanut Faith Hope & Charity mit‑Tnejn sal‑Ġimgħa: 1.00pm ‑ 7.00pm / Is‑Sibt: 9.00am ‑ 1.00pm Missio: Nru. 150, Triq Lorenzo Gafà, il‑Mosta MST 4128. Ħinijiet: mit‑Tnejn sal‑Ġimgħa: 8.00am ‑ 4.00pm
Tel: 2123 6962 • Fax: 21231272 Imejl: info@missio.org.mt • Websajt: www.missio.org.mt
Uffiċċju Missjunarju, 7, Triq l‑Imgħallem, ir‑Rabat, Għawdex VCT 9066. Tel: 2155 0267 • Imejl: gozo@missio.org.mt Ħinijiet: mit‑Tnejn sal‑Ġimgħa: 8.30am ‑ 12.00pm BORD EDITORJALI Editur: Claudia Cini (claudia@missio.org.mt) Membri:Mons. Valent Borg
Dun Victor Agius, Mario Scicluna, Dun Karm Portelli, Kav. Emmanuel Cutajar KCHS, Robert Farrugia Websajt u Facebook: missiomalta Qari tal‑Provi: John Caruana Grafika: James Trapani (gakbu@gakbu.com)
Malta Missjunarja hija Rivista Missjunarja ta’ kull xahar. L‑ewwel ħarġa: Settembru 1932 bl‑isem ta’ Malta Missjunarja. Jannar 1978: bidla fl‑isem għal Knisja Missjunarja. Frar 2003: mill‑ġdid Malta Missjunarja. Abbonament għal sena €10.00
F’din il‑ħarġa:
2 Editorjal 4 Messaġġ mid‑Direttur 6 Intenzjoni Missjunarja 8 Esperjenzi Reali 12 Ir‑Randan Imqaddes 14 Ittra Mill‑Missjoni 16 Il‑Ħajja Fil‑Missjoni 22 Il‑Qaddis tax‑Xahar 24 90 Sena ta’ Storja 28 Nikkumbattu l‑Malnutrizzjoni fl‑Etjopja
Permezz ta’ Ġonna fil‑Komunità 33 Dehriet tal‑Madonna 36 Riċetta Tradizzjonali 38 Kompetizzjoni u Ċajt 39 Nitolbu għall‑Mejtin Tagħna Ritratt tal‑faċċata: Powster uffiċjali tal‑Maratona Hope MissioFest 2022.
Niċċelebraw 200 Sena Missjoni
Missio bdiet bil‑viżjoni ta’ mara waħda. 200 sena ilu żagħżugħa Franċiża, Pauline Marie Jaricot (1799‑1862), kellha l‑viżjoni ta’ netwerk internazzjonali ta’ talb u appoġġ għall‑ħidma missjunarja. Mill‑impenn ta’ din il‑mara waħda, il‑missjoni globali tal‑Knisja sabet sostenn u appoġġ. Bħala lajka impenjata sabiex tappoġġa l‑attivitajiet missjunarja tal‑Knisja, Pauline tfakkarna li l‑qdusija mhix ristretta biss għall‑ordnijiet reliġjużi jew membri ta’ kongregazzjonijiet reliġjużi.
L‑2022 hija sena speċjali għalina peress li timmarka anniversarji sinifikanti fl‑istorja tagħna, fosthom il‑200 anniversarju mit‑twaqqif tas‑Soċjetà tal‑Propagazzjoni tal‑Fidi (1822), li hawn Malta hija magħrufa bħala Missio Malta. F’Mejju 2022 se ssir il‑beatifikazzjoni ta’ Pauline Jaricot, tragward ewlieni fil‑mixja biex tiġi rikonoxxuta bħala qaddisa. Papa Franġisku appunta lill‑Kardinal Luis Antonio Gokim Tagle,

Pauline Jaricot tikteb fuq l‑idea tas‑Soċjetà għall‑Propagazzjoni tal‑Fidi. prefett tal‑Kongregazzjoni għall‑Evanġelizzazzjoni tal‑Popli, sabiex jippresjedi ċ‑ċerimonja tal‑beatifikazzjoni tal‑Venerabbli Pauline Jaricot f’Lyon fi Franza nhar it‑22 ta’ Mejju 2022. Pauline Jaricot kienet żagħżugħa rivoluzzjonarja li rat il‑bżonn u kienet imġiegħla tagħmel xi ħaġa dwaru. Imwielda fi żmien meta n‑nisa la kienu intraprendituri u lanqas dawk li jieħdu d‑deċiżjonijiet jew influwenzaturi, Pauline Jaricot sawret mod ġdid u prattiku biex in‑nies jingħaqdu flimkien, jespandu
l‑fidi tagħhom u jaqsmu dak li kellhom ma’ dawk fil‑bżonn. Il‑Kardinal Tagle rrifletta fuq l‑aspetti ta’ kariżma li kellha Pauline u ddikjaraha li minn żerriegħa nibtet siġra kbira! Permezz tal‑viżjoni u l‑enerġija ta’ Pauline, illum netwerk dinji ta’ missjunarji lajċi u mexxejja tal‑Knisja qed jaħdmu flimkien mal‑komunitajiet l‑aktar fil‑bżonn, kawża ta’ persekuzzjoni, status ta’ minoranza jew nuqqas ta’ riżorsi materjali. Nistednuk tingħaqad magħna fi vjaġġ missjunarju billi żżur il‑websajt tagħna www. missio.org.mt u tkompli ssegwi l‑artikli fir‑rivista tagħna Malta Missjunarja.
“Jien ġejt maħluqa biex inħobb u naġixxi. Il‑klawsura tiegħi hija d‑dinja.” Pauline Jaricot.
Il‑Papa Franġisku jinċensa xbieha ta’ Pauline Jaricot.

