4 minute read

Il‑Ħajja Fil‑Missjoni

Mhux Sakemm Taħsel Idejk!

“Nista’ ngħidilkom storja?” staqsa bi tbissima s‑Surmast lill‑istudenti li kellu quddiemu.

Is‑Surmast kien qed jitkellem dwar l‑ilma nadif, li l‑iskola fir‑raħal ta’ Sargane fin‑Niġer, irċeviet tliet snin ilu, u kien għadu kemm staqsa jekk l‑istudenti, li kienu jitgħallmu dwar l‑importanza tas‑sanità fl‑iskola, jgħallmux lil ħaddieħor fil‑komunità. B’daħka ħerqana qalilhom l‑istorja kollha dwar tifla ta’ tnax‑il sena jisimha Hadjara Zakari.

Bħall‑istudenti l‑oħra f’Sargane, Hadjara tgħallmet dwar l‑importanza tal‑ħasil tal‑idejn meta l‑iskola rċeviet ilma nadif għall‑ewwel darba. Li jfisser li hija bdiet tifhem; forsi qabel ma fiehmu ħafna oħrajn fil‑komunità; li għalkemm l‑ilma nadif kien qed jagħmel lill‑familja tagħha aktar b’saħħitha, idejn nodfa u ambjent sanitarju kienu daqstant importanti. Dakinhar filgħaxija, hekk kif kienet qed taħsel idejha bi kburija bi tħejjija għall‑ikla, qalet lil missierha, li kien

beda jiekol mingħajr ma ħasel idejh l‑ewwel: “M’għandekx tiekol miegħi sakemm ma taħsilx idejk.” Dan il‑kliem irrabjah ħafna lil missierha u ċanfarha bil‑kbir, filwaqt li qalilha: “Mhux biċċa tiegħek li tgħidli x’għandi nagħmel! Inti binti.” Imnikkta, it‑tifla poġġiet bilqiegħda fis‑skiet, imma kienet taf li kellha raġun. Bi protesta, Hadjara rrifjutat li tiekol il‑pranzu dak il‑lejl. U mbagħad baqgħet ma tikolx għal ħames iljieli ta’ wara. Frustrat, missierha mar l‑iskola, sab lis‑surmast u qallu: “Dan huwa dak li qed tgħallem lil uliedi?!”

Bil‑kalma kollha, is‑surmast spjegalu dak li kien għallem lit‑tfal dwar il‑ħasil tal‑idejn u l‑importanza tiegħu

Kif tista’ tgħin lit‑tfal fil‑missjoni:

€ 19 Medikazzjoni għal ġimagħtejn fi kliniċi li jikkuraw mard serju € 50 Ikel, ħwejjeġ u saqaf fuq ras tifel jew tifla foqra

€ 104 Lavanja tal‑‘braille’ għal 40 tifel u tifla neqsin mid‑dawl € 200 Xiri ta’ ħames nagħġiet għal razzett € 5,000 Bini ta’ dar għal familja ta’ sitt persuni

Ibgħat id‑donazzjoni tiegħek lil ‘Missio’ Nru. 7, Triq il‑Merkanti, Valletta VLT 1171 Jew fuq www.missio.org.mt Għal aktar dettalji ċemplu fuq 21236962 jew 20330015 fil‑ħinijiet tal‑uffiċċju. GRAZZI!

għall‑komunità kollha. Huwa fiehmu li l‑intenzjonijiet ta’ Hadjara kienu tajbin, u li aktar minn kollox, bintu verament riedet li l‑familja tagħha tgħix ħajja itwal u aktar b’saħħitha. F’dak is‑sitt lejl, meta ġie d‑dar, missier Hadjara sejħilha ħdejh u talabha maħfra. U l‑għada reġa’ mar l‑iskola u qal lis‑surmast kemm kienet importanti l‑iskola għal Hadjara. Talbu wkoll biex iserraħlu rasu li bintu kienet qed tattendi l‑iskola regolarment sabiex titgħallem hi u tgħallem lill‑membri l‑oħra tal‑familja tagħha! “Intom it‑tfal tirrappreżentaw it‑tama ta’ għada; intom it‑tama tan‑nazzjon,” temm jgħid Tajjeb li tkun taf li globalment, 60% tal‑imwiet mill‑mard tad‑dijarea huma stmati li huma dovuti għal ilma, sanità u iġjene inadegwati. Iżda l‑ħasil tal‑idejn waħdu jista’ jnaqqas il‑każijiet ta’ dijarea b’madwar 30%. Filwaqt li l‑missjoni tagħna hija li nġibu ilma tax‑xorb nadif lil kull persuna fuq il‑pjaneta, l‑ebda proġett tal‑ilma mhuwa lest sakemm nedukaw ukoll lill‑komunità lokali dwar l‑importanza tas‑sanità u l‑iġjene. 

Modi kif tista’ tgħin

 Ċekk indirizzat lil Missio Malta (7, Triq il‑Merkanti, il‑Belt Valletta VLT 1171.) Infakkrukom li ma jistgħux jintbagħtu ċekkijiet t’inqas minn €21.

 Bank Transfer

Klijenti ta’ banek oħra jistgħu jagħmlu ‘Bank Transfer’ għal dawn il‑kontijiet bankarji. Min jagħmel donazzjoni f’dan il‑kont jibgħatilna nota dwar l‑ammont u meta sar id‑depożitu sabiex tintbagħat irċevuta.

Account holder name: Missio Malta Account holder name: Missio Malta

Bank’s name: APS BANK Bank’s name: Bank of Valletta

Account No: 41474120039 IBAN: MT94APSB77013000000041474120039 Swift Code: APSBMTMT Account No: 50011468005 IBAN: MT31VALL22013000000050011468005 Swift Code: VALLMTMT

 Donazzjoni b’SMS • 50617374 ‑ €2.33 • 50618820 ‑ €6.99 (Numri miftuħin is‑sena kollha.)

 Donazzjoni bit‑telefon tad‑dar • 51602062 ‑ €10 • 51702063 ‑ €15 • 51802064 ‑ €25 (Numri miftuħin is‑sena kollha.)  www.missio.org.mt Iżżur il‑websajt u kklikkja fil‑parti Donations.  Jew għal donazzjonijiet ‘direct debit’ ċempel: 2123 6962.

POWERED BY

Jien. Int. Aħna. Flimkien.

(VO/1178)

'Dinja Mutur' huwa proġett eċċitanti li Missio beda fuqu b'kollaborazzjoni ma' Stephen Formosa, li ser ikun qed isuq il‑mutur tiegħu madwar l‑Afrika, l‑Asja u l‑Amerika t'Isfel f'avventura ta' vjaġġ waħdu. Matul il‑vjaġġ, Stephen ser ikun qed jgħaddi minn irħula bi proġetti appoġġati u ffinanzjati minn Missio sabiex jiddokumenta l‑esperjenza tiegħu. Minn għajnejn Stephen, wieħed ser ikun jista’ jara stampa ċara u reali ta’ kif Missio jgħin komunitajiet li jgħixu f’irħula remoti u kif Missio jinvesti fit‑tul fl‑edukazzjoni ta’ dawn l‑individwi. Il‑kontribuzzjoni ġeneruża tiegħek tgħinna nsostnu lil Stephen matul il‑vjaġġ tiegħu waħdu madwar il‑kontinenti u jgħin lil Missio jittrasmetti l‑esperjenza tiegħu sabiex inkunu nistgħu ngħixu dan il‑vjaġġ eċċitanti u l‑proġetti li jibdlu l‑ħajja, imwettqa grazzi għall‑ġenerożità ta’ ħafna. Nirringrazzjawk tal‑appoġġ tiegħek.

https://missio.org.mt/donate/projects/education‑training/ dinja‑mutur/

Jien. Int. Aħna. Flimkien.

VO/1178

PAULINE PAULINE

1799 ‑ 1862

“Persuna fqira li għandha lil Alla biss bħala ħabib, lil Alla biss għall‑appoġġ, imma lil Alla biss.... huwa biżżejjed”.

Pauline M. Jaricot waqqfet dik li kellha ssir l-akbar organizzazzjoni ta' appoġġ għall-missjonijiet fid-dinja kollha, b’120 uffiċċju f’pajjiżi differenti. Il-200 Sena Anniversarju tal-Assoċjazzjoni tal-Propagazzjoni tal-Fidi.

This article is from: