
2 minute read
Il‑Qaddis tax‑Xahar
Akash Bashir
L‑Ewwel Qaddis Mill‑Pakistan
Nhar il‑31 ta’ Jannar 2022, l‑Isqof Sebastian Shaw minn Lahore, ħabbar li l‑Vatikan aċċetta l‑kawża taż‑żagħżugħ Pakistani Akash Bashir, u beda l‑proċess bħala martri. Huwa ngħata t‑titlu ta’ ‘Venerabbli’ proprju f’jum San Ġwann Bosco. Dan il‑qaddis twieled fit‑22 ta’ Ġunju 1994 f’Risalpur.
Fil‑15 ta’ Marzu 2015, żewġ terroristi splodew lilhom infushom ħdejn il‑Knisja ta’ San Ġwann biswit il‑lokal Kristjan ta’ Youhanabad f’Lahore fejn l‑Insara kienu jinġabru għall‑quddies tal‑Ħadd u għall‑adorazzjoni li ssir fir‑Randan. Akash, li kien student fl‑Istitut Teknoloġiku ta’ Don Bosco, kien iservi b’mod volontarju bħala gwardjan tas‑sigurtà għal din il‑knisja sa minn Novembru 2014. Huwa waqqaf lit‑terrorista milli jidħol fil‑knisja u qallu: “Jien se mmut, imma mhux ser

inħallik tidħol.” Dawn kienu l‑aħħar kelmiet tiegħu qabel ma ġie ikkonfrontat minn dan it‑terrorista miksi bombi li sploda lilu nnifsu u miegħu qatel lil Akash u tnejn oħra li nzertaw kienu barra l‑knisja. Dakinhar il‑knisja kienet ippakkjata bin‑nies li kienu qed jagħmlu adorazzjoni. Ahash offra ħajtu b’sagrifiċċju biex isalva elf ruħ li kienu qed jitolbu fil‑knisja. Ahash kellu biss għoxrin sena. F’dan l‑attakk, li involva terrorista ieħor, inqatlu sbatax‑il persuna u weġġgħu mas‑70 ruħ. In‑numru kien ikun ħafna iżjed li kieku Akash ma waqqafx lit‑terrorista. Papa Franġisku, waqt l‑Anġelus, ftit sigħat wara l‑attakk, qal li jinsab verament imnikket b’dak li seħħ f’Lahore, il‑Pakistan. Dawn huma knejjes Insara fejn l‑Insara qed ikunu ippersegwitati. Ħutna qed iċarċru demmhom proprju għax huma Nsara. Il‑Papa wiegħed li ser jitlob għall‑familji tal‑vittmi, u biex ikun hemm il‑paċi u d‑djologu f’dan il‑pajjiż, u sabiex titwaqqaf il‑persekuzzjoni tal‑Insara li d‑dinja tipprova taħbi. Il‑proċess għall‑beatifikazzjoni ta’ Akash beda mill‑ewwel peress li miet martri u għalhekk m’hemmx bżonn ta’ miraklu, imma hemm bżonn ta’ miraklu biex jiġi ddikjarat qaddis. Missier Akash, Emmanuel Bashir, qal li ma kienx jaf li beda l‑proċess biex ibnu jiġi ddikjarat ‘venerabbli’. Sar jaf meta ibnu l‑ieħor qallu li ser tiġi ċċelebrata quddiesa speċjali. Il‑missier jitlob biex jgħaddi l‑proċess kollu biex Akash isir qaddis għax huwa simbolu tal‑qawwa tal‑fidi fil‑pajjiż, filwaqt li jinsab kuntent li Akash huwa mudell għaż‑żgħażagħ, u ta’ ispirazzjoni u kuraġġ għalihom.
Qiegħed nibgħat il‑ħlas ta’ € .................................. permezz ta’ ċekk pagabbli lil Missio Malta biex isiru Quddies fil‑missjoni għar‑ruħ/għall‑erwieħ ta’:
Isem u kunjom: Indirizz:
Belt/ Raħal: Tel: Kodiċi Postali:
N.B. Napprezzaw il‑kontribuzzjoni ta’ mill‑inqas €5 għal kull quddiesa. Il‑quddies kollu jitqaddes fil‑pajjiżi tal‑missjoni.