Marzu 2022
INTENZJONI MISSJUNARJA ‑ DUN CHARLES BUTTIGIEG
Marzu 2021 Għal risposta Nisranija quddiem l‑isfidi tal‑bijoetika.
“Nitolbu sabiex, aħna bħala Nsara, quddiem l‑isfidi ġodda tal‑bijoetika, nippromwovu dejjem il‑ħarsien tal‑ħajja, bit‑talb u bl‑azzjoni soċjali.”
L
‑Insara għandhom il‑missjoni li jkunu ħabbara siewja tal‑fidi fil‑ħwejjeġ li għandna nittamaw biex mal‑istqarrija tal‑fidi, jgħaqqdu dejjem bis‑sħiħ ħajja ispirata 6
mill‑fidi. Bħala Nsara għandna naħdmu bla heda sabiex jibqgħu mħarsa l‑kmandamenti t’Alla f ’dinja li trid twarrab lil Alla għal kollox u fuq kollox it‑tagħlim tiegħu. In‑Nisrani għandu jkun minn ta’ quddiem sabiex jippromwovi dejjem il‑ħarsien tal‑ħajja tal‑bniedem mill‑bidu tagħha sal‑aħħar mumenti tagħha kif jgħallimna l‑ħames kmandament ‘la toqtolx’. It‑‘taparsi drittijiet’ tal‑bniedem tal‑progress ma jistgħux jeqirdu d‑dritt fundamentali tal‑ħajja tal‑bniedem; tal‑bnedmin mill‑iktar innoċenti li mhuma ta’ ebda theddida għal ħadd, bħalma hija t‑tarbija fil‑ġuf tal‑omm. Aħna naħdmu
sabiex neqirdu l‑gwerer, il‑bombi atomiċi u kimiċi, u mhux l‑embrijun uman.
Proprju f ’dan ix‑xahar ta’ Marzu niċċelebraw il‑Festa tat‑Tħabbira tal‑Madonna mill‑Anġlu Gabrijel, fejn Marija ssir omm bil‑ħidma tal‑Ispirtu s‑Santu. Għalhekk din hija festa marbuta mal‑ħajja tal‑bniedem li f ’dan ix‑xahar il‑Papa tant jixtieqna nitolbu għaliha. Il‑ħajja umana hija rigal t’Alla u allura hija qaddisa. Kull bniedem huwa maħluq xbieha t’Alla. (Ġen 1:26‑27/