Malta Missjunarja Marzu 2022

Page 16

IL‑ĦAJJA FIL‑MISSJONI

Marzu 2022

Mhux Sakemm Taħsel Idejk!

Ritratti: www.charitywater.org

“Nista’ ngħidilkom storja?” staqsa bi tbissima s‑Surmast lill‑istudenti li kellu quddiemu. Is‑Surmast kien qed jitkellem dwar l‑ilma nadif, li l‑iskola fir‑raħal ta’ Sargane fin‑Niġer, irċeviet tliet snin ilu, u kien għadu kemm staqsa jekk l‑istudenti, li kienu jitgħallmu dwar l‑importanza tas‑sanità fl‑iskola, jgħallmux lil ħaddieħor fil‑komunità. B’daħka ħerqana qalilhom l‑istorja kollha dwar tifla ta’ tnax‑il sena jisimha Hadjara Zakari. Bħall‑istudenti l‑oħra f ’Sargane, Hadjara tgħallmet 16

dwar l‑importanza tal‑ħasil tal‑idejn meta l‑iskola rċeviet ilma nadif għall‑ewwel darba. Li jfisser li hija bdiet tifhem; forsi qabel ma fiehmu ħafna oħrajn fil‑komunità; li għalkemm l‑ilma nadif kien qed jagħmel

lill‑familja tagħha aktar b’saħħitha, idejn nodfa u ambjent sanitarju kienu daqstant importanti. Dakinhar filgħaxija, hekk kif kienet qed taħsel idejha bi kburija bi tħejjija għall‑ikla, qalet lil missierha, li kien


Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.
Malta Missjunarja Marzu 2022 by Missio Malta - Issuu