IR‑RANDAN IR-RANDAN IMQADDES – MONS. VALENT BORG
Marzu 2022
Riflessjoni
Q
egħdin noqorbu għall‑ġimgħa msejħa ‘Mqaddsa’. Din il‑ġimgħa tissejjaħ hekk għaliex matulha niċċelebraw b’solennità l‑misteru tal‑passjoni, il‑mewt u l‑qawmien ta’ Ġesù. F’dan il‑misteru jispikka ħafna l‑kuntrast bejn l‑imħabba infinita t’Alla lejna l‑bnedmin li wasslitu biex jagħtina lil Ibnu l‑waħdieni għas‑salvazzjoni tagħna l‑bnedmin, u mill‑banda l‑oħra l‑kefrija tagħna l‑bnedmin effett tad‑dnub. Ġesù kien iddikjarat innoċenti mill‑Gvernatur Ponzju Pilatu, imma b’danakollu xorta waħda tah il‑mewt tas‑salib. Min ittradixxa lil Ġesù? It‑tweġiba hija faċli: Ġuda, għax hu mar għand il‑kbarat tal‑Lhud jinnegozja biex jagħtihom lil Ġesù 12
f ’idejhom. U huma tawh borża mimlija bi tletin biċċa tal‑fidda. Imma jekk irridu nkunu sinċiera magħna nfusna, ilkoll irridu nammettu li f ’dik il‑borża hemm il‑kontribut ta’ kull wieħed u waħda minna. Ilkoll tajna ftit jew tajna ħafna ċenteżmi biex inwarrbu lil Ġesù min‑nofs.
Aħna lkoll ħatja. San Ġwann jgħidilna li kull min jgħid li huwa mingħajr dnub, huwa giddieb! Li nagħrfu li aħna tassew midinbin huwa l‑bidu tal‑fejqan mid‑dnub tagħna u fl‑istess waqt bidu ta’ qdusija kbira. Ħadd minna ma jista’ jaqla’ l‑fejqan mill‑marda tiegħu jekk ma jagħrafx li hu marid u ma
Mela kif kienu miġbura, Pilatu qalilhom: “Lil min triduni nitilqilkom, lil Barabba jew lil Ġesù li jgħidulu l‑Messija?” ‑ MATTEW 27:17