Malta Missjunarja Frar 2022

Page 6

Frar 2022

INTENZJONI MISSJUNARJA ‑ DUN CHARLES BUTTIGIEG

Frar 2021 Għan‑Nisa reliġjużi u kkonsagrati.

“Nitolbu sabiex r‑reliġjużi u l‑ikkonsagrati nisa, filwaqt li nirringrazzjawhom għall‑missjoni u l‑kuraġġ tagħhom, ikomplu jsibu soluzzjonijiet ġodda quddiem l‑isfidi ta’ żminijietna.”

L

‑Ittra Appostolika ta’ Papa Franġisku tal‑21 ta’ Novembru 2014 fl‑okkażjoni tal‑ħamsin sena tal‑Kostituzzjoni Dommatika ‘Lumen Gentium’ u tad‑Digriet ‘Perfectae 6

Caritatis’ tal‑Konċilju Vatikan II, kienet nidiet is‑Sena tal‑Ħajja Kkonsagrata mit‑30 ta’ Novembru 2014, l‑Ewwel Ħadd tal‑Avvent sal‑Festa tal‑Preżentazzjoni tal‑Mulej fit‑Tempju, it‑2 ta’ Frar 2016. F’dik is‑sena speċjali kien sar ħafna talb sabiex il‑familji tagħna jkomplu jkunu benniena ta’ vokazzjonijiet ġodda meta ninsabu f ’mument fejn il‑vokazzjonijiet qegħdin jonqsu u l‑kunventi qed jingħalqu. Dawn l‑aħħar snin, il‑Knisja kompliet turi l‑importanza tal‑vokazzjonijiet femminili kemm għall‑Knisja u kemm għas‑soċjetà tagħna; fuq kollox ma ninsewx hawnhekk ukoll il‑ġid tal‑vokazzjoni tal‑mara. Wieħed biżżejjed jiftakar fil‑ħidma fejjieda ta’ Santa Tereża ta’ Kalkutta

fost l‑ifqar fost il‑fqar, u tant sorijiet u nisa kkonsagrati li qegħdin jagħmlu ħafna ġid fil‑Knisja u fil‑pajjiżi tal‑missjoni. Insemmu biss l‑iskejjel, postijiet tad‑duttrina u katekeżi, kliniċi, sptarijiet u parroċċi mmexxija min‑nisa reliġjużi u kkonsagrati fejn m’hemmx saċerdoti. Ħidma utli ħafna għall‑Knisja li tixtieq tasal għand kulħadd. “L‑Ispirtu tal‑Mulej fuqi, għax huwa kkonsagrani biex inwassal il‑Bxara t‑Tajba lill‑fqajrin. Bagħatni nħabbar il‑ħelsien lill‑imjassrin u nagħti d‑dawl mill‑ġdid lill‑għomja, irrodd il‑ħelsien lill‑maħqurin u nxandar is‑sena tal‑grazzja tal‑Mulej.” (Luqa 4:18‑19) U għalhekk f ’dan it‑tieni xahar tas‑sena, ix‑xahar ta’ San Pawl, ix‑xahar li


Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.
Malta Missjunarja Frar 2022 by Missio Malta - Issuu