2 minute read

Editorjal

Jien. Int. Aħna. Flimkien.

VO/1178

Missio ‑ [Uffiċċju Missjunarju], 7, Triq il‑Merkanti, il‑Belt Valletta VLT 1171. Ħinijiet: mit‑Tnejn sal‑Ġimgħa: 9.00am ‑ 1.00pm Donazzjonijiet jistgħu jitħallew fil‑ħanut Faith Hope & Charity mit‑Tnejn sal‑Ġimgħa: 1.00pm ‑ 7.00pm / Is‑Sibt: 9.00am ‑ 1.00pm Missio: Nru. 150, Triq Lorenzo Gafà, il‑Mosta MST 4128. Ħinijiet: mit‑Tnejn sal‑Ġimgħa: 8.00am ‑ 4.00pm

Tel: 2123 6962 • Fax: 21231272 Imejl: info@missio.org.mt • Websajt: www.missio.org.mt

Uffiċċju Missjunarju, 7, Triq l‑Imgħallem, ir‑Rabat, Għawdex VCT 9066. Tel: 2155 0267 • Imejl: gozo@missio.org.mt Ħinijiet: mit‑Tnejn sal‑Ġimgħa: 8.30am ‑ 12.00pm BORD EDITORJALI Editur: Claudia Cini (claudia@missio.org.mt) Membri:Mons. Valent Borg

Dun Victor Agius, Mario Scicluna, Dun Karm Portelli, Kav. Emmanuel Cutajar KCHS, Robert Farrugia Websajt u Facebook: missiomalta Qari tal‑Provi: John Caruana Grafika: James Trapani (gakbu@gakbu.com)

Malta Missjunarja hija Rivista Missjunarja ta’ kull xahar. L‑ewwel ħarġa: Settembru 1932 bl‑isem ta’ Malta Missjunarja. Jannar 1978: bidla fl‑isem għal Knisja Missjunarja. Frar 2003: mill‑ġdid Malta Missjunarja. Abbonament għal sena €10.00

F’din il‑ħarġa:

2 Editorjal 4 Messaġġ mid‑Direttur 6 Intenzjoni Missjunarja 8 Esperjenzi Reali 12 Proġetti 14 Ittra Mill‑Missjoni 16 Il‑Ħajja Fil‑Missjoni 22 Il‑Qaddis tax‑Xahar 24 90 Sena ta’ Storja 30 Dehriet tal‑Madonna 33 Poeżija 36 Riċetta Tradizzjonali 38 Kompetizzjoni u Ċajt 39 Nitolbu għall‑Mejtin Tagħna Ritratt tal‑faċċata:

Tifel ħaddiem iġorr briks tqal fuq rasu f’Sonakhali, fil‑Lvant ta' Bengal, l‑Indja.

Kuntentizza Sempliċi

Turist kien għaddej minn qrib moll f’raħal ċkejken fil‑Messiku. Marbuta mal‑moll kien hemm dgħajsa tas‑sajd. It‑turist waqaf ifaħħar lis‑sajjieda għall‑qabda ħut li kellhom, filwaqt li staqsiehom kemm kienu damu biex qabdu dik il‑qabda kollha.

“Mhux wisq,” weġbuh ilkoll f’daqqa.

It‑turist ried ikun jaf għala ma baqgħux jistadu fuq il‑baħar aktar u b’hekk kien ikollhom qabda ħut wisq akbar. Is‑sajjieda fissrulu li l‑qabda ħut li kellhom kienet biżżejjed għalihom u għall‑familji tagħhom. It‑turist reġa’ staqsiehom x’kienu joqogħdu jagħmlu meta ma jkunux jistadu. U s‑sajjieda weġbuh:

“Aħna norqdu sa tard, nilagħbu ma’ wliedna u nieħdu xi sjesta mal‑mara. Filgħaxijiet immorru fil‑pjazza tar‑raħal niltaqgħu ma’ sħabna, nixorbu xi żewġ grokkijiet, indoqqu l‑kitarra u nkantaw xi għanjiet ukoll. Ħajjitna hija mimlija daqs bajda.”

It‑turist qalilhom li huwa kien gradwat mill‑Università ta’ Harvard u seta’ jgħinhom.

Tahom parir li kuljum jibdew idumu jistadu aktar u b’hekk ikollhom ħut biżżejjed biex ibigħuh. Bil‑flus li jaqilgħu jkunu jistgħu jixtru dgħajsa akbar u b’hekk jaqbdu aktar ħut. Bil‑flus ikomplu jixtru aktar dgħajjes tas‑sajd sakemm ikollhom flotta sħiħa. Il‑ħut li jaqbdu jibdew ibigħuh lil tal‑fabbriki u lil‑lukandi. Ikollhom iċ‑ċans ukoll li jiftħu fabbrika huma stess. Imbagħad jitilqu minn dak ir‑raħal ċkejken u jmorru jgħixu Mexico City, Los Angeles jew New York. Minn hemm ikunu jistgħu jmexxu aħjar l‑intrapriża tagħhom. Wara għoxrin jew ħamsa u għoxrin sena, meta n‑negozju jkun kiber sew, ikunu jistgħu jixtru u jbigħu l‑istokks u jagħmlu l‑miljuni!

“Tassew?” stagħġbu s‑sajjieda. “Imbagħad x’nagħmlu?” riedu jkunu jafu.

“Eee, wara tkunu tistgħu tirtiraw, tmorru tgħixu f’xi raħal ċkejken qrib il‑kosta, tibqgħu reqdin sa tard, tilagħbu ma’ wliedkom, taqbdu ftit ħut, tieħdu xi sjesta ma’ martkom u filgħaxijiet tiltaqgħu ma’ sħabkom tgħidu kelma u tixorbu xi grokk,” weġibhom bid‑daħka t‑turist. “F’kelma waħda tgawdu l‑ħajja kemm tifilħu!” “Bir‑rispett kollu, sinjur, imma dan hu eżatt li qed nagħmlu aħna. Allura għalfejn għandna naħlu ħamsa u għoxrin sena?” riedu jkunu jafu s‑sajjieda Messikani.

Kun af fejn sejjer b’ħajtek, għax taf diġà wasalt! Ħafna drabi fil‑ħajja, il‑flus mhumiex kollox. Għix ħajtek qabel il‑ħajja ssir bla ħajja. 

Biex infiq għandi bżonn id‑demm. Int tista’ tgħinni?

This article is from: