
3 minute read
Il‑Ħajja Fil‑Missjoni
Il‑Milied fid‑Djoċesi ta’ Bellary fl‑Indja
Il‑Missjoni tat‑Trinità Mqaddsa f’Kuditini, li tagħmel parti mid‑Djoċesi ta’ Bellary f’Karnataka fl‑Indja, hija fqira ħafna, sew fl‑affarijiet materjali u aktar u aktar fil‑fidi Kattolika. Il‑Milied li għadda kien il‑ħames wieħed fejn it‑tfal u l‑familjari tagħhom kellhom l‑opportunità li jgħadduh ‘tajjeb’. Tajjeb – fis‑sens li għal darba oħra ħassewhom milqugħin, aċċettati, mhux minsijin u li hemm xi ħadd li jimpurtah minnhom.
Dun Jai, li ilu jmexxi din il‑komunità għal aktar minn ħames snin, irnexxielu jibni skola għat‑tfal iż‑żgħar, knisja ċkejkna u refertorju, u ħadem fuq proġett ta’ ilma nadif u tajjeb għax‑xorb. Bħalissa Dun Jai, flimkien man‑nies tal‑komunità, qed jaħdmu biex jiffurmaw ġnien b’aktar minn 300 siġra. Iżda l‑akbar pass kien li sar kuntatt bejn il‑komunità ċkejkna


Kattolika u komunitajiet lokali u akbar li jħaddnu r‑reliġjon Ħinduwista u Musulmana rispettivament. Hekk issa kulħadd jaf fejn tinsab il‑knisja u l‑komunità Kattolika, li għalkemm ċkejkna ħafna, hija b’saħħitha u ftit ftit dejjem qed tissaħħaħ aktar.
Minflok, Dun Jai qagħad igerger kif ħadd ma kien qed imur il‑knisja, huwa ħareġ mir‑refertorju tiegħu biex isellem u jiltaqa’ man‑nies tat‑triq u jistedinhom imorru l‑knisja. Huwa beda mill‑ifqar u l‑aktar imwarrba, fosthom prostituti, transġender u tallaba. Bla tlaqliq, Dun Jai, beda jistedinhom għal kikkra kafè u xi ikla fir‑refertorju tiegħu. Illum il‑ġurnata, dawn
Kif tista’ tgħin lit‑tfal fil‑missjoni:
€ 20 Platt ross u fażola lil 60 tifel u tifla bil‑ġuħ
€ 50 Tabib ikollu l‑ilbies prottetiv biex jikkura persuni morda bil‑COVID‑19 fil‑missjoni

€ 100 Tliet xhur skola primarja u ikla kuljum lil tifel jew tifla foqra
€ 300 Ħlas ta’ sena skola sekondarja lil bniet foqra fil‑periklu li jingħataw għal żwieġ imġiegħel jew bħala prostituti € 2,500 Mutur għal katekist sabiex jilħaq nies f’żoni remoti

Ibgħat id‑donazzjoni tiegħek lil ‘Missio’ Nru. 7, Triq il‑Merkanti, Valletta VLT 1171 Jew fuq www.missio.org.mt Għal aktar dettalji ċemplu fuq 21236962 jew 20330015 fil‑ħinijiet tal‑uffiċċju. GRAZZI!

in‑nies isibu fil‑knisja post ta’ paċi u serħan. Fil‑Milied li għadda, Dun Jai ma ddejjaq xejn li fimkien ma’ dawn in‑nies, stieden ukoll lir‑raħal kollu; nisa, irġiel, tfal u familji, sabiex ilkoll flimkien jieklu u jiċċelebraw it‑twelid ta’ Ġesù Bambin. Sadanittant, minħabba s‑sitwazzjoni li ġabet magħha l‑pandemija, Dun Jai u diversi voluntiera, għadhom għaddejjin b’ħidma ta’ tqassim ta’ prodotti tal‑ikel u ħwejjeġ użati lil dawk li jgħixu taħt it‑tined. Dan kollu grazzi għal diversi fondi li jaslu f’din il‑komunità.

Modi kif tista’ tgħin
Ċekk indirizzat lil Missio Malta (7, Triq il‑Merkanti, il‑Belt Valletta VLT 1171.) Infakkrukom li ma jistgħux jintbagħtu ċekkijiet t’inqas minn €21.
Bank Transfer
Klijenti ta’ banek oħra jistgħu jagħmlu ‘Bank Transfer’ għal dawn il‑kontijiet bankarji. Min jagħmel donazzjoni f’dan il‑kont jibgħatilna nota dwar l‑ammont u meta sar id‑depożitu sabiex tintbagħat irċevuta.
Account holder name: Missio Malta Account holder name: Missio Malta
Bank’s name: APS BANK Bank’s name: Bank of Valletta
Account No: 41474120039 IBAN: MT94APSB77013000000041474120039 Swift Code: APSBMTMT Account No: 50011468005 IBAN: MT31VALL22013000000050011468005 Swift Code: VALLMTMT

Donazzjoni b’SMS • 50617374 ‑ €2.33 • 50618820 ‑ €6.99 (Numri miftuħin is‑sena kollha.)
Donazzjoni bit‑telefon tad‑dar • 51602062 ‑ €10 • 51702063 ‑ €15 • 51802064 ‑ €25 (Numri miftuħin is‑sena kollha.) www.missio.org.mt Iżżur il‑websajt u kklikkja fil‑parti Donations. Jew għal donazzjonijiet ‘direct debit’ ċempel: 2123 6962.
CHILD SPONSORSHIP
€150 – edukazzjoni għal sena sħiħa lil tifel jew tifla fil‑bżonn.
Bis‑saħħa tal‑programm ‘Missio Child Sponsorship’, int tkun raġġ ta’ dawl fil‑ħajja ta’ dawn it‑tfal foqra. Kull min jisponsorja tifel jew tifla jingħata ritratt u tagħrif dwarhom.
Ibgħat id‑donazzjoni tiegħek lil Missio Nru. 7, Triq il‑Merkanti, Valletta VLT 1171 Jew fuq www.missio.org.mt Għal aktar dettalji ċemplu fuq 21236962 fil‑ħinijiet tal‑uffiċċju. GRAZZI MILL‑QALB

Jien. Int. Aħna. Flimkien.
VO/1178

IL‑PROBLEMI HUMA BĦAL MAGNA TAL‑ĦASIL. IDAWRUNA, JOBORMUNA, JGĦAWĠUNA U JĦABBTUNA ’L HAWN U ’L HINN. IMMA FL‑AĦĦAR MILL‑AĦĦAR NOĦORĠU AKTAR INDAF U AĦJAR MILLI KONNA QABEL!
