2 minute read

Il‑Qaddis tax‑Xahar

Next Article
Editorjal

Editorjal

Beatu Papa Piju IX

Twieled bl‑isem ta’ Giovanni Maria Mastai Ferretti nhar it‑13 ta’ Mejju 1792, f’Senigallia provinċja ta’ Ancona fl‑Italja. Kien id‑disa’ wild ta’ din il‑familja nobbli ta’ Ġirolamo ta’ Konti Ferretti. Giovanni kien ibati b’attakki epileptiċi u għalhekk ma setax jagħmel dak li xtaq missieru; li jidħol fil‑gwardja Svizzera tal‑Papa. Beda jistudja t‑teoloġija u meta fieq minn din il‑marda, ġie ordnat saċerdot, fl‑1819. Għandu konnesjoni ma’ Malta għax kien proprju l‑Kardinal Malti Fabrizio Sceberras Testaferrata li ordnah qassis. Papa Ljun XII appuntah Isqof ta’ Spoleto fl‑1827. Fl‑1832 kien appuntat Isqof ta’ Imola. Meta kien isqof il‑prijoritajiet tiegħu kienu l‑formazzjoni tas‑saċerdoti u l‑programmi ta’ formazzjoni għat‑tfal iltiema.

Ġie elett Papa fl‑1846 u kellu reputazzjoni ta’ Papa Liberali. Kien ħabbar amnestija lill‑priġunieri politiċi u għamel riformi fl‑Istati Papali. Waqqaf l‑Ewwel Konċilju Vatikan fl‑1869. U kien hu li pproklama l‑infallibilità tal‑Papa meta jitkellem ‘ex cathedra’ fuq fidi u morali. Kien irrifjuta li jingħaqad fil‑gwerra kontra l‑Awstrija. Fl‑10 ta’ Novembru 1848, ir‑radikali daħlu għall‑Papa, daħlu l‑Pjemontiżi, wara li l‑armata Franċiża irtirat minn Ruma. Dan il‑Papa għamel reżistenza simbolika u ngħalaq fil‑Vatikan. Kien Papa li wera li kien mexxej kbir fl‑ispiritwalità. Nhar it‑8 ta’ Diċembru 1854, huwa pproklama Domma tat‑Tnissil Bla Tebgħa ta’

Marija. Għalhekk baqa’ jissejjaħ ‘il‑Papa tal‑Immakulata’.

Papa Piju IX dam imexxi l‑Knisja għal 32 sena sħaħ; l‑itwal pontifikat fl‑istorja tal‑Knisja. Huwa magħruf ukoll għall‑ħlewwa u l‑qdusija tiegħu.

Dan il‑Papa għandu importanza għall‑

Għawdxin għax kien propju dan il‑Papa li ddikjara lil Għawdex bħala Djoċesi. Ġie ddikjarat Beatu flimkien ma’ Papa Ġwanni XXII, nhar it‑3 ta’ Settembru 2000, f’Ruma minn Papa Ġwanni Pawlu II. Il‑festa tiegħu hija ċċelebrata fis‑7 ta’ Frar.

iżda fl‑24 ta’ Novembru huwa ħarab lejn Gaeta f’Napli. Dam eżiljat hemm sal‑4 ta’ Settembru 1849. Kien f’dan iż‑żmien li l‑armata Franċiża tat mill‑ġdid l‑awtorità tal‑Papa u fl‑1850 Papa Piju IX daħal mill‑ġdid f’Ruma. Fl‑1860, Cavour u Garibaldi ħatfu ħafna mill‑istati tal‑Papa, imma fl‑1870 “Agħtini armata li titlob ir‑Rużarju u jien nirbaħ lid‑dinja.” Beatu Papa Piju IX 

Qiegħed nibgħat il‑ħlas ta’ € .................................. permezz ta’ ċekk pagabbli lil Missio Malta biex isiru Quddies fil‑missjoni għar‑ruħ/għall‑erwieħ ta’:

Isem u kunjom: Indirizz:

Belt/ Raħal: Tel: Kodiċi Postali:

N.B. Napprezzaw il‑kontribuzzjoni ta’ mill‑inqas €5 għal kull quddiesa. Il‑quddies kollu jitqaddes fil‑pajjiżi tal‑missjoni.

Kull nhar ta’ Sibt fit‑3 ta’ waranofsinhar fuq Net TV.

Waqt intervista individwali ta' 50 minuta, 'Ara Min Mar!' jintroduċi lit‑telespettaturi ma' persuni li għamlu esperjenza fil‑missjoni. L‑għan tal‑programm huwa li juri u jispjega l‑esperjenza missjunarja kollha; mill‑bidu nett tal‑preparazzjoni għall‑vjaġġ sal‑esperjenza attwali f'pajjiż tal‑missjoni sal‑effett ta' wara l‑esperjenza ladarba l‑individwu jkun lura d‑dar. L‑intervista, li turi l‑effett li tħalla fil‑persuna minn din l‑esperjenza, tgħin lil dak li jkun jirrealizza li kulħadd jista’ jesperjenza l‑missjoni, irrilevanti l‑età, il‑professjoni u l‑isfond tal‑ħajja li ġej minnha. Turi wkoll li persuna tista’ tagħmel esperjenza missjunarja sew għal żmien qasir kif ukoll għal perijodu itwal ta' żmien. Produzzjoni Missio Malta.

This article is from: