Frar 2022
#
MISSIO FEST Is‑Sibt 12 ta’ Marzu, 2022
Il-Facebook tal- Mulej Mulej għamiltlek like fuq Facebook Għax rajt xmajjar ġonna mżewqin, Ħallejtni ċass, ħallejtni nħares Lejn il-kobor tal-ħolqien. Għamilni friend Mulej fuq Facebook Għax veru nkun ferħan Kif rajt ġmiel kbir t’għasafar Urejtni kemm int setgħan. U l-frott Mulej u l-ħxejjex Li bihom int tmantnina Urejtna int kemm tħobbna Għax ħlaqthom kollha għalina. Xi ġmiel is-sema bil-kwiekeb Ġmiel ta’ xemx u ġmiel ta’ qamar, Widien siġar u fjuri U ħut jiġri fil-baħar. Xi ġmiel ta’ Facebook għandek Kemm huma kbar l-opri ta’ jdejk Mulej Mulej agħmilli l-ġwienaħ Ħalli ntir u niġi ħdejk. Paul Caruana
33