Malta Missjunarja Frar 2022

Page 30

Frar 2022

DEHRIET TAL‑MADONNA – EMMANUEL CUTAJAR

Il‑Ħidma Evanġelika ta’ Marija Santissima Bħala Missjunarja Id-Disa’ Parti

Il‑Madonna Ta’ Lourdes Id‑dehriet tal‑Madonna f ’Lourdes seħħew fl‑1858 lil Bernadette Soubirous, tfajla ta’ 14‑il sena, bint taħħan mill‑belt ta’ Lourdes fi Franza. Fil‑11 ta’ Frar 1858, Bernadette, akkumpanjata minn oħtha u ħabiba, marret Massabielle, fuq ix‑xatt tax‑xmara Gave ftit ’il barra minn Lourdes, biex tiġbor ftit ħatab. Waqt li qasmet ħafja x‑xmara, semgħet ħsejjes bħal buffura tar‑riħ, ħarset ’il fuq lejn grotta fil‑blat u rat żagħżugħa żgħira (‘uo petito damizelo’) wieqfa fil‑grotta. Bernardette ddeskriviet liż‑żagħżugħa li

Bernadette Soubirous. 30

kienet liebsa velu u libsa bajda b’faxxa kaħla madwar qaddha. Din kienet l‑uniformi ta’ grupp reliġjuż imsejjaħ it‑Tfal ta’ Marija. Din iż‑żagħżugħa kellha warda safra fuq kull sieq u kellha f ’idejha kuruna tar‑rużarju bil‑perli bojod. Oħtha u l‑ħabiba ddikjaraw li ma raw xejn. Bernadette ppruvat tagħmel is‑sinjal tas‑Salib iżda ma setgħetx peress li idejha bdew jirtogħdu. Iż‑żagħżugħa tbissmet u stiednet lil Bernadette titlob magħha. Wara, iż‑żagħżugħa għebet. Din kienet l‑ewwel dehra minn tmintax oħra li seħħew f ’Lourdes bejn l‑11 ta’ Frar 1858 u s‑16 ta’ Lulju 1858. Il‑Ħadd ta’ wara, Bernadette ħasset forza interjuri qawwija tiġbidha lejn il‑grotta

minkejja li kienet ipprojbita li tmur hemm mill‑ġenituri tagħha. Iżda fuq l‑insistenza tagħha ommha ħallietha tmur. Magħha ħadet ftit ilma imbierek biex tkun bħala prova li d‑dehra ma kinitx ta’ oriġni ħażin. Wara li qalet l‑ewwel posta tar‑rużarju, iż‑żagħżugħa reġgħet dehritilha. Bernardette bdiet troxx l‑ilma mbierek lejn id‑dehra. Iż‑żagħżugħa tbissmet, baxxiet rasha u komplew jitolbu flimkien. Meta spiċċaw mit‑talb,


Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.