Malta Missjunarja Frar 2022

Page 22

Frar 2022

IL‑QADDIS TAX‑XAHAR – NANCY CAMILLERI

Beatu Papa Piju IX

T

wieled bl‑isem ta’ Giovanni Maria Mastai Ferretti nhar it‑13 ta’ Mejju 1792, f ’Senigallia provinċja ta’ Ancona fl‑Italja. Kien id‑disa’ wild ta’ din il‑familja nobbli ta’ Ġirolamo ta’ Konti Ferretti. Giovanni kien ibati b’attakki epileptiċi u għalhekk ma setax jagħmel dak li xtaq missieru; li jidħol fil‑gwardja Svizzera tal‑Papa. Beda jistudja t‑teoloġija u meta fieq minn din il‑marda, ġie ordnat saċerdot, fl‑1819. Għandu konnesjoni ma’ Malta għax kien proprju l‑Kardinal Malti Fabrizio Sceberras Testaferrata li ordnah qassis. Papa Ljun XII appuntah Isqof ta’ Spoleto fl‑1827. Fl‑1832 kien appuntat Isqof ta’ Imola. Meta kien isqof il‑prijoritajiet tiegħu kienu l‑formazzjoni tas‑saċerdoti u l‑programmi ta’ formazzjoni għat‑tfal iltiema. Ġie elett Papa fl‑1846 u kellu reputazzjoni ta’ Papa Liberali. Kien ħabbar amnestija lill‑priġunieri politiċi u għamel riformi 22

fl‑Istati Papali. Waqqaf l‑Ewwel Konċilju Vatikan fl‑1869. U kien hu li pproklama l‑infallibilità tal‑Papa meta jitkellem ‘ex cathedra’ fuq fidi u morali. Kien irrifjuta li jingħaqad fil‑gwerra kontra l‑Awstrija. Fl‑10 ta’ Novembru 1848, ir‑radikali daħlu għall‑Papa,

daħlu l‑Pjemontiżi, wara li l‑armata Franċiża irtirat minn Ruma. Dan il‑Papa għamel reżistenza simbolika u ngħalaq fil‑Vatikan. Kien Papa li wera li kien mexxej kbir fl‑ispiritwalità. Nhar it‑8 ta’ Diċembru 1854, huwa pproklama Domma tat‑Tnissil Bla Tebgħa ta’ Marija. Għalhekk baqa’ jissejjaħ ‘il‑Papa tal‑Immakulata’. Papa Piju IX dam imexxi l‑Knisja għal 32 sena sħaħ; l‑itwal pontifikat fl‑istorja tal‑Knisja. Huwa magħruf ukoll għall‑ħlewwa u l‑qdusija tiegħu.

iżda fl‑24 ta’ Novembru huwa ħarab lejn Gaeta f ’Napli. Dam eżiljat hemm sal‑4 ta’ Settembru 1849. Kien f ’dan iż‑żmien li l‑armata Franċiża tat mill‑ġdid l‑awtorità tal‑Papa u fl‑1850 Papa Piju IX daħal mill‑ġdid f ’Ruma. Fl‑1860, Cavour u Garibaldi ħatfu ħafna mill‑istati tal‑Papa, imma fl‑1870

Dan il‑Papa għandu importanza għallGħawdxin għax kien propju dan il‑Papa li ddikjara lil Għawdex bħala Djoċesi. Ġie ddikjarat Beatu flimkien ma’ Papa Ġwanni XXII, nhar it‑3 ta’ Settembru 2000, f ’Ruma minn Papa Ġwanni Pawlu II. Il‑festa tiegħu hija ċċelebrata fis‑7 ta’ Frar. “Agħtini armata li titlob ir‑Rużarju u jien nirbaħ lid‑dinja.” Beatu Papa Piju IX 


Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.
Malta Missjunarja Frar 2022 by Missio Malta - Issuu